KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF SCIENCE - M.SC. - 
IN ENVIRONMENTAL PLANNING AND MANAGEMENT ġ L.S.327.142 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.142
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’
MASTER OF SCIENCE - M.SC. - IN 
ENVIRONMENTAL PLANNING AND MANAGEMENT
12 ta’ Ġunju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 155 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Science - M.Sc. - in Environmental
Planning and Management.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifissser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur mis-Senat biex
jimplimenta dawn ir-regolamenti, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-
Bord ta’ l-Istitut ta’ l-Ambjent Internazzjonali;
"il-Grad" ifisser il-grad ta’ Master of Science - M.Sc.;
"il-kors" ifisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-Grad ta’
Master of Science - M.Sc. - in Environmental Planning and
Management.
Applikabilità .
korsijiet li jibdew fl-1995 jew wara.
Il-Bord ta’ l-
Istudji.
3. (1) Is-Senat għandu jaħtar Bord ta’ l-Istudji biex jagħtih
pariri fuq id-dħul ta’ studenti, fuq il-programm akkademiku, u fuq
materji li għandhom x’jaqsmu mat-tmexxija xierqa tal-kors.
(2) Il-Bord għandu jkun kompost minn Chairman, Koordinatur
tal-kors, tliet membri ta’ l-istaff akkademiku li jgħallmu fil-kors,
membru nominat mill-Istitut ta’ l-Ambjent Internazzjonali, u żewġ
rappreżentanti ta’ l-istudenti eletti mill-istudenti li jkunu jsegwu l-
kors. Membri oħrajn jistgħu jkunu kooptjati mill-Bord jekk jinqala’
l-bżonn.
Kwalifiki għad-
dħul.
4. (1) Kandidat għandu jkun fil-pussess ta’ waħda mill-
kwalifiki li ġejjin biex ikun eliġibbli għal dħul fil-kors:
(a) Grad ta’ l-ewwel għall-inqas tat-tieni kategorija jew
aħjar minn l-Università  ta’ Malta jew Università  oħra
rikonoxxuta mis-Senat għal dan il-għan;
(b) is-Senat jista’ f’każijiet eċċezzjonali fuq il-parir tal-
Bord jippermetti li jkunu ammessi fil-kors, kandidati li
għandhom kwalifiki oħrajn flimkien ma’ esperjenza
ppruvata estensiva fil-qasam tat-tħaddim u/jew
ippjanar ambjentali.
(2) Id-dħul ta’ student li l-ewwel grad tiegħu huwa meqjus
mill-Bord li m’huwiex f’qasam relatat mat-tħaddim u/jew ippjanar
ambjentali (regolament 4(1)(a)) jew student li għandu jkun ammess
2 L.S.327.142 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF SCIENCE - M.SC. - 
IN ENVIRONMENTAL PLANNING AND MANAGEMENT
fit termini tar-regolament 4(1)(b), għandu jiddependi mir-riżultati
ta’ intervista. Il-Bord jista’ jimponi rekwiżiti addizzjonali li
jinkludu l-bżonn li kandidat jsegwi programm preparatorju ta’
studji u li jgħaddi eżami ta’ kwalifika qabel ma jkun reġistrat fil-
kors.
(3) Studenti ammessi fil-kors li huma fil-pussess ta’
Postgraduate Diploma in Environmental Management ta’ l-
Università  ta’ Malta u jkunu kisbu l-medju Grad B fil-kredti
assenjati lill-komponenti tal-kors, jistgħu jkunu eżentati mill-Bord
milli jsegwu ċerti taqsimiet studju, iżda n-numru finali ta’ kredti
miksubin mill-istudenti fil-kors m’għandux ikun inqas minn 12.
Studenti ma għandhomx ikunu eżentati mid-dissertazzjoni,
minkejja li huma jistgħu jitħallew itemmu l-kors f’sena akkademika
waħda fit-termini tar-regolament 5.
