GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - FIL-
WORKERS’ PARTICIPATION DEVELOPMENT CENTRE ġ L.S.327.145 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.145
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF 
PHILOSOPHY - M.PHIL. - FIL-WORKERS’ 
PARTICIPATION DEVELOPMENT CENTRE
24 ta’ Lulju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 178 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil. - fil-Workers’
Participation Development Centre.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Workers’ Participation Development
Centre;
"il-Bord ta’ l-Istudji" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għall-
kors;
"iċ-Ċentru" ifisser il-Workers’ Participation Development
Centre; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Master of
Philosophy - M.Phil.
Applikabilità .
1998 ’il quddiem.
Il-Bord ta’ l-
Istudji.
3. Bord ta’ l-Istudji għandu jkun appuntat għall-kors
magħmul mid-Direttur taċ-Ċentru bħala Chairman u mill-anqas
minn żewġ u mhux aktar minn ħames membri akkademiċi appuntati
fuq il-parir tal-Bord.
Ir-registrazzjoni.
(normalment mhux anqas mit-Tieni Klassi Taqsima Superjuri)
f’qasam ta’ studju relatat mill-qrib mar-relazzjonijiet industrijali
jistgħu japplikaw. Il-Bord ta’ l-Istudji jista’ jikkonsidra wkoll
applikazzjonijiet minn kandidati bi kwalifika minn l-Università  ta’
Malta jew minn università  oħra kkunsidrata bħala ekwivalenti mis-
Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji.
Rekwiżiti 
addizzjonali.
5. Il-Bord ta’ l-Istudji jista’ jistabbilixxi rekwiżiti
addizzjonali li għandhom ikunu sodisfatti matul il-kors.
Applikazzjonijiet.
t-titolu tad-dissertazzjoni proposta u proposta ta’ riċerka
ddettaljata, normalment ta’ madwar 1000 kelma. Is-suġġett propost
għandu jkun fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali jew f’xi qasam
ta’ studju ieħor relatat, approvat mis-Senat fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji.
Rakkomandazzjoni
membru ta’ l-istaff akkademiku li huwa lest li jaġixxi ta’ superviżur
u mid-Direttur taċ-Ċentru.
2 L.S.327.145 ħ
GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - FIL-
WORKERS’ PARTICIPATION DEVELOPMENT CENTRE
Format u 
preżentazzjoni tad-
dissertazzjoni.
8. Kemm-il darba ma jkunx speċifikat xort’oħra miċ-Ċentru,
it-tul tad-dissertazzjoni m’għandux ikun aktar minn 50,000 kelma.
Kopji. 9. L-istudenti huma meħtieġa jissottomettu tliet kopji tad-
dissertazzjoni llegati kif xieraq għall-eżami u għandhom jinkludu
astratt ta’ mhux aktar minn 300 kelma. Fi żmien xahar minn meta
jgħaddu mill-eżami tad-dissertazzjoni, l-istudenti għandhom
jissottomettu żewġ kopji tad-dissertazzjoni, li waħda minnhom
għandha tkun depożitata fil-Librerija ta’ l-Università  u kopja oħra
miżmuma fiċ-Ċentru, illegati kif ġej:
bid-drapp (jekk jista’ jkun iswed) bi qxur iebsa u bil-
karti tat-truf ta’ kwalità  tajba; b’ittri (jekk jista’ jkun
bid-deheb) fuq il-qoxra u d-dahar li juru:
(i) l-isem ta’ l-istudent;
(ii) l-isem jew l-isem fil-qosor tad-dissertazzjoni;
(iii) il-grad li għalih id-dissertazzjoni qed tkun
sottomessa; u
(iv) is-sena meta tiġi sottomessa.
Mapep, disinji, graphs, materjal stampat, eċċ., għandhom
ikunu llegati mad-dissertazzjoni, iżda jekk dan ma jkunx possibbli
għandhom ikunu ppreżentati għalihom f’folders jew f’volumi
speċjali u nnumerati.
Format. 10. It-test għandu jkun ittajpjat fuq karti A4, fuq naħa waħda
biss, bi spazju doppju u b’marġni ta’ 40 mm fuq ix-xellug u mill-
anqas 20 mm minn naħa ta’ fuq, t’isfel u tal-lemin.
