KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF COMMERCE - B.COM. 
- U BACHELOR OF COMMERCE (HONOURS) - B.COM. (HONS.) ġ L.S.327.146 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.146
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF COMMERCE - B.COM. - U 
BACHELOR OF COMMERCE (HONOURS) - B.COM. 
(HONS.)
24 ta’ Lulju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 179 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviż Legali 141 ta’ l-
2001.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Commerce - B.Com. - u Bachelor
of Commerce (Honours) - B.Com. (Hons).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Ekonomija,
Management u Accountancy;
"il-Grad" ifisser il-grad ta’ Bachelor of Commerce - B.Com. -jew
il-grad ta’ Bachelor of Commerce (Honours) - B.Com. (Hons) -
skond il-każ; u
"il-kors" ifisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-grad ta’
Bachelor of Commerce - B.Com. - jew il-kors ta’ l-istudji li jwassal
għall-grad ta’ Bachelor of Commerce (Honours) - B.Com.
(Honours) - skond il-każ.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 141 ta’ l-
2001.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
bdew f’Ottubru 2000 jew wara.
Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari għall-kors li
japplika skond it-termini tar-Regolamenti għad-Dħul
ta’ l-Università ;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji, jikkwalifikaw fl-eżamijiet u
jissodisfaw kull rekwiżit ieħor preskritt f’dawn ir-
regolamenti; u
(ċ) jissoddisfaw kull rekwiżit ieħor preskritt fi statuti,
f’regolamenti u f’ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Reġistrazzjoni.
preskritta fiż-żmien indikat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
Id-dħul u r-
rekwiżiti speċjali 
għall-kors.
5. L-applikanti jistgħu jitħallew jirreġistraw għall-kors ta’
Bachelor of Commerce jekk:
(a) jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali għad-dħul kif
speċifikati fir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
u, għall-korsijiet li jibdew f’Ottubru 2000 jew wara,
2 L.S.327.146 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF COMMERCE - B.COM. 
- U BACHELOR OF COMMERCE (HONOURS) - B.COM. (HONS.)
jekk ikunu għaddew mill-anqas fil-Livell Intermedju
fil-Matematika Pura; jew
(b) minn Ottubru 1999 ’il quddiem, ikollhom is-
Certificate in Banking taċ-Chartered Institute of
Bankers, għaddew fl-Oqsma ta’ l-għerf u fil-
Matematika Pura mill-anqas fil-Livell Intermedju ta’ l-
Eżami għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola, iżda dawn l-
applikanti jistgħu jitħallew jirreġistraw biss għall-kors
b’Banking and Finance, u jew l-Ekonomija jew il-
Management jew il-Public Policy bħala ż-żewġ oqsma
ewlenin ta’ studju; jew
(ċ) minn Ottubru 2000 ’il quddiem, ikollhom is-
Certificate in Banking taċ-Chartered Institute of
Bankers (li jkopri sitt suġġetti) u jkunu għaddew fil-
Matematika Pura mill-anqas fil-Livell Intermedju ta’ l-
Eżami għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola, iżda dawn l-
applikanti jistgħu jitħallew jirreġistraw biss għall-kors
b’Banking and Finance, u jew l-Ekonomija jew il-
Management jew il-Public Policy bħala ż-żewġ oqsma
ewlenin ta’ studju.
L-Accountancy 
bħala l-qasam 
ewlieni ta’ studju.
6. L-istudenti li jidħlu fit-Tieni Parti tal-kors jistgħu
jistudjaw l-Accountancy bħala l-qasam ewlieni ta’ studju jekk
ikunu kisbu:
(a) kwalifika fl-Accounting fil-Livell Avvanzat bi Grad Ċ
jew aħjar fl-Eżami għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola, jew
kwalifika ekwivalenti, qabel id-dħul fil-kors; u
(b) kwalifiki bi Grad Ċ jew aħjar fil-Matematika u fit-
Teorija u l-Prattika ta’ l-Accounting fl-eżami ta’ l-
Ewwel Parti.
