KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF SCIENCE - 
B.SC. - (BUSINESS AND COMPUTING) ġ L.S.327.138 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.138
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’
BACHELOR OF SCIENCE - B.SC. - (BUSINESS AND 
COMPUTING)
12 ta’ Ġunju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 151 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Science - B.Sc. - (Business and
Computing).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Ekonomija,
Management u Accountancy;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Science - B.Sc. -
(Business and Computing);
"il-kors" iflsser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-Grad ta’
Bachelor of Science - B.Sc. - (Business and Computing).
Applikabilità .
korsijiet li jibdew mill-1997 jew wara.
Dħul.
(a) jirreġistra bħala student matrikolat fit-termini tar-
Regolamenti tad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) jissodisfa r-rekwiżiti speċjali tal-kors skond ir-
regolament 5;
(ċ) itemm il-kors, jikkwaIifika fl-eżamijiet, u jissodisfa
kull rekwiżit ieħor preskritt f’dawn ir-regolamenti; u
(d) jissodisfa kull rekwiżit ieħor preskritt fi Statuti u
Regolamenti rilevanti oħra ta’ l-Università .
It-tul tal-kors.
snin.
(2) Student ma jistax joqgħod għall-eżamijiet finali qabel tliet
snin akkademiċi jew aktar tard minn erba’ snin mill-ewwel dħul
għall-kors, ħlief bil-permess speċjali tas-Senat.
Rekwiżiti speċjali 
għall-kors.
5. Student jista’ japplika għad-dhul fil-kors jekk huwa
jissodisfa dawn ir-rekwiżiti:
(a) ir-rekwiżit għad-dħul għall-Università ;
(b) għad-dħul f’Ottubru 1997 jew wara:
kwalifiki f’livell avvanzat b’Mertu jew aħjar f’wieħed
minn:
Accounting
Computing jew Information Technology
2 L.S.327.138 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF SCIENCE - 
B.SC. - (BUSINESS AND COMPUTING)
Il-Matematika
L-Ekonomija
kwalifiki f’livell Intermedju fis-suġġetti li ġejjin jekk
l-applikant ma jkunx offriehom diġà  f’livell Avvanzat:
(i) Accounting u
(ii) jew Information Technology jew Computing.
Il-kors ta’ l-istudji. 6. (1) Il-kors jikkonsisti f’numru ta’ taqsimiet studju li kull
waħda minnhom hija assenjata numru speċifikat ta’ kredti.
(2) Katalogu ta’ taqsimiet studju, bil-kredti mogħtija għal kull
waħda, għandu jkun ippubblikat qabel il-bidu ta’ kull sena
akkademika.
(3) Il-katalogu għandu jispeċifika t-taqsimiet studju
obbligatorji u l-prerekwiżiti għall-Ewwel Parti u t-Tieni Parti tal-
kors.
(4) Student jeħteġ jikseb mhux inqas minn 64 kredtu sabiex
itemm il-kors.
(5) Kredti huma mogħtija lil studenti li jtemmu b’suċċess it-
taqsimiet studju (kredtu huwa normalment miksub għal taqsima
studju ta’ madwar 14-il siegħa ta’ tagħlim mitmuma b’suċċess.)
(i) Kredti għandhom ikunu ggradati minn A sa D, b’A li
tkun l-ogħla grad u D l-inqas grad li jindika l-livell
milħuq mill-kandidat fix-xogħol imwettaq matul it-
taqsima studju u fit-test li jsir fit-tmiem tiegħu. It-test
jista’ jikkonsisti f’parti miktuba u/jew f’parti orali u/
jew assenjament ippreparat matul it-taqsima studju.
(ii) Student li jonqos li jikseb il-kredti mogħtija għal
taqsima studju għandu jingħata l-grad F u jista’ jitħalla
jirrepeti t-taqsima studju meta tkun offerta.
(6) Il-kors jikkonsisti f’numru minimu ta’ taqsimiet studju bil-
kredti li ġejjin:
L-Ewwel Parti - 25 kredtu
It-Tieni Parti - 39 kredtu.
(7) Student għandu jirreġistra għal numru ta’ taqsimiet studju
f’kull sena tat-Tieni Parti tal-kors li huma assenjati mhux inqas
minn 14 u mhux iktar minn 28 kredtu.
(8) In-numru ta’ taqsimiet studju mehtieġa, l-għażla ta’
taqsimiet studju u l-ordni li fiha għandhom jittieħdu mill-istudent,
għandhom ikollhom l-approvazzjoni mill-Bord. (Xi taqsimiet
studju huma f’sekwenza, u d-dħul għalihom jista’ jinħtieġ minn
qabel it-temmija preċedenti b’suċċess ta’ taqsimiet studju speċifiċi
u/jew kwalifiki oħra indikati fil-katalogu ta’ taqsimiet studju.)
(9) Il-Bord jista’ jeżenta lil student mir-rekwiżiti li jikseb
ċertifikat ta’ kredtu għal taqsima studju partikolari jekk ikun kiseb
mill-Università  jew minn istituzzjoni rikonoxxuta mis-Senat għal
dan il-għan, kwalifika li l-istudju għaliha, huwa fl-opinjoni tal-
Bord ekwivalenti fil-kontenut u fil-livell għal dak li hu meħtieġ
għaċ-ċertifikat ta’ kredtu.
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF SCIENCE - 
B.SC. - (BUSINESS AND COMPUTING) ġ L.S.327.138 3
L-eżamijiet.
Tieni Parti tal-kors.
(2) Student hu meqjus li għadda mill-eżami jekk huwa jkun
kiseb wieħed mill-gradi li ġejjin: A, B, C jew D f’kull karta.
(3) Għandu jkun hemm żewġ sessjonijiet ta’ eżamijiet f’kull
sena: sessjoni li normalment issir f’Mejju / Ġunju u sessjoni
supplimentari li normalment issir f’Settembru / Ottubru.
L-eżami finali.
64 kredtu, student ikun meħtieġ joqgħod għall-eżami finali.
(2) Għandu jkun hemm tmien karti fl-eżami finali. Jista’jsir
ukoll eżami viva voce.
Il-valutazzjoni ta’ 
l-istudenti.
9. (1) Il-valutazzjoni ġenerali ta’ student għall-Grad għandu
jinkludi kif mar l-istudent fl-eżami finali, kif ukoll iċ-ċertifikati ta’
kredti u gradi miksuba matul il-kors.
(2) L-ismijiet ta’ studenti li jikkwalifikaw għall-għotja tal-
Grad għandhom ikunu ppublikati f’ordni alfabetiku f’lista mqassma
fil-kategoriji I, IIA, IIB, u III.
Eżamijiet 
supplimentarji u t-
terminazzjoni tal-
korsijiet.
10. (1) Student li jeħel fl-eżami finali jista’ jitħalla joqgħod
għal eżami supplimentari fis-sessjoni li jmiss fil-karti li weħel
fihom.
(2) Student jista’ jitħalla jirrepeti l-eżami finali darba biss.
