KORS GĦALL-GRAD TA’ DOCTOR OF 
MEDICINE AND SURGERY - M.D. ġ L.S.327.135 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.135
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’
DOCTOR OF MEDICINE AND SURGERY - M.D.
22 ta’ Mejju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 137 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviżi Legali 104 ta’ l-
1999, 146 ta’ l-2000, 306 ta’ l-2001, u 17 u 200 ta’ l-2002.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Doctor of Medicine and Surgery - M.D.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  tal-Mediċina u l-Kirurġija;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Doctor of Medicine and Surgery -
M.D.; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 104 ta’ l-
1999;
A.L. 146 ta’ l-
2000;
A.L. 306 ta’ l-
2001;
A.L. 17 ta’ l-2002;
A.L. 200 ta’ l-
2002.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad, l-istudenti jridu
jkunu:
(a) irreġistrati bħala studenti regolari fil-kors skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) issodisfaw ir-rekwiżiti speċjali għall-kors skond ir-
regolament 4;
(ċ) ternmew il-kors ta’ l-istudji, ikkwalifikaw fl-eżamijiet
u issodisfaw kull rekwiżit ieħor kif preskritt f’dawn ir-
regolamenti; u
(d) issodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti fi
statuti, regolamenti u ordinamenti oħra rilevanti ta’ l-
Università .
ld-dħul u r-
rekwiżiti speċjali 
għall-kors.
Emendat:
A.L. 104 ta’ l-
1999;
A.L. 146 ta’ l-
2000;
A.L. 306 ta’ l-
2001;
A.L. 200 ta’ l-
2002.
4. (1) Is-Senat, fuq il-parir tal-Bord, jista’ jillimita n-numru
ta’ l-istudenti li jistgħu jidħlu il-kors. Is-Senat għandu jagħmel
regolamenti għall-għażla ta’ l-applikanti għad-dħul.
(2) Biex japplikaw għad-dħul fil-kors il-kandidati għandhom,
barra li jissodisfaw ir-rekwiżiti għad-dħul bħala studenti regolari
skond ir-Regolamenti għad-Dħul, jissodisfaw ir-rekwiżiti speċjali
għall-kors li ġejjin:
(i) għaddew fil-Livell Avanzat ta’ l-Eżami għaċ-
Ċertifikat tal-Matrikola bi Grad B jew aħjar fil-
2 L.S.327.135 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ DOCTOR OF 
MEDICINE AND SURGERY - M.D.
Bijoloġija u fil-Kimika; u
(ii) għaddew fil-Livell Intermedju ta’ l-Eżami għaċ-
Ċertifikat tal-Matrikola bi Gead B jew aħjar f’wieħed
mis-suġġetti li ġejjin: l-Accounting, il-Matematika
Applikata (il-Mekkanika), l-Għarbi, il-Computing, l-
Ekonomija, l-Engineering Drawing, l-Ingliż, il-
Franċiż, il-Ġeografija, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Istorja,
l-Information Technology, it-Taljan, il-Latin, il-Malti,
il-Filosofija, il-Fiżika, il-Matematika Pura, it-Tagħlim
Reliġjuż, ir-Russu, is-Soċjoloġija u l-Ispanjol,
sakemm li l-gradi kollha indikati jkunu ġew miksuba flimkien
f’sessjoni waħda ta’ l-eżamijiet (jiġifieri f’seduta waħda) u jinkisbu
minn Bordijiet ta’ l-Eżamijiet rikonoxxuti mill-istess pajjiż.
(3) Għall-għan tas-subregolament (2), grad li għadda miksub
f’sessjoni ta’ l-eżamijiet li ssir wara li r-riżultati ta’ sessjoni ta’
qabel kienu ppublikati, għandu jitqies li hu grad li għadda miksub
f’sessjoni li hi distinta minn ta’ qabilha. Dan ir-regolament għandu
japplika wkoll għas-sessjoni supplimentari ta’ l-Eżami għaċ-
Ċertifikat tal-Matrikola offrut mill-Bord tal-MATSEC ta’ l-
Università  ta’ Malta skond id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti
dwar l-Eżami għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola u dan minkejja xi
regolament ieħor dwar l-għoti taċ-Ċertifikat tal-Matrikola.