It-tul tal-kors. 7. (1) Il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-grad ta’ Bachelor of
Commerce jinfirex fuq perijodu minimu ta’ tliet snin. L-istudenti
ma jistgħux jagħmlu l-eżami tat-Tieni Parti qabel tliet snin jew
wara erba’ snin minn mindu bdew il-kors ħlief bil-permess tas-
Senat.
(2) Il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-grad ta’ Bachelor of
Commerce (Honours) jinfirex fuq perijodu minimu ta’ erba’ snin.
L-istudenti ma jistgħux jagħmlu l-eżami finali tat-Tielet Parti qabel
erba’ snin jew wara ħames snin minn mindu bdew il-kors ħlief bil-
permess tas-Senat.
Il-kors ta’ l-istudji. 8. (1) Il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-grad ta’ Bachelor of
Commerce (Honours) għandu jkun imqassam fi tliet partijiet u
għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom mhux anqas minn
sitta u disgħin kredtu huma assenjati, inklużi tmien kredti għal
taqsimiet studju fakultattivi, minn liema tliet kredti jistgħu jkunu
extra-kurrikulari.
(2) Il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-grad ta’ Bachelor of
Commerce għandu jkun magħmul mill-ewwel żewġ partijiet tal-
kors li jwassal għall-grad ta’ Bachelor of Commerce (Honours), u
għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom mhux anqas minn
tnejn u sebgħin kredtu huma assenjati, inklużi tmien kredti għal
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF COMMERCE - B.COM. 
- U BACHELOR OF COMMERCE (HONOURS) - B.COM. (HONS.) ġ L.S.327.146 3
taqsimiet studju fakultattivi, minn liema tliet kredti jistgħu jkunu
extra-kurrikulari.
(3) Katalogu tat-taqsimiet studju offruti matul il-kors, bil-
kredti assenjati għal kull waħda minnhom u l-ordni li fih għandhom
jittieħdu, għandu jkun approvat mill-Bord u għandu jkun
ippubblikat qabel il-bidu ta’ kull sena akkademika.
(4) Il-katalogu għandu jispeċifika wkoll it-taqsimiet studju
obbligatorji u kull prerekwiżit ieħor f’kull qasam ewlieni ta’ studju
tat-Tieni Parti tal-kors imsemmi fir-regolament 10(2) u f’kull
qasam ta’ speċjalizzazzjoni fit-Tielet Parti tal-kors imsemmi fir-
regolament 12(1). (Xi taqsimiet studju jsegwu lil xulxin u r-
reġistrazzjoni għalihom tista’ teħtieġ li l-istudent ikun diġà  temm
b’suċċess xi taqsimiet studju speċifiċi oħra u/jew għandu kwalifiki
oħra indikati fil-katalogu tat-taqsimiet studju.)
(5) Kull taqsima studju għandha tkun valutata u ggradata minn
A sa D, A tkun l-ogħla grad u D l-anqas grad ta’ kwalifika.
Taqsimiet studju li ma jintemmux b’suċċess għandhom ikunu
indikati b’marka F (Weħel).
(6) F’kull sena tal-kors, l-istudenti għandhom jirreġistraw għal
numru ta’ taqsimiet studju li għalihom mhux anqas minn erbatax u
mhux aktar minn tmienja u għoxrin kredtu huma assenjati, sakemm
student li jkun meħtieġ jirrepeti sena ta’ studju jista’ jitħalla mill-
Bord jirreġistra għal numru ta’ taqsimiet studju li l-Bord iqis
xieraq.
