KORS GĦALL-POSTGRADUATE 
DIPLOMA IN SOCIAL WORK - P.G.DIP.S.W. ġ L.S.327.143 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.143
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-
POSTGRADUATE DIPLOMA IN SOCIAL WORK - 
P.G.DIP.S.W.
12 ta’ Ġunju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 156 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviż Legali 180 ta’ l-
1998.
Titolu u tifsir.
Emendat:
A.L. 180 ta’ l-
1998.
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti tal-
Kors għall-Postgraduate Diploma in Social Work - P.G. Dip. S.W.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Ekonomija,
Management u Accountancy;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Postgraduate Diploma; u
"il-Postgraduate Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in
Social Work - P.G. Dip. S.W.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 180 ta’ l-
1998.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
bdew f’Ottubru 1998 jew wara.
Ir-rekwiżiti għad-
dħul.
Emendat:
A.L. 180 ta’ l-
1998.
3. (1) Il-kandidati jistgħu jirreġistraw għall-kors jekk
ikollhom ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) grad ta’ Bachelor of Arts, bil-Psikoloġija bħala qasam
ta’ studju ewlieni jew sekondarju u s-Soċjoloġija (jew
l-Istudji Soċjali) bħala qasam ta’ studju ewlieni jew
sekondarju; sakemm wieħed minn dawn iż-żewġ
oqsma ta’ studju jkun qasam ta’ studju ewlieni; jew
(b) grad ta’ Bachelor of Psychology (Honours), jew l-
ekwivalenti, bis-Soċjoloġija (jew l-Istudji Soċjali)
bħala qasam ta’ studju ewlieni jew sekondarju; jew
grad ta’ Bachelor of Psychology bis-Soċjoloġija (jew
l-Istudji Soċjali) bħala qasam ta’ studju ewlieni jew
sekondarju; jew
(ċ) grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) fis-Soċjoloġija
(jew l-Istudji Soċjali) bil-Psikoloġija bħala qasam ta’
studju ewlieni jew sekondarju matul l-Ewwel Parti tal-
kors; jew
(d) grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) fis-Social
Administration; u
(e) jissodisfaw il-Bord tal-Valutazzjoni maħtur għal dan
il-għan li għandhom il-kwalitajiet meħtieġa għall-
ħidma soċjali.
(2) Il-kandidati li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-subregolament (1)
bil-Psikoloġija bħala qasam ta’ studju sekondarju jew li għandhom
2 L.S.327.143 ħ
KORS GĦALL-POSTGRADUATE 
DIPLOMA IN SOCIAL WORK - P.G.DIP.S.W.
grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) fis-Social Administration
għandhom ikunu meħtieġa jtemmu b’suċċess iż-żewġ taqsimiet
studju li ġejjin, jew oħrajn li l-Bord jikkonsidra bħala ekwivalenti:
Counselling I & II jew Helping Skills I & II; u
Psikopatoloġija I.
(3) Il-Bord jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jħalli gradwat fil-
Psikoloġija li m’għandux is-Soċjoloġija bħala qasam ta’ studju
ewlieni jew sekondarju li jirreġistra għall-kors, bla ħsara għall-
ħtieġa li jissodisfa rekwiżiti addizzjonali matul il-kors.
(4) Il-kandidati li jkollhom kwalifiki oħra kkonsidrati
ekwivalenti għal dawk elenkati fis-subregolament (1) jistgħu, fuq
il-parir tal-Bord, ikunu eżentati minn dawn ir-rekwiżiti kollha jew
parti minnhom.
It-tul tal-kors.
Emendat:
A.L. 180 ta’ l-
1998.
4. (1) Il-kors għandu jestendi fuq perijodu ta’ tliet semestri
ta’ studju fuq bażi full-time (li jinkludu wkoll ix-xhur tas-sajf ta’
bejniethom).
(2) F’ċirkostanzi straordinarji l-Bord jista’ jħalli studenti, għal
raġunijiet validi u suffiċjenti, jestendu l-istudji tagħhom b’sena
oħra.
Il-kors ta’ l-istudji.
Emendat:
A.L. 180 ta’ l-
1998.