(4) L-applikanti li kisbu xi wieħed mill-gradi li ġejjin mill-
Università  ta’ Malta jistgħu japplikaw ukoll:
(i) Bachelor of Science bi klassifikazzjoni ta’ Kategorija
II jew aħjar jew Bachelor of Science (Honours) bi
klassifikazzjoni tat-Tieni Klassi bl-Unuri jew aħjar,
fiż-żewġ każijiet bil-Bijoloġija u bil-Kimika bħala
oqsma ewlenin jew grad komparabbli; jew
(ii) Bachelor of Pharmacy (Honours) bi klassifikazzjoni
tat-Tieni Klassi bl-Unuri jew aħjar; jew
(iii) Bachelor of Dental Surgery.
Dawn il-gradi m’għandhomx ikunu miksuba f’data li hija
iżjed minn tliet snin qabel id-data meta jibda l-kors.
(5) L-applikanti li jkollhom kwalifiki oħra miksuba wara li
studjaw barra minn Malta għandhom jiġu kkunsidrati mill-Kumitat
tad-Dħul tal-Fakultà  tal-Mediċina u l-Kirurġija u għandhom
jiddaħħlu jekk ikun aċċertat li l-kwalifiki tagħhom huma
komparabbli mal-kwalifiki indikati fis-subregolamenti (2), (3) u
(4).
(6) L-applikanti għall-kors jistgħu jkunu meħtieġa jattendu
għal intervista. Il-Bord jew il-Bordijiet ta’ l-Intervista għandhom
ikunu magħmula mid-Dekan jew mid-delegat tiegħu, minn tliet
membri oħra maħtura mill-Bord, li wieħed minnhom għandu jkun
minn barra l-Fakultà  tal-Mediċina u l-Kirurġija, u minn membru
ieħor maħtur mis-Senat. Sa tlieta minn dawn il-Bordijiet ta’ l-
Intervista għandhom ikunu maħtura għal kull dħul ta’ studenti kif
determinat mill-Bord.
It-tul tal-kors. 5. (1) Il-kors għandu jinfirex fuq perijodu ta’ ħames snin u
KORS GĦALL-GRAD TA’ DOCTOR OF 
MEDICINE AND SURGERY - M.D. ġ L.S.327.135 3
għandu jinqasam f’żewġ partijiet: il-Kors Intenmedju li jieħu
sentejn u l-Kors Finali li jieħu tliet snin.
(2) Ħlief bil-perrness tal-Bord, l-istudenti għandhom isegwu l-
kors mid-dħul fil-Kors Intermedju sa l-eżami finali mingħajr
interruzzjoni jew ripetizzjoni. Permess biex jinterrompu jew
jirrepetu sena normalment m’għandux jingħata aktar minn darba,
ħlief bil-permess tas-Senat mogħti għal raġunijiet speċjali.
Is-suġġetti tal-kors.
dawn li ġejjin:
L-Ewwel Sena
L-Anatomija u l-Bijoloġija taċ-Ċelluli
Il-Fiżjoloġija, il-Biokimika u l-Bijoloġija Molekulari
It-Tieni Sena
L-Anatomija u l-Bijoloġija taċ-Ċelluli
Il-Fiżjoloġija, il-Biokimika u l-Bijoloġija Molekulari
It-Tieni Sena - it-Tieni Semestru
Il-Patoloġija Ġenerali u l-Mikrobijoloġija
Il-Farmakoloġija Ġenerali
Behavioural Sciences.
Suġġetti fil-Kors 
Finali.
Sostitwit:
A.L. 17 ta’ l-2002.
7. Is-suġġetti mgħallma fil-Kors Finali għandhom ikunu
dawn li ġejjin:
L-Ewwel Sena
Il-Patoloġija
Il-Mediċina
Il-Farmakoloġija Klinika
Il-Kirurġija (li tinkludi l-Ortopedika)
Il-Mediċina tal-Familja
It-Tieni Sena
Il-Patoloġija
Il-Mediċina
Il-Farmakoloġija Klinika
Il-Kirurġija (li tinkludi l-Ortopedika)
L-Ostetriċja u l-Ġinekoloġija
Il-Pedjatrija
Is-Saħħa Pubblika
Id-Dermatoloġija
L-Oftalmoloġija
ENT
L-Anestesija
Il-Mediċina Forensika
Il-Mediċina tal-Familja
4 L.S.327.135 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ DOCTOR OF 
MEDICINE AND SURGERY - M.D.
It-Tielet Sena
Il-Mediċina (li tinkludi l-Pedjatrija)
Il-Kirurġija (li tinkludi l-Ortopedika)
L-Ostetriċja u l-Ġinekoloġija
Il-Psikjatrija
Il-Mediċina tal-Familja.