(7) Il-Bord jista’ jeżenta lill-istudenti mir-rekwiżit li jiksbu
ċertifikat ta’ kredtu għal taqsima studju partikolari u/jew li jgħaddu
mill-eżami ta’ l-Ewwel Parti jekk ikunu kisbu mill-Università , jew
minn istituzzjoni magħrufa mis-Senat għal dan il-għan, kwalifika li
l-istudju għaliha, huwa meqjus mill-Bord, bħala ekwivalenti fil-
kontenut u fil-livell għal dak meħtieġ għaċ-ċertifikat ta’ kredtu
kkonċernat jew għall-eżami ta’ l-Ewwel Parti, iżda l-istudenti li
huma eżentati mir-rekwiżit li jgħaddu mill-eżami ta’ l-Ewwel Parti
jistgħu jkunu meħtieġa jiksbu kredti f’dawk it-taqsimiet studju li l-
Bord jindika biex jiżgura li huma jistgħu jsegwu l-kors bi profitt.
(8) Jekk sabiex ikunu eliġibbli biex jagħmlu l-eżami tat-Tieni
Parti, l-istudenti jkun jonqoshom kredtu għal taqsima studju waħda,
r-Rettur, fuq il-parir tad-Dekan jew ta’ uffiċjal akkademiku
kompetenti ieħor ta’ l-Università  jista’ jawtorizza li jittieħed l-
eżami b’dawk il-provvedimenti li huma meqjusa meħtieġa biex
jiżguraw kompensazzjoni xierqa għat-taqsima studju nieqsa
msemmija hawn fuq.
L-Ewwel Parti: il-
kors u l-eżami.
Emendat:
A.L. 141 ta’ l-
2001.
9. (1) L-Ewwel Parti għandha tinfirex fuq l-ewwel sena tal-
kors u għandha tikkonsisti minn sitt taqsimiet studju obbligatorji li
jkopru l-oqsma ta’ studju għal din il-pasrti tal-kors, li għal kull
waħda jingħaraw erba’ kredti. Matul-l-Ewwel Parti, l-istudenti
jistgħu jirreġistraw ukoll għal taqsimiet studju fakultattivi, li
għalihom mhux aktar minn tliet kredti huma assenjati.
(2) It-taqsimiet stdju obbligatorji ta’ l-Ewwel Parti jkunu
valutati permezz ta’ xogħol matul il-kors, li jkollu l-piż ta’ 10% tal-
grad finali u eżami fit-tmiem tat-tieni semestru, li jkollu l-piż ta’
90% tal-grad finali.
4 L.S.327.146 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF COMMERCE - B.COM. 
- U BACHELOR OF COMMERCE (HONOURS) - B.COM. (HONS.)
(3) L-istudenti jitqiesu li ssodisfaw il-kriterji tal-valutazzjoni
ta’ l-Ewwel Parti tal-kors jekk jiksbu 24 kredtu, li jinkludu l-kredti
għat-taqsimiet studju obbligatorji kollha.
(4) L-istudenti li ma jtemmux b’suċċess l-Ewwel Parti tal-kors
jistgħu jitħallew jirrepetu l-kors ta’ l-istudji s-sena ta’ wara taħt
dawk il-kondizzjonijiet li jista’ jimponi l-Bord.
It-Tieni Parti: il-
kors u l-eżami.
Emendat:
A.L. 141 ta’ l-
2001.
10. (1) L-istudenti jkunu eliġibbli biex jirreġistraw għat-Tieni
Parti tal-kors jekk itemmu b’suċċess l-Ewwel Parti tal-kors skond
ir-regolament 9(3) jew ikunu ġew eżentati minnha skond ir-
regolament 8(7).
(2) It-Tieni Parti tinfirex fuq it-tieni u t-tielet sena tal-kors u
għandha tikkonsisti f’taqsimiet studju fl-oqsma ewlenin ta’ studju
li ġejjin: Accountancy, Banking and Finance, l-Ekonomija,
Management, Public Policy, u t-Turiżmu u l-oqsma l-oħra kollha
approvati mis-Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord. L-istudenti
jistgħu jirreġistraw għal mhux aktar minn sitt taqsimiet studju
fakultattivi matul din il-Parti tal-kors.
(3) Kull qasam ta’ studju għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju
li għalihom mhux anqas minn għoxrin kredtu huma assenjati.
(4) Malli jirreġistraw għat-Tieni Parti tal-kors l-istudenti
għandhom jagħżlu żewġ oqsma ewlenin ta’ studju minn fost dawk
imniżżla fis-subregolament (2).
