GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - 
FIL-FAKULTÀ  TA’ L-ARKITETTURA 
U L-INĠINERIJA ĊIVILI ġ L.S.327.136 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.136
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’
DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - FIL-FAKULTÀ  
TA’ L-ARKITETTURA U L-INĠINERIJA ĊIVILI
12 ta’ Ġunju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 149 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D. - fil-Fakultà  ta’ l-Arkitettura
u l-Inġinerija Civili.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Arkitettura u Inġinerija
Ċivili;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D.;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Doctor of
Philosophy - Ph.D. - fl-Arkitettuta u Inġinerija Ċivili.
Applikabilità .
1994 ’il quddiem.
Reġistrazzjoni.
Arkitettura u l-Inġinerija Ċivili għandu jissodisfa l-ordinamenti li
ġejjin, fit-termini tar-regolament 4(1)(b) tar-Regolamenti tal-Grad
ta’ Doctor of Philosophy, u minbarra r-rekwiżiti ta’ regolamenti
ġenerali li jiggvernaw il-Grad.
(2) Kandidat jeħtieġ normalment li jirreġistra l-ewwel għall-
Grad ta’ M.Phil qabel ma jirreġistra għall-Grad ta’ Ph.D. Kandidat
għandu biss f’każijiet eċċezzjonali jitqies għal reġistrazzjoni diretta
għall-Grad.
Trasferiment ta’ 
reġistrazzjoni.
4. (1) L-iggradar ’il fuq tar-reġistrazzjoni mill-Grad ta’
M.Phil għall-Grad għandu jkun permess mhux inqas minn tnax-il
xahar ta’ studju full-time jew erbgħa u għoxin xahar ta’ studju part-
time wara l-ewwel reġistrazjoni għall-grad ta’ M.Phil, u fuq ir-
rakkomandazzjoni tas-superviżur tal-kandidat u bl-approvazzjoni
tal-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Arkitettuta u Inġinerija Ċivili.
(2) Student jeħtieġ jirreġistra kull tnax-il xahar, fuq ir-
rakkomandazjoni bil-miktub tas-supervizur.
Proposti ta’ riċerka 
u teżi.
5. (1) Il-proposti ta’ riċerka ta’ student għandhom jindikaw
b’mod ċar il-mistoqsijiet ta’ riċerka fil-qasam li għandu jkun
indirizzat, l-ipotezijiet li għandhom ikunu ttestjati, u l-
metodoloġija li għandha tkun adottata fit-trattament tal-
kwistjonijiet ta’ riċerka. Student jeħtieġ fejn neċessarju jintalab juri
kompetenza f’dawk il-kapaċitajiet mitluba min-natura relatat ta’ l-
investigazzjoni.
2 L.S.327.136 ħ
GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - 
FIL-FAKULTÀ  TA’ L-ARKITETTURA 
U L-INĠINERIJA ĊIVILI
(2) Student reġistrat għall-Grad jeħtieġ jipparteċipa bis-sħiħ
fis-seminars ta’ riċerka tal-Fakultà .
(3) It-teżi ta’ student għandha tirrapporta l-iskoperta ta’ fatti
ġodda u/jew turi li student eżerċita analiżi kritika indipendenti biex
jilħaq il-konkluzjonijiet irrapportati. L-istudent għandu fiż-żewġ
każi jindika b’mod ċar safejn it-teżi tinkorpora r-riżultati tar-
riċerka u l-osservazzjonijiet tiegħu nnifsu, u safejn l-
investigazzjoni tavvanza l-istudju tas-suġġett.
(4) Kull bidla fit-titolu tat-teżi ta’ l-istudent għandha l-ewwel
tkun approvata mill-Bord tal-Fakultà ’ fuq rakkomandazzjoni bil-
miktub tas-superviżur, u għandha tkun sottomessa għall-
approvazzjoni tas-Senat fit-termini tar-regolament 7(1) tal-Grad.
(5) Supervizur ieħor għandu jkun maħtur mill-Bord tal-Fakultà
biex igħin biex l-istudji ta’ l-istudent jissoktaw f’każijiet fejn is-
superviżur maħtur ta’ student ma jkunx jista’ jissokta li jipprovdi
superviżjoni.
(6) It-teżi m’għandhiex normalment teċċedi 60,000 kelma li
jeskludu l-appendiċi, bibljografiji, glossarji u footnotes.
(7) Tliet kopji ttajpjati jew stampati u llegati tat-teżi, issetjati
skond in-noti ta’ l-Università  fuq il-preżentazzjoni tat-teżijiet u
rapporti għandhom ikunu ppreżentati.
(8) Sunt tat-teżi ta’ mhux iktar minn 300 kelma għandu jkun
illegat ma’ kull kopja sottomessa lill-Università .
(9) Student jista’ jingħata permess mill-Bord tal-Fakultà  biex
jippubblika parti mill-iskoperti tiegħu qabel is-sottomissjoni tat-
teżi.