Xogħol prattiku u 
kliniku.
8. Xogħol prattiku u kliniku għandu jsir matul il-kors, anki
barra ż-żminijiet normali tat-tagħlim.
Testijiet ta’ 
progress.
Emendat:
A.L. 17 ta’ l-2002.
9. (1) Matul il-kors, testijiet ta’ progress għandhom isiru fis-
suġġetti li t-tagħlim tagħhom jinfirex fuq aktar minn sena
akkademika.
(2) It-testijiet ta’ progress għandhom isiru kif ġej:
(a) fil-Kors Intermedju:
fi tmiem l-Ewwel Sena fi:
L-Anatomija u l-Bijoloġija taċ-Ċelluli
Il-Fiżjoloġija, il-Biokimika u l-Bijoloġija
Molekulari
fi tmiem it Tieni Sena fi:
Il-Patoloġija Ġenerali u l-Mikrobijoloġija
Il-Farmakoloġija Ġenerali
Behavioural Sciences
(b) fil-Kors Finali:
fi tmiem l-Ewwel Sena fi:
Il-Patoloġija
Il-Mediċina
Il-Farmakoloġija Klinika
Il-Kirurġija
fi tmiem it-Tieni Sena fi:
Il-Mediċina (li tinkludi n-Newroloġija)
Il-Farmakoloġija Klinika
Il-Kirurġija (li tinkludi l-Ortopedika)
L-Ostetriċja u l-Ġinekoloġija.
(3) It-testijiet ta’ progress għandhorn isiru f’Jannar u f’Mejju /
Ġunju. Sessjoni riparatotja għandha ssir f’Settembru.
(4) Ir-riżultati tat-testijiet ta’ progress f’kull suġġett għandhom
ikunu ppublikati skond il-gradi li ġejjin f’ordni li jibda mill-ogħla
mertu: A, B, Ċ u D. L-istudenti li l-isimhom ma jidhirx fuq il-lista
għandhom ikunu kkunsidrati li weħlu mit-test ta’ progress fis-
suġġett konċernat.
(5) L-istudenti ma jitħallewx ikomplu għas-sena ta’ wara tal-
kors jekk il-Bord, wara r-riżultati tat-testijiet ta’ progress, ma
jkunx sodisfatt li huma segwew is-sena bi profitt.
(6) L-istudenti li jeħlu f’xi test ta’ progress fis-sessjoni
KORS GĦALL-GRAD TA’ DOCTOR OF 
MEDICINE AND SURGERY - M.D. ġ L.S.327.135 5
riparatorja m’għandhornx jithallew ikomplu għas-sena ta’ wara tal-
kors iżda jistgħu jitħallew mill-Bord jirrepetu s-sena.
L-eżami 
intermedju.
10. (1) L-eżami intermedju għandu jsir fit-tmiem tat-tieni
sena tal-kors interrnedju.
(2) Għandu jkun hemm sessjoni riparatorja ta’ l-eżami
intermedju f’Settembru għall-istudenti li jeħlu f’xi suġġett.
(3) L-eżami intermedju għandu jsir fl-Anatomija u l-Bijoloġija
taċ-Ċelluli, u fil-Fiżjoloġija, il-Biokimika u l-Bijoloġija
Molekulari.
(4) L-eżami fl-Anatomija u l-Bijoloġija taċ-Ċelluli għandu
jkun magħmul minn żewġ karti ta’ tliet sigħat-il waħda u minn
sessjoni prattika. L-eżami fil-Fiżjoloġija, il-Biokimika u l-
Bijoloġija Molekulari għandu jkun magħmul minn tliet karti ta’
tliet sigħat-il waħda u minn proġett tal-librerija.
(5) L-istudenti jistgħu jkunu meħtieġa jagħmlu wkoll eżami
viva voce f’dawn is-suġġetti.
(6) Qabel ma jitħallew joqogħdu għall-eżami intermedju, l-
istudenti għandhom jippreżentaw lid-Dekan ċertifikat, iffirmat
mill-kapijiet tad-dipartiment konċernati, li juri li huma temmew
b’mod sodisfaċenti x-xogħol kollu assenjat fis-suġġetti konċernati.
Ir-riżultat.
l-eżami intermedju għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni
alfabetiku skond il-gradi li ġejjin li jibdew mill-ogħla mertu: A, B,
Ċ u D. L-istudenti li isimhom ma jidhirx fuq il-lista għandhom
ikunu kkunsidrati li weħlu mill-eżami fis-suġġett konċernat.