(5) L-istudenti jkunu meħtieġa jagħmlu l-eżami tat-Tieni Parti
jekk ikunu kisbu għall-anqas erbgħa u sittin kredtu u jekk, matul
din il-Parti tal-kors, ikunu kisbu mhux anqas minn tmintax-il
kredtu f’kull wieħed miż-żewġ oqsma ewlenin ta’ studju.
(6) L-eżami tat-Tieni Parti għandu jikkonsisti f’erba’ karti
f’kull wieħed miż-żewġ oqsma ta’ studju magħżula.
(7) L-istudenti jkunu meqjusa li ssodisfaw ir-rekwiżiti tat-
Tieni Parti tal-kors jekk jiksbu grad ta’ kwalifika f’kull waħda mill-
karti ta’ l-eżami tat-Tieni Parti fit-termini tar-regolament 15(1) jew
(2).
(8) L-istudenti li jtemmu b’suċċess it-Tieni Parti tal-kors
jikkwalifikaw għall-Grad ta’ Bachelor of Commerce - B.Com. -
sakemm ma jagħżlux li jkomplu t-Tielet Parti tal-kors fit-termini
tar-regolament 11(1).
It-Tielet Parti: il-
kors u l-eżami.
11. L-istudenti jkunu eliġibbli biex jirreġistraw għat-Tielet
Parti tal-kors jekk ikunu:
JEW (1) (a) temmew b’suċċess it-Tieni Parti tal-kors fit-
termini tar-regolament 10(7); JEW kisbu l-
grad ta’ Bachelor of Commerce fl-1996 jew
qabel; u
(b) ġew iggradati mill-anqas fil-Kategorija II; u
(ċ)  kisbu minimu ta’ Grad B wieħed u tliet Gradi
Ċ (Grad B ieħor jew Grad A wieħed
jikkompensaw għal mhux aktar minn Grad D
wieħed) fil-karti ta’ l-eżami tat-Tieni Parti li
għandhom x’jaqsmu mal-qasam ewlieni ta’
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF COMMERCE - B.COM. 
- U BACHELOR OF COMMERCE (HONOURS) - B.COM. (HONS.) ġ L.S.327.146 5
studju magħżul għat-Tielet Parti tal-kors iżda:
(i) il-qasam ewlieni ta’ studju applikabbli
għall-istudenti li jixtiequ jkomplu għall-
kors ta’ Bachelor of Commerce (Honours)
fit-Turiżmu għandu jkun jew it-Turiżmu
jew il-Management; u
(ii) minn Ottubru 1997 ’il quddiem, il-qasam
ewlieni ta’ studju applikabbli għall-
istudenti li jixtiequ jkomplu għall-kors ta’
Bachelor of Commerce (Honours) fil-
Public and Private Sector Management
għandu jkun jew il-Public Policy jew il-
Management;
JEW (2) kisbu grad ta’ Bachelor of Commerce,
Postgraduate Certificate in Education, u
għandhom sentejn esperjenza fit-tagħlim ta’
suġġett relatat;
JEW (3) bil-Management bħala l-qasam ta’
speċjalizzazzjoni, jekk huma:
(a) għandhom grad ta’ Bachelor of Science
(Business and Computing);
(b) ġew ikklassifikati mill-anqas fil-Kategorija II;
u
(ċ) jkunu kisbu minimu ta’ Grad B wieħed u tliet
gradi Ċ (Grad B ieħor jew Grad A wieħed
jikkompensaw għal mhux aktar minn Grad D
wieħed) fl-erba’ karti li għandhom x’jaqsmu
mal-qasam ta’ studju tal-Business;
JEW (4) bit-Turiżmu bħala l-qasam ta’ speċjalizzazzjoni
jekk għandhom id-Diploma in Hotel
Administration mogħtija mill-Institute of Tourism
Studies lokali, sakemm jgħaddu f’dawn li ġejjin:
(a) l-eżami ta’ l-Ewwel Parti tal-kors tal-
Bachelor of Commerce fl-oqsma ta’ studju li
ġejjin:
l-Ekonomija
Behavioural Studies I (is-sezzjoni tas-
Soċjoloġija)
Statistika u Computing; u
(b) it-taqsimiet studju tal-kors tal-Bachelor of
Commerce li ġejjin:
