GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - 
FL-ISTITUT TAL-GŻEJJER U STATI ŻGĦAR ġ L.S.327.140 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.140
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’
MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - 
FL-ISTITUT TAL-GŻEJJER U STATI ŻGĦAR
12 ta’ Ġunju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 153 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil. - fl-Istitut tal-Gżejjer u
Stati Żgħar.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtiegx xort’oħra:
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut tal-Gżejjer u Stati Żgħar;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil.
Applikabilità .
’ il quddiem.
Reġistrazzjoni.
kandidati li kisbu grad bl-unuri, f’livell tat-tieni klassi taqsima
superjuri jew ogħla, minn l-Università  ta’ Malta jew minn
Università  oħra rikonoxxuta għal dan il-għan mis-Senat, f’suġġett
li fl-opinjoni tal-Bord huwa relatat mill-qrib mat-tema tal-proposta
ta’ riċerka tal-kandidat.
(2) Il-Bord jista’, f’ċirkostanzi speċjali, jħalli kandidat, li ma
jissodisfax ir-rekwiżi speċifikati fl-ordinament 3(1), li jirreġistra.
L-applikazzjoni tal-kandidat għandha, f’dan il-każ, tinkludi
evidenza li l-kandidat huwa kompetenti li jagħmel ir-riċerka
neċessarja biex itemm il-Grad.
(3) Il-Bord jista’ jistabilixxi rekwiżiti addizzjonali, li jinkludu
li l-kandidat joqgħod għal wieħed jew iktar eżamijiet ta’ kwalifika.
(4) L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha tinkludi t-
titolu tad-dissertazzjoni proposta u deskrizzjoni qasira tal-
kontenuti proposti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni minn membru
ta’ l-istaff akkademiku li jaċċetta li jaġixxi ta’ superviżur.
Dissertazzjoni.
riżultati tar-riċerka u l-osservazzjonijiet tal-kandidat innifsu.
(2) Id-dissertazzjoni m’għandhiex teċċedi 50,000 kelma
sakemm ma jkunx speċifikat xort’oħra mill-Bord. Id-dissertazzjoni
għandha tinkorpora astratt ta’ mhux iktar minn 500 kelma. It-test
għandu jkun ittajpjat jew stampat fuq karti A4, naħa waħda biss, bi
spazju doppju, u l-preżentazzjoni għandha ssegwi gwida ta’ stil
aċċettabbli għas-superviżur.
(3) L-istudent jeħtieġ jissottometti tliet kopji tad-
dissertazzjoni għall-eżami mill-Bord ta’ l-Eżaminaturi.
(4) L-istudent għandu jissottometti wara l-eżami orali, u wara
2 L.S.327.140 ħ
GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - 
FL-ISTITUT TAL-GŻEJJER U STATI ŻGĦAR
li jinkorpora l-emendi kif il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’ jirrikjedi,
żewġ kopji addizzjonali tad-dissertazzjoni b’qoxra iebsa. It-titolu
tad-dissertazzjoni, isem il-kandidat, it-titolu tal-grad u d-data meta
l-kandidat kien ammess għall-Grad, għandhom ikunu stampati fuq
il-qoxra ta’ quddiem. Waħda mill-kopji addizzjonali għandha tkun
depożitata fil-Librerija ta’ l-Università  u l-oħra fil-Librerija ta’ l-
Istitut.