5. (1) Il-kors għandu jikkonsisti f’dan li ġej:
(a) taqsimiet studju, li għalihom huma assenjati mhux
inqas minn tnax-il kredtu;
(b) tliet pjazzamenti prattiċi, li għalihom huma assenjati
mhux inqas minn għaxar kredti;
(ċ) proġett jew essay twil, li għalih huwa assenjat mhux
inqas minn erba’ kredti; u
(d) eżami finali ta’ żewġ karti.
(2) L-ewwel pjazzament prattiku normalment għandu jsir
matul l-ewwel semestru. It-tieni pjazzament prattiku normalment
għandu jsir matul it-tieni semestru. It-tielet pjazzament prattiku
normalment għandu jsir l-aktar matul is-sajf.
(3) L-istudenti jkunu meħtieġa jirreġistraw għal kull taqsima
studju u pjazzament prattiku li jixtiequ jieħdu. Kredtu għandu
jingħata fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-progress milħuq fi tmiem l-
istudju u l-assenjamenti mitluba.
(4) Katalogu ta’ taqsimiet studju, bin-numru tal-kredti
assenjati għal kull taqsima studju, għandu jkun ippubblikat mill-
Bord qabel il-bidu tal-kors. Taqsima studju tista’ tinkludi, jew
tikkonsisti kollha, pjazzamenti prattiċi valutati fejn xieraq. L-
istudenti li jieħdu taqsima studju bħal din jistgħu jkunu meħtieġa
jiktbu rapporti fuq il-pjazzament prattiku. Il-katalogu għandu
jinkludi wkoll il-metodu ta’ valutazzjoni għal kull taqsima studju, u
liema taqsimiet studju huma pre-rekwiżiti, obbligatorji jew
għandhom jittieħdu flimkien.
(5) L-istudenti li jistgħu juru li temmew b’suċċess taqsima
studju jew iktar, ekwivalenti għal dawk li jiffurmaw parti minn dan
il-kors, jistgħu japplikaw għal eżenzjoni, iżda l-istudenti
KORS GĦALL-POSTGRADUATE 
DIPLOMA IN SOCIAL WORK - P.G.DIP.S.W. ġ L.S.327.143 3
m’għandhomx ikunu eżentati minn iktar minn 20% tal-kredti
meħtieġa għall-kors.
(6) Ħlief bil-permess tal-Bord, l-istudenti ma jistgħux jieħdu
ħlief bil-permess tal-Bord taqsima studju li għaliha m’għandhomx
il-pre-rekwiżiti jew jieħdu taqsima studju mingħajr ma jieħdu
wkoll it-taqsimiet studju li għandhom jittieħdu flimkien skond kif
avżat.
Il-valutazzjoni.
Emendat:
A.L. 180 ta’ l-
1998.
6. (1) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond l-iskema ta’
ggradar, f’ordni ta’ mertu mill-ogħla sa l-inqas: A, B, C, D, u F,
fejn F tindika li Weħel.
(2) L-istudenti li ma jġibux xi kredtu għandhom normalment
jithallew jagħżlu riparatorju darba biss. Fil-valutazzjoni mill-ġdid,
l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa D. Jekk jeħlu fir-riparatorju,
għandhom jitħallew jirrepetu t-taqsima studju darba biss.
M’għandux ikun hemm riparatorju meta t-taqsima studju tkun
ripetuta.
(3) L-eżami finali għandu normalment isir fl-aħħar tal-kors. L-
istudenti li jeħlu f’dan l-eżami għandhom jitħallew jagħmlu
riparatorju darba biss.
Eliġibbilità  għall-
Postgraduate 
Diploma.
Emendat:
A.L. 180 ta’ l-
1998.
7. (1) Il-Postgraduate Diploma għandha tingħata lil dawk l-
istudenti li:
(a) jiksbu minimu ta’ 26 kredtu, inkluż il-kredti għat-tliet
pjazzamenti prattiċi u għall-proġett jew essay twil; u
(b) jgħaddu fl-eżami finali.
(2) Il-klassifika finali għandha tkun ibbażata fuq il-piż kif ġej:
Il-kredti, li jinkludu dawk għall-Pjazzamenti
Prattiċi u għall-Proġett jew Essay Twil 60%
L-Eżami Finali 40%.
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għal-
Postgraduate Diploma għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni
alfabetiku kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