(2) Ir-riżultat ta’ l-eżami f’kull suġġett għandu jqis il-partijiet
kollha ta’ l-eżami f’dak is-suġġett.
(3) L-istudenti li ma jgħaddux mill-eżami intermedju fis-
sessjonijiet preskritti fir-regolament 10(1) u (2) jkunu meqjusa li
weħlu fl-eżami intermedju kollu.
(4) L-istudenti li jeħlu fl-eżami intermedju ma jitħallewx
ikomplu għas-sena ta’ wara tal-kors iżda jistgħu jitħallew mill-
Bord jirrepetu t-tieni sena tal-kors intermedju. L-istudenti ma
jitħallewx jirrepetu l-eżami intermedju b’dan il-mod iżjed minn
darba.
Id-dħul fil-Kors 
Finali.
12. Qabel ma jidħlu fil-Kors Finali, l-istudenti għandhom
jgħaddu mill-eżami intermedju, jew ikunu eżentati minnu mis-
Senat, li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
It-testijiet tas-
suġġett fil-Kors 
Finali.
Emendat:
A.L. 17 ta’ l-2002.
13. (1) Matul il-Kors Finali, testijiet tas-suġġett għandhom
isiru fis-suġġetti li ġejjin:
Is-Saħħa Pubblika Id-Dermatoloġija
Il-Mediċina Forensika L-Oftalmoloġija
Il-Pedjatrija ENT
Il-Psikjatrija L-Anestesija.
Test tas-suġġett fil-Mediċina tal-Familja għandu jsir matul
il-tielet sena tal-Kors Finali.
6 L.S.327.135 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ DOCTOR OF 
MEDICINE AND SURGERY - M.D.
(2) Sessjoni riparatorja għandha issir għall-istudenti li jeħlu
t’test tas-suġġett.
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jgħaddu fit-testijiet tas-suġġett
f’kull suġġett imniżżel fis-subregolament (1) għandhom ikunu
ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku skond il-gradi li ġejjin li jibdew
mill-ogħla mertu: A, B, Ċ u D. L-istudenti li l-isimhom ma jidhirx
fuq il-lista għandhom ikunu kkunsidrati li weħlu fit-test tas-suġġett
konċernat.
(4) Ir-riżultat ta’ kull suġġett għandu jqis ix-xogħol ta’ l-
istudent fis-suġġett matul il-kors.
(3) L-istudenti ma jitħallewx ikomplu għas-sena ta’ wara tal-
kors jekk ma jgħaddux kull test tas-suġġett preskritt għal dik is-
sena.
(6) L-istudenti li jeħlu f’xi test tas-suġġett fis-sessjoni
riparatorja jistgħu jitħallew mill-Bord jirrepetu s-sena.
L-eżami fil-
Patoloġija.
14. (1) Għandu jsir eżami fil-Patoloġija, f’Ġunju, fi tmiem it-
tieni sena tal-Kors Finali.
(2) Għandu jkun hemm sessjoni riparatorja ta’ l-eżami fil-
Patoloġija f’Settembru għall-istudenti li jeħlu.
(3) L-eżami għandu jkun magħmul minn żewġ karti ta’ tliet
sigħat-il waħda u minn sessjoni prattika.
(4) L-istudenti jistgħu jkunu meħtieġa jagħmlu wkoll eżami
viva voce.
(5) Qabel ma jitħallew joqogħdu għall-eżami, l-istudenti
għandhom jippreżentaw lid-Dekan ċertifikat, iffirmat mill-Kap tad-
Dipartiment tal-Patoloġija, li juri li huma temmew b’mod
sodisfaċenti l-iskeda tax-xogħol prattiku fis-suġġett.
Ir-riżultat. 15. (1) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jgħaddu mill-eżami fil-
Patoloġija għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku
skond il-gradi li ġejjin li jibdew mill-ogħla mertu: A, B, Ċ u D.
Livell eċċezzjonali jkun indikat fil-lista. L-istudenti li isimhom ma
jidhirx fuq il-lista għandhom ikunu kkunsidrati bħala li weħlu mill-
eżami.
(2) Ir-riżultat għandu jqis il-partijiet kollha ta’ l-eżami fis-
suġġett.
(3) L-istudenti li ma jgħaddux mill-eżami fil-Patoloġija fis-
sessjonijiet preskritti fir-regolament 14(1) u (2) m’għandhomx
jitħallew ikomplu għat-tielet sena tal-Kors Finali. Dawn l-istudenti
jistgħu jithallew mill-Bord jirrepetu s-sena fl-ewwel okkażjoni.
