KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
AGRICULTURE - DIP. AGRIC. ġ L.S.327.144 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.144
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
AGRICULTURE - DIP. AGRIC.
12 ta’ Ġunju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 157 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviż Legali 273 ta’ l-
2001.
Titolu u tifsir.
Kors għad-Diploma in Agriculture - Dip. Agric.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord ta’ l-Istitut ta’ l-Agrikultura;
"id-Diploma" tflsser id-Diploma in Agriculture - Dip. Agric.;
"l-Istitut" tfisser l-Istitut ta’ l-Agrikultura;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma in Agriculture -
Dip. Agric.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 273 ta’ l-
2001.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għal korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
Eliġibbilità  għad-
Diploma.
3. Kandidat għandu biex ikun eleġibbli għall-għoti tad-
Diploma:
(a) jirreġistra bħala student regolari ta’ l-Università  ta’
Malta fl-Istitut ta’ l-Agrikultura għal perjodu ta’ sena;
(b) jtemm il-kors, jikseb il-kredti meħtieġa u jgħaddi
b’suċċess mill-eżamijiet skond dawn ir-regolamenti;
(ċ) jissottometti rapport ta’ proġett f’suġġett approvat
agrikolu għas-soddisfazzjoni ta’ l-eżaminaturi; u
(d) jissodifa ir-rekwiżiti l-oħrajn kollha stabbiliti f’dawn
ir-regolamenti u f’Regolamenti relevanti oħra u l-
Istatuti ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni.
Sostitwit:
A.L. 273 ta’ l-
2001.
4. Kandidat jista’ jkun reġistrat bħala student regolari fil-kors
jekk jissodisfa:
(a) ir-rekwiżiti tad-dħul skond id disposizzjonijiet tar-
Regolamenti għad-Dħul u jgħaddi fil-Livell Avanzat
fil-Bijoloġija u fil-Kimika; jew
(b) ir-rekwiżiti għad-dħul bħala studenti bi prova kif
stipulat fir-regolament 5, sakemm l-istudenti bi prova
jkunu meħtieġa jtemmu b’suċċess programm bażiku
kif stipulat fir-regolament 7.
Rekwiżiti għad-
dħul għal studenti 
bi prova.
5. Kandidat għandu jipposjedi wieħed minn dawn li ġejjin
sabiex ikun ammess bħala studcnt bi prova fil-kors:
(a) sitt Ċertifikati ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja, li
jinkludu l-Malti, il-Lingwa Ingliża, il-Matematika u
2 L.S.327.144 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
AGRICULTURE - DIP. AGRIC.
suġġett fix-Xjenza bi grad 5 jew aħjar;
(b) Diploma mill-Kulleġġ ta’ l-Agrikultura tad-
Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni bi grad ta’ mertu jew
aħjar, jew kwalifika simili, li fl-opinjoni tal-Bord hija
ekwivalenti għal din il-kwalifika.
It-tul tal-kors. 6. (1) Il-kors jestendi fuq sena ta’ studju full-time għal
kandidat regolari.
(2) Student ma jistax jagħmel l-eżamijiet finali qabel sena u
mhux aktar tard minn sentejn mill-ewwel reġistrazzjoni bħala
student regolari ħlief bil-permess tas-Senat.
(3) Student li jkun daħal għall-kors bħala student bi prova ma
jistax  joqgħod għall-eżamijiet finali aktar tard minn tliet snin mill-
ewwel reġistrazzjoni ħlief f’ċirkostanzi speċjali bil-permess tas-
Senat.
Programm ta’ 
fondazzjoni.
7. (1) Il-programm ta’ fondazzjoni jestendi fuq perjodu ta’
sena ta’ studju full-time u huwa intenzjonat għal studenti bi prova
biss. Dan il-programm jikkonsisti fi:
(a) taqsimiet studju li huma assenjati mhux anqas minn 20
kredtu fil-ħames moduli li ġejjin: Kimika, Bijoloġija,
Bioteknoloġija, Xjenza ta’ l-Uċuh tar-Raba’, u Xjenza
ta’ l-Annimali;
(b) prattika fl-agrikultura li hija assenjata mhux inqas
minn żewġ kredti.
(2) Katalogu tat-taqsimiet studju f’kull modulu, bil-kredti
assenjati għal kull waħda, għandhom ikunu ppubblikati mill-Istitut
qabel il-bidu ta’ kull kors.