It-tul tal-kors. 5. It-tul tal-kors m’għandux ikun inqas minn sentejn u mhux
iktar minn tlett snin akkademiċi ta’ studju full-time jew l-
ekwivalenti fi studju part-time.
Il-kors ta’ l-istudji. 6. (1) Il-kors għandu jkun offert f’oqsma ta’ studju relatati
mat-tħaddim u ppjanar ambjentali kif determinat mill-Bord u kif
approvat mis-Senat.
(2) Il-kors għandu jikkonsisti minn:
(a) taqsimiet studji u proġett taħt superviżjoni li huma
assenjati total ta’ mhux inqas minn 24 u mhux iktar
minn 30 kredtu, f’ull qasam ta’ studju offert;
(b) dissertazzjoni ta’ minimu ta’ 25,000 kelma relatata
mal-qasam ta’ l-istudju segwit, taħt il-gwida ta’
superviżur maħtur mill-Bord.
(3) Il-programm tal-kors għandu jinkludi:
(a) Taqsimiet studju (interdixxiplinarji) ta’ Orjentazzjoni
(b) Taqsimiet studju Awanzati (interdixxiplinarji) Elettivi
(ċ) Taqsimiet studju ewlenin
(d) Proġetti
(e) Assenjamenti prattiċi superviżati
(f) Taqsimiet studji ta’ Applikazzjonijiet Elettivi
(g) Proġett Integrat Finali
(h) Dissertazzjoni.
(4) Programm tal-kors dettaljat u katalogu ta’ taqsimiet studju
għal kull qasam ta’ studju, u l-kredti assenjati għal kull taqsima
studju, li jindikaw liema taqsimiet huma obbligatorji, għandhom
ikunu ppubblikati qabel il-bidu tal-kors.
Valutazzjoni. 7. (1) Kredti għal kull taqsima studju għandhom ikunu
assenjati skond il-gradi A, B, C, D jew Weħel.
(2) Valutazzjoni tad-dissertazzjoni għandha tkun fuq il-bażi
Għadda/Weħel.
(3) Id-dissertazzjoni għandha tkun eżaminata minn tliet
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF SCIENCE - M.SC. - 
IN ENVIRONMENTAL PLANNING AND MANAGEMENT ġ L.S.327.142 3
eżaminaturi, li wieħed minnhom huwa s-superviżur maħtur mill-
Bord. Il-Bord ta’ Eżami jista’ jitlob studenti biex joqogħdu għal
eżami viva voce.
(4) Eżaminaturi esterni jistgħu jintalbu biex jassistu fil-
valutazzjoni kollha jew f’xi waħda, u fl-eżami tad-dissertazzjoni.
(5) Studenti li ma jirnexxilhomx jiksbu kredtu għandhom
ikunu rivalutati darba waħda biss. F’dawn il-każijiet il-grad
massimu li jista’ jingħata huwa l-grad minimu.
Tmiem il-kors.
sodisfaċentament il-kors jekk huma jkunu għaddew il-valutazzjoni
ta’ mhux inqas minn 24 kredtu u jkunu ssodisfaw l-eżaminaturi fid-
dissertazzjoni.
(2) Dissertazzjoni li ma tilħaqx il-livell rikjest għandha
tingħata lura lill-istudent għal reviżjoni, u għandha tkun ri-
sottomessa għal eżami f’perjodu li ma jaqbiżx sena, kif dirett mill-
eżaminaturi.
(3) Permess għas-sottomessjoni mill-ġdid tad-dissertazzjoni
għandu jingħata darba waħda biss.
Għotja u 
klassifikazzjoni 
tal-Grad.
9. Il-klassifikazzjoni finali tal-Grad għal kull student li
jgħaddi għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati miksubin f’kull parti
tal-kors u għandha tkun ippubblikata bħala riżultat wieħed taħt il-
kategoriji li ġejjin:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
