GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - 
FL-ISTITUT TAL-GŻEJJER U STATI ŻGĦAR ġ L.S.327.141 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.141
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’
DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - 
FL-ISTITUT TAL-GŻEJJER U STATI ŻGĦAR
12 ta’ Ġunju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 154 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D. - fl-Istitut tal-Gżejjer u Stati
Żgħar.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut tal-Gżejjer u Stati Żgħar;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Doctor of
Philosophy - Ph.D.;
"il-Grad" ifisser il-grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D.;
"il-Kumitat għall-M.Phil. u l-Ph.D." ifisser il-Kumitat maħtur
mis-Senat kif preskritt mir-regolament 4 tar-Regolamenti ta’ tal-
Kors għall-Gradi ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D. u Master of
Philosophy - M.Phil.
Applikabilltà .
mibdija minn Lulju 1995 ’il quddiem.
Reġistrazzjoni.
minbarra r-rekwiżiti speċifikati fir-Regolamenti għall-Grad sabiex
jirreġistra għall-kors:
(a) jikseb grad ta’ Master mill-Università  ta’ Malta
f’suġġett li fl-opinjoni tal-Bord huwa relatat mill-qrib
mat-tema tal-proposta ta’ riċerka tal-kandidat; jew
(b) jikseb kwalifika ekwivalenti kif approvata mis-Senat
fuq rakkomandazzjoni tal-Bord.
(2) Il-Bord jista’ jitlob lill-kandidat isegwi korsijiet
addizzjonali f’livell undergraduate jew post-graduate biex jiżgura
li huwa kompetenti biex jagħmel ir-riċerka neċessarja biex itemm
il-programm ta’ Doctor of Philosphy.
(3) Kandidat li jixtieq isegwi l-programm li jwassal għall-Grad
jeħtieġ normalment li jirreġistra l-ewwel għall-grad ta’ Master of
Philosophy - M.Phil. L-iggradar ’il fuq tar-reġistrazzjoni minn
M.Phil. għall-Grad ma għandux jitħalla qabel l-għeluq ta’ tnax-il
xahar ta’ studju full-time jew erba’ u għoxrin xahar ta’ studju part-
time wara r-registrazzjoni għall-M.Phil. u wara r-rakkomandazzjoni
tas-superviżur ta’ l-istudent u l-approvazzjoni tal-Bord.
(4) Student li jitħalla jitrasferixxi mill-kors ta’ l-M.Phil. ma
għandux normalment jingħata il-Grad ta’ M.Phil.
2 L.S.327.141 ħ
GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - 
FL-ISTITUT TAL-GŻEJJER U STATI ŻGĦAR
Format u 
preżentazzjoni tat-
teżi.
4. (1) It-teżi tal-Grad għandha tinkorpora r-rizultati tar-
riċerka u l-osservazzjonijiet ta’ l-istudent innifsu.
(2) It-teżi m’għandhiex normalment tkun inqas minn 35,000
kelma u m’għandhiex tkun iktar minn 60,000 kelma li jeskludu
appendiċi, bibljografiji, glossarji u footnotes It-teżi għandha
tinkorpora astratt ta’ mhux iktar minn 500 kelma. It-test għandu
jkun ittajpjat jew stampat fuq karti A4, fuq naħa waħda biss, bi
spazju doppju, waqt li l-preżentazzjoni għandha ssegwi gwida ta’
stil aċċettabbli għas-superviżur.
(3) L-istudent jeħtieġ jissottometti tliet kopji tat-teżi għall-
eżami lill-Bord ta’ l-Eżaminaturi.
(4) L-istudent għandu jissottometti wara l-eżami orali, u wara
li jinkorpora kull emenda kif il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jirrikjedi,
zewg kopji addizzjonali b’qoxra iebsa tat-teżi. It-titolu tat-teżi,
isem il-kandidat, it-titolu tal-grad u d-data meta l-kandidat kien
ammess għall-Grad għandhom ikunu stampati fuq il-qoxra ta’
quddiem. Waħda mill-kopji addizzjonali għandha tkun depożitata
fil-Librerija ta’ l-Università  ta’ Malta u l-oħra fil-librerija ta’ l-
Istitut.
