GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - 
FIĊ-ĊENTRU GĦAT-TEKNOLOĠIJA 
TAL-KOMUNIKAZZJONI ġ L.S.327.137 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.137
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’
MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - FIĊ-ĊENTRU 
GĦAT-TEKNOLOĠIJA TAL-KOMUNIKAZZJONI
12 ta’ Ġunju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 150 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil. - fiċ-Ċentru għat-
Teknoloġija tal-Komunikazzjoni.
(2) Dawn l-ordinamenti, kemm-il darha r-rabta ta’ kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
"il-Bord" ifisser il-Bord taċ-Ċentru għat-Teknoloġija tal-
Komunikazzjoni;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil.;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Master of
Philosophy - M.Phil.
Applikabilità .
1995 ’il quddiem.
Reġistrazzjoni.
għall-kandidati li kisbu l-ewwel grad, normalment mhux anqas mil-
livell tat-Tieni Klassi bl-Unuri, jew fi -
(a) l-Istudji tal-Komunikazzjoni, u/jew fit-Teknoloġija ta’
l-Istruzzjoni; jew
(b) qasam ieħor ta’ studji approvat mill-Bord.
(2) Kandidati aċċettati taħt il-paragrafu (a) jew (b) fuq jistgħu
jinħtieġu mill-Bord li jissodisfaw prerekwiżiti addizzjonali, li
jinkludu r-rekwiżit li jsegwu programm ta’ studji preparatorju u
jgħaddu minn eżami ta’ kwalifika, qabel ma huma jkunu aċċetati
fil-programm.
Format u 
preżentazzjoni tad-
dissertazzjoni.
4. (1) L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha tinkludi t-
titolu taddissertazzjoni proposta u sunt qasir ta’ l-għanijiet tagħha,
disinn metodoloġiku, importanza ta’ riżultati probabbli u skala ta’
żmien ta’ implimentazzjoni probabbli kif ukoll rakkomandazzjoni
minn membru ta’ l-istaff akkademiku li huwa lest li jagħmilha ta’
superviżur.
(2) It-tul tad-dissertazzjoni m’għandux jaqbez il-50,000 kelma
sakemm il-Bord ma jispeċifikax xort’oħra.
(3) Student jeħtieġ li jissottometti tliet kopji tad-dissertazzjoni
għall-eżami li għandhom ikunu llegati adegwatament. L-istudent
għandu jissottometti fi żmien tliet xhur minn meta jgħaddi mill-
eżami tad-dissertazzjoni, żewġ kopji finali tad-dissertazzjoni li
waħda minnhom għandha tkun depożitata fil-Librerija ta’ l-
2 L.S.327.137 ħ
GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - 
FIĊ-ĊENTRU GĦAT-TEKNOLOĠIJA 
TAL-KOMUNIKAZZJONI
Università  jew fil-Librerija Awdjo-Viżwali taċ-Ċentru.
(4) Il-kopja finali għandha tikkonforma ma l-
ispeċifikazzjonijiet li ġejjin fejn applikabbli:
(a) il-format tal-preżentazzjoni tat-teżi għandu jkun -
(i) bid-drapp illegat preferibilment iswed bi qxur
iebsin u b’karti ta’ kwalità  tajba u li
m’għandhomx aċtu;
(ii) b’ittri bid-deheb fuq il-qoxra ta’ quddiem li juru
t-titolu sħiħ tad-dissertazzjoni fin-naħa ta’ fuq u
isem il-kandidat bis-sena tas-sottomissjoni fil-
qiegħ tal-qoxra;
(iii) b’ittri bid-deheb fuq id-dahar li juru t-titolu,
titolu qasir fejn japplika u isem il-kandidat;
(iv) bl-ewwel paġna, identika għall-qoxra ta’
quddiem tad-dissertazzjoni, li ssegwi paġna
vojta;
(v) bit-tieni paġna li għandha t-titolu tad-
dissertazzjoni fil-quċċata, l-ismijiet stampati u l-
firem oriġinali tas-superviżur u c-chairman ta’ l-
eżami orali, u d-data tal-preżentazzjoni finali li
ssegwi wara l-paġna tat-titolu;
(vi) b’astratt ta’ mhux aktar minn 300 kelma li
jsegwi l-paġna li għandha l-firem tas-superviżur
u c-chairman;
(b) mapep, diagrammi, graphs, materjal stampat, eċċ.,
għandhom ikunu llegati mad-dissertazzjoni fejn hu
possibbli. Materjal awdjo-viżiv u/jew informazzjoni
maħżuna manjetikament għandhom ikunu ppreżentati,
fejn hu possibli separatament, ġo folders xierqa u
nnumerati. Nota fil-bidu tad-dissertazzjoni għandha
tindika lista ta’ materjali li jikkomponu l-kontenut sħiħ
tad-dissertazzjoni;
(ċ) it-test finali għandu jsegwi l-istyle sheet
irrakkomandata mill-Bord. It-test għandu jkun ittajpjat
fuq karti A4, fuq naħa waħda biss, bi spazju doppju u
b’marġni ta’ 40 mm fuq in-naħa tax-xellug u mill-
inqas 20 mm fil-quċċata, fuq il-lemin u n-naħa t’isfel.