l-Antropoloġija u s-Soċjoloġija tat-Turiżmu
jew
il-Perspettivi Soċjali u Kulturali tat-Turiżmu,
kif indikat mill-Bord
il-Management tat-Turiżmu; u
6 L.S.327.146 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF COMMERCE - B.COM. 
- U BACHELOR OF COMMERCE (HONOURS) - B.COM. (HONS.)
(ċ) eżami intermedju li jikkonsisti fl-erba’ karti
ta’ l-eżami tat-Tieni Parti fil-Management u
jiksbu minimu ta’ Grad B wieħed u tliet Gradi
Ċ (Grad B ieħor jew Grad A wieħed
jikkompensaw għal mhux aktar minn Grad D
wieħed) qabel ma jitħallew jagħmlu l-eżami
finali tat-Tielet Parti;
JEW (5) kisbu l-kwalifika miċ-Chartered Institute of
Bankers Associateship (ACIB), iżda l-istudenti
aċċettati fil-kors għall-Bachelor of Commerce
(Honours) taħt dan il-paragrafu għandhom jgħaddu
minn eżami intermedju li jikkonsisti fl-erba’ karti
ta’ l-eżami tat-Tieni Parti fil-qasam ta’ l-istudju
Banking and Finance tal-grad għall-Bachelor of
Commerce u jiksbu minimu ta’ Grad B wieħed u
tliet Gradi Ċ (Grad B ieħor jew Grad A wieħed
jikkompensaw għal mhux aktar minn Grad D
wieħed) qabel ma jitħallew jagħmlu l-eżami finali
tat-Tielet Parti.
Qasam ta’ 
speċjalizzazzjoni.
12. (1) Meta jirreġistraw għat-Tielet Parti tal-kors, l-istudenti
għandhom jagħżlu qasam ta’ speċjalizzazzjoni f’wieħed mill-
oqsma ta’ studju li ġejjin: Banking and Finance, l-Ekonomija,
Management, Public Policy, u t-Turiżmu; u għall korsijiet li bdew
f’Ottubru 1997 jew wara: Public and Private Sector Management.
(2) It-Tielet Parti tinfirex fuq ir-raba’ sena tal-kors u għandha
tikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom mhux anqas minn erbgħa
u għoxrin kredtu huma assenjati, li mhux inqas minn 75% minnhom
għandhom ikunu fil-qasam ta’ speċjalizzazzjoni. Il-kredti
għandhom jinkludu mhux aktar minn sitt kredti mogħtija għall-
kitba ta’ karta ta’ riċerka ta’ madwar 10,000 kelma sakemm dan ir-
rekwiżit jista’, fuq rakkomandazzjoni tal-Kap tad-Dipartiment tal-
qasam ta’ speċjalizzazzjoni kkonċernat, jitbiddel b’essay twil ta’
mhux anqas minn 5,000 kelma (tliet kredti) u taqsimiet studju żejda
li għalihom mhux anqas minn tliet kredti huma assenjati.
(3) L-istudenti jkunu meħtieġa jagħmlu l-eżami finali tat-
Tielet Parti jekk ikunu kisbu minimu ta’ tmienja u tmenin kredtu u
jekk, matul din il-Parti tal-kors, ikunu kisbu mhux anqas minn
erbgħa u għoxrin kredtu fil-qasam ta’ speċjalizzazzjoni.
(4) L-eżami finali tat-Tielet Parti għandu jikkonsisti f’erba’
karti fil-qasam ta’ speċjalizzazzjoni magħżul. Jista’ jsir ukoll eżami
viva voce.
(5) L-istudenti jkunu meqjusa li ssodisfaw ir-rekwiżiti tat-
Tielet Parti tal-kors jekk jiksbu grad ta’ kwalifika f’kull karta ta’ l-
eżami finali tat-Tielet Parti.
