GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. -
FIL-FAKULTÀ  TA’ L-ARKITETTURA 
U INĠINERIJA ĊIVILI ġ L.S.327.139 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.139
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’
MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - 
FIL-FAKULTÀ  TA’ L-ARKITETTURA U 
INĠINERIJA ĊIVILI
12 ta’ Ġunju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 152 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil. - fil-Fakultà  ta’ l-
Arkitettura u Inġinerija Ċivili.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tinħtieġx xort’oħra -
"il-Bord’ ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Arkitettura u Inġinerija
Ċivili;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil.;
"il-kors" iflsser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Master of
Philosophy - M.Phil. - in Architecture and Civil Engineering.
Applikabilità.
1991 ’il quddiem.
Kwalifiki.
(a) jiksbu Baċellerat fl-Inġinerija u Arkitettura (bl-Unuri)
bi klassifikazzjoni ta’ l-Ewwel Klassi jew it-Tieni
Klassi (Taqsima Superjuri), u
(b) jiksbu l-istess Baċellerat mill-inqas sena u mhux iktar
minn għaxar snin qahel ma japplikaw għall-kors tal-
Grad ta’ Master of Philosophy.
(2) Kandidati li ma jissoddisfax ir-rekwiżiti ta’ l-ordinament
3(1), iżda li -
(a) jiksbu l-istess Baċellerat iktar minn għaxar snin qabel;
jew
(b) jiksbu l-istess Baċellerat inqas minn għaxar snin qabel,
iżda bi klassifikazzjoni tat-tieni Klassi (Taqsima
Inferjuri); jew
(ċ) jiggradwaw bl-Ewwel Klassi jew it-Tieni Klassi
(Taqsima Superjuri) fil-Baċellerat fix-Xjenzi jew
Baċellerat fl-Arkitettura (bl-Unuri) minn l-Università
ta’ Malta jew minn Università  oħra rikonoxxuta mis-
Senat; jew
(d) jiggradwaw bil-klassifikazzjoni ta’ l-Ewwel Klassi jew
it-Tieni Klassi (Taqsima Superjuri) f’suġġett relatat fl-
Università  ta’ Malta jew f’Università  oħra rikonoxxuta
mis-Senat.
2 L.S.327.139 ħ
GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. -
FIL-FAKULTÀ  TA’ L-ARKITETTURA 
U INĠINERIJA ĊIVILI
(3) (a) L-istudenti jistgħu japplikaw f’każijiet speċjali lill-
Bord għal permess biex jirreġistraw għall-Grad. Huma
għandhom f’dawn il-każijiet jinkludu evidenza tal-
kompetenza tagħhom li jagħmlu riċerka fl-area
proposta, u għandhom ukoll jipprovdu
rakkomandazzjoni mill-Kap tad-Dipartiment.
(b) Il-Bord jista’, f’kull każ, jistabbilixxi rekwiżiti
addizzjonali li jinkludu t-teħid ta’ eżami jew iktar ta’
kwalifika.
(4) Il-Bord jista’ jinnomina skond ir-regolament 3 tar-
Regolamenti għall-għoti tal-Grad superviżur jew iktar għall-proġett
partikolari, ukoll minn barra l-istaff akkademiku tad-Dipartiment
konċernat, ħlief li ma għandux normalment jinnomina superviżur li
m’għandux il-kwalifiki akkademiċi ta’ livell ogħla minn dak ta’
Master of Philosophy.
Format u 
preżentazzjoni tad-
dissertazzjoni.
4. (1) Student jeħtieġ li jippreżenta sunt tat-teżi tiegħu ta’
mhux iktar minn 500 kelma, illegata ma’ kull kopja tat-teżi
sottomessa lill-Università .
(2) Student jista’ jissottometti bħala materja sussidjarja kull
kontribuzzjoni mitbugħa għall-avvanz tas-suġġett li huwa seta’
ppubblika indipendentament jew konġuntament. Jekk student
jissottometti din il-materja sussidjarja, huwa jkun jeħtieġ li jistqarr
bis-sħiħ il-parti tiegħu f’kull pubblikazzjoni konġunta.
(3) Student jeħtieġ li jissottometti tliet kopji tat-teżi tiegħu,
ittajpjata jew mitbugħa, u llegata adegwatament għall-għanijiet ta’
l-eżami orali. L-istudent jeħtieġ li jġib ir-raba’ kopja tat-teżi
similment legata u paġinata, għall-eżami orali.
(4) L-istudent għandu jissottometti wara l-eżami orali, u wara
li jinkorpora emendi oħrajn kif il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’
jeħtieġ, żewġ kopji oħrajn illegati iebes bi drapp jew vellum ta’ l-
arti, lewn aħdar skur b’kuntrast bi trufijiet mhux maqtugħin, b’ittri
korsivi u dehbin bejn 12 u 30 mm għoli fuq wara rigward il-grad,
data u isem l-istudent, u fuq quddiem rigward it-titolu tax-xogħol.
It-test għandu jkun ittajpjat jew mitbugħ fuq karti A4, naħa waħda
biss, bi spazju doppju, u b’marġni ta’ 40 mm fuq ix-xellug, u mill-
inqas 20 mm fuq, isfel u lemin. Tpinġijiet u mapep, li huma
inevitabilment ikbar minn A4, għandhom ikunu mitwijin sewwa
għall-qies ta’ A4 biex b’hekk jistgħu jkunu llegati pulit fit-teżi.
(5) Waħda minn dawn il-kopji għandha tkun depożitata fil-
librerija ta’ l-Università  ta’ Malta, u l-oħra fil-Librerija
Dipartimentali rispettiva.