L-eżami finali. 16. (1) L-eżami finali għandu jsir f’Ġunju tat-tielet sena tal-
Kors Finali.
(2) Għandu jkun hemm sessjoni riparatorja ta’ l-eżami finali
f’Settembru għall-istudenti li jeħlu f’suġġett wieħed biss, u
f’Jannar ta’ wara għall-istudenti li jeħlu f’aktar minn suġġett
wieħed.
(3) L-eżami finali għandu jsir fis-suġġetti li ġejjin:
Il-Mediċina (li tinkludi l-Pedjatrija)
KORS GĦALL-GRAD TA’ DOCTOR OF 
MEDICINE AND SURGERY - M.D. ġ L.S.327.135 7
Il-Kirurġija
L-Ostetriċja u l-Ġinekoloġija.
(4) L-eżami f’kull suġġett preskritt fis-subregolament (3)
għandu jkun magħmul minn żewġ karti ta’ tliet sigħat-il waħda u
minn sessjoni klinika.
(5) L-istudenti jistgħu jkunu meħtieġa jagħmlu wkoll eżami
viva voce f’dawn is-suġġetti.
(6) Qabel ma jitħallew joqogħdu għall-eżami finali, l-istudenti
għandhom jippreżentaw lid-Dekan ċertifikat, iffirmat mill-kapijiet
tad-dipartiment konċernati, li juri li huma temmew b’mod
sodisfaċenti l-iskeda tax-xogħol kliniku preskritta għall-kors.
Ir-riżultat.
l-eżami finali għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku
skond il-gradi li ġejjin li jibdew mill-ogħla mertu: A, B, Ċ u D.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li għaddew mill-eżami finali fl-
ewwel sessjoni għandhom ikunu ppublikati f’lista oħra f’ordni
alfabetiku fil-kategoriji li ġejjin:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
Livell eċċezzjonali f’suġġett ikun indikat fil-lista.
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jgħaddu mill-eżami fis-
sessjonijiet kif prekritti fir-regolament 16(2) għandhom ikunu
ppublikati f’lista sempliċi ta’ kull min għadda f’ordni alfabetiku.
(4) Ir-riżultat ta’ l-eżami finali għandu jqis il-partijiet kollha
ta’ l-eżami fit-tliet suġġetti kif preskritt fir-regolament 16(3), ir-
riżultat ta’ l-eżami fil-Patoloġija, kif ukoll ix-xogħol ta’ l-istudenti
matul il-Kors Finali.
Riferiment u dħul 
mill-ġdid.
18. (1) Għandha tkun ippublikata wkoll lista bl-ismijiet ta’ l-
istudenti li jkunu riferuti f’xi suġġett/i kif ukoll is-suġġett/i li
fihom ikunu riferuti.
(2) L-istudenti li kunu riferuti f’xi suġġett/i jistgħu joqogħdu
għas-sessjoni riparatorja f’dak is-suġġett jew f’dawk is-suġġetti kif
preskritt fir-regolament 16(2). Jekk jgħaddu, isimhom għandu jkun
imniżżel fil-lista ta’ dawk li għaddew mill-eżami finali. Jekk jeħlu,
huma jkunu meqjusa li weħlu fl-eżami finali kollu.
Kondizzjonijiet.
finali, kollu jew parti minnu, jekk ma jkunux segwew b’mod
sodisfaċenti dawk il-korsijiet ta’ studju u/jew xogħol prattiku u/jew
xogħol kliniku li l-Bord jista’ jiddetermina f’kull każ.
Dħul mill-ġdid.
sessjonijiet kif preskritti fir-regolament 16(1) u (2) jistgħu
jitħallew mill-Bord jerġgħu jidħlu fit-tielet sena tal-Kors Finali fl-
okkażjoni li jmiss u li jersqu għall-eżami finali mill-ġdid fit-tmiem
ta’ dak il-kors taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Bord jista’
jiddetermina f’kull każ. Dawn l-istudenti ma jikkwalifikawx għal
"Għadda b’Distinzjoni".
8 L.S.327.135 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ DOCTOR OF 
MEDICINE AND SURGERY - M.D.
Dħul mill-ġdid 
jista’ jsir darba 
biss.
21. L-istudenti ma jitħallewx joqogħdu għall-eżami finali
skond ir-regolament 20 iżjed minn darba.