(6) L-istudenti li jtemmu b’suċċess it-Tielet Parti tal-kors
ikunu meqjusa li temmew il-kors u li kkwalifikaw għall-għoti tal-
grad ta’ Bachelor of Commerce (Honours) - B.Com. (Hons).
(7) L-istudenti li daħlu taht ir-regolament 11(1) li ma jtemmux
b’suċċess it-Tielet Parti tal-kors fiż-żmien speċifikat mir-
regolamenti jkunu eliġibbli għall-għoti tal-grad ta’ Bachelor of
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF COMMERCE - B.COM. 
- U BACHELOR OF COMMERCE (HONOURS) - B.COM. (HONS.) ġ L.S.327.146 7
Commerce - B.Com. - li għalih kellhom dritt meta temmew
b’suċċess it-Tieni Parti tal-kors.
L-eżamijiet.
Parti u tat-Tieni Parti tal-kors u eżami finali li jsir fit-tmiem tat-
Tielet Parti.
(2) Għandu jkun hemm żewġ sessjonijiet ta’ l-eżamijiet fis-
sena: sessjoni li normalment issir f’Mejju / Ġunju u sessjoni
riparatorja li normalment issir f’Settembru.
(3) L-istudenti jkunu meqjusa li għaddew minn eżami jekk
jiksbu wieħed mill-gradi li ġejjin: A, B, Ċ jew D f’kull karta.
L-eżamijiet 
riparatorji u r-
ripetizzjoni tal-
kors.
14. (1) L-istudenti li jeħlu fmhux aktar minn tliet karti ta’ l-
eżamijiet ta’ l-Ewwel Parti u tat-Tieni Parti jistgħu jitħallew
jagħmlu l-eżami riparatorju fis-sessjoni ta’ wara fil-karti li weħlu
minnhom. L-ogħla grad li jista’ jingħata f’sessjoni riparatorja huwa
l-grad D.
(2) L-istudenti li jeħlu f’ktar minn tliet karti fl-eżamijiet ta’ l-
Ewwel u tat-Tieni Parti jew li jeħlu f’xi karta fis-sessjoni
riparatorja jistgħu jitħallew jirrepetu l-Parti rilevanti tal-kors is-
sena ta’ wara, sakemm jimxu mad-disposizzjonijiet tar-regolament
7(1) u taħt dawk il-kondizzjonijiet li jista’ jimponi l-Bord.
(3) L-istudenti li jeħlu f’mhux aktar minn żewġ karti ta’ l-
eżami finali tat-Tielet Parti jistgħu jitħallew jagħmlu l-eżami
riparatorju fis-sessjoni ta’ wara fil-karti li weħlu minnhom. L-ogħla
grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
(4) L-istudenti jistgħu jitħallew jirrepetu l-eżamijiet ta’ l-
Ewwel, tat-Tieni jew tat-Tielet Parti (il-Parti Finali) darba biss,
ħlief f’ċirkostanzi straordinarji u bil-permess speċjali tas-Senat.
Il-valutazzjoni ta’ 
l-istudenti u l-għoti 
tal-gradi.
15. (1) L-istudenti li jtemmu b’suċċess l-eżami tat-Tieni Parti
u li jkunu kisbu mhux anqas minn erbgħa u sittin kredtu fl-Ewwel u
fit-Tieni Parti tal-kors jikkwalifikaw għall-grad ta’ Bachelor of
Commerce f’livell ġenerali sakemm ma għażlux li jkomplu għat-
Tielet Parti tal-kors skond ir-regolament 11(1).
(2) L-istudenti li jtemmu b’suċċess l-eżami tat-Tieni Parti
imma li ma jitħallewx ikomplu għat-Tielet Parti tal-kors skond ir-
regolament 11(1) jikkwalifikaw għall-grad ta’ Bachelor of
Commerce f’livell ġenerali.
L-iggradar finali.