(3) Kredti huma assenjati skond il-gradi li ġejjin f’ordni ta’
meritu mill-ogħla sa l-inqas: A, B, C, D, jew F, fejn F tindika li
Weħel. Student li jeħel f’xi kredtu ta’ taqsima studju jerġa’ jitħalla
jkun ittestjat darba oħra biss. Il-kredtu ta’ l-istudent għandu jkun
jew D jew F f’din ir-rivalutazzjoni.
(4) Il-prattika fl-agrikoltura għandha ssir jumejn fil-ġimgħa fi
stabbiliment approvat taħt is-supervizjoni ta’ għalliem fuq il-post
rikonoxxut mill-Istitut u suġġett għal valutazzjoni kontinwa.
(5) Eżamijiet fil-hames moduli elenkati fis-subregolament
(1)(a) isiru normalment f’Ġunju fi tmiem il-kors ta’ fondazzjoni
għandhom jikkonsistu f’hames karti bil-miktub ta’ tliet sigħat kull
waħda. Ir-riżultati ta’ dawn l-eżamijiet għandhom ikunu ggradati
A, B, C, D jew F, fejn F tindika li Weħel. Student li jeħel f’xi karta
għandu jitħalla jerġa’ jagħmel l-eżami darba biss f’sessjoni
supplementari, li normalment issir f’Settembru. Il-kredtu ta’ l-
istudent għandu jkun D jew F fir-rivalutazzjoni.
(6) Student bi prova li jtemm b’suċċess il-programm ta’
fondazzjoni għandu jkun intitolat li jkun rreġistat bħala student
regolari fil-kors.
Il-programm tad-
Diploma.
8. (1) Il-programm tad-Diploma għandu jikkonsisti fi:
(a) taqsimiet studju li huma assenjati mhux anqas minn 24
kredtu fil-ħames moduli li ġejjin: Produzzjoni ta’
KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
AGRICULTURE - DIP. AGRIC. ġ L.S.327.144 3
Annimali, Produzzjoni ta’ Għelejjel, Xjenza tal-
Ħamrija, Ekonomija u Negozju Agrikoli; u Inġinerija
Agrikola;
(b) prattika agrikola hija assenjata mhux inqas minn 2
kredti;
(ċ) rapport ta’ proġett ta’ 5000 kelma fuq suġġett
approvat.
(2) Katalogu ta’ kull taqsima studju f’kull modulu, bil-kredti
assenjati għal kull waħda, għandhom ikunu ppubblikat mill-lstitut
qabel il-bidu ta’ kull kors.
(3) Kredti huma assenjati skond il-gradi li ġejjin f’ordni ta’
merti li jibda mill-ogħla għall-inqas mertu: A, B, C, D jew F, fejn F
tindika li Weħel. Student li jeħel f’xi kredtu għal taqsima studju
jitħalla jkun ittestjat mill-ġdid darha biss. Il-kredtu ta’ l-istudent
ikun D jew F fir-rivalutazzjoni.
(4) Il-prattika agrikola għandha ssir darbtejn fil-ġimgħa fi
stabbiliment approvat taħt is-supervizjoni ta’ għalliem fuq il-post
rikonoxxut mill-Istitut u suġġett għal valutazzjoni kontinwa.
(5) L-istudent għandu joqgħod għal eżami f’kull modulu
elenkat fis-subregolament (1)(a) fi tmiem kull sena. Kull modulu
għandu jkun kopert minn karta ta’ l-eżami ħlief il-Produzzjoni ta’
Annimali u l-Produzzjoni ta’ Għelejjel, li jkunu lkoll koperti minn
żewġ karti kull wieħed. L-istudent għandu jkun eżaminat u ggradat
f’kull karta. Il-karti huma ggradati f’ordni ta’ mertu li jinżel mill-
ogħla għall-inqas: A, B, C, D jew F, fejn F tindika li Weħel.
(6) Student li ma jgħaddix taħt is-subregolament (5) f’mhux
aktar minn tliet karti għandu jirrepeti l-eżamijiet darba biss
f’sessjoni supplementari, li normalment issir f’Settemhru, iżda l-
grad mogħti fl-eżami supplementari għandu jkun D jew F.
(7) Ir-rapport tal-proġett għandu jkun iggradat f’ordni ta’
mertu li jinżel mill-ogħla għall-inqas A, B, C, D, u F, fejn F tindika
li Weħel. Student li jeħel fir-rapport tal-proġett għandu jitħalla
jagħmel sottomissjoni waħda tar-rapport fejn il-Grad għandu jkun
D jew F.
Riżultati.
miksuha u r-riżultati ta’ l-eżamijiet bil-miktub f’kull modulu, u l-
merti tar-rapport tal-proġett.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għad-Diploma
għandhom jkunu ppubblikati f’ordni alfabetiku u kklassifikati kif
ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