Bachelor of Commerce (Honours)/Bachelor of Commerce tqis ir-
riżultati fl-eżamijiet li għandhom jgħoddu għal 70% tal-piż, kif
ukoll il-gradi tal-kredti miksuba matul il-kors ta’ l-istudji li
għandhom jgħoddu għat-30% l-oħra.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
grad ta’ Bachelor of Commerce għandhom ikunu ppubblikati f’lista
f’ordni alfabetiku maqsuma fil-kategoriji li ġejjin:
Kategorija I
Kategorija IIA
Kategorija IIB
Kategorija III.
8 L.S.327.146 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF COMMERCE - B.COM. 
- U BACHELOR OF COMMERCE (HONOURS) - B.COM. (HONS.)
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
grad ta’ Bachelor of Commerce (Honours) għandhom ikunu
ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku maqsuma fil-klassifikazzjoni
li ġejja:
L-Ewwel Klassi (bl-Unuri)
It Tieni Klassi (bl-Unuri) Taqsima Superjuri
It-Tieni Klassi (bl-Unuri) Taqsima Inferjuri
It-Tielet Klassi (bl-Unuri).
Disposizzjonijiet 
speċjali għal 
korsijiet fuq bażi 
part-time.
17. Il-kors fuq bażi part-time li jwassal għall-grad ta’ Bachelor
of Commerce - B. Com. - għandu jkun immexxi mid-
disposizzjonijiet tar-regolamenti għall-kors fuq bazi full-time, ħlief
kif provdut fir-regolamenti 17 sa 22.
Dħul fil-kors fuq 
bażi part-time.
18. Applikant li jikkwalifika għad-dħul fil-kors fuq bażi full-
time taħt ir-regolamenti 5 u 6 jista’ jirreġistra bħala student regolari
għall-kors fuq bażi part-time meta kors bħal dan ikun offrut.
It-tul tal-kors fuq 
bażi part-time.
19. (1) Student irreġistrat għall-kors fuq bażi part-time
għandu normalment ikun meħtieġ itemm l-Ewwel Parti f’sentejn u
t-Tieni Parti fi tliet snin.
(2) Student ma jistax itemm il-kors fuq bażi part-time f’anqas
minn għaxar semestri u f’aktar minn tnax-il semestru minn mindu
beda l-kors ħlief f’ċirkostanzi speċjali, bil-permess tas-Senat, u taħt
dawk il-kondizzjonijiet li s-Senat jista’ jiddeċiedi f’kull każ, iżda
student li jitħalla jtemm il-kors f’aktar minn għaxar semestri jista’
jkun meħtieġ li jsegwi taqsimiet studju li jinkludu taqsimiet studju
offruti fil-kors fuq bażi full-time ta’ matul il-jum, kif dirett mill-
Bord.
Katalogu ta’ 
taqsimiet studju 
għall-kors fuq bażi 
part-time.
20. (1) Katalogu tat-taqsimiet studju f’kull qasam ta’ studju u
tal-kredti assenjati għal kull taqsima studju fil-kors fuq bażi part-
time għandu jkun ippublikat mill-Bord qabel il-bidu ta’ kull sena
akkademika.
(2) It-taqsimiet studju għall-kors fuq bażi part-time għandhom
ikunu jixbħu lil dawk għall-kors fuq bażi full-time kif indikat fir-
regolament 8(2) u għandhom ikunu rranġati b’mod li l-kors ikun
jista’ jintemm f’ħames snin.
(3) L-oqsma ta’ studju offruti fil-kors fuq bażi part-time
jistgħu jkunu anqas minn dawk indikati fir-regolament 10(2) u
għandhom ikunu mxandra fiż-żmien meta toħroġ is-sejħa għall-
applikazzjonijiet. Il-postijiet fejn isiru l-konferenzi u s-sessjonijiet
tutorjali għandu jkun determinat mill-Bord.
Progress. 21. F’kull sena tal-kors fuq bażi part-time student għandu jkun
meħtieġ li jirreġistra għal numru ta’ taqsimiet studju li għalihom
mhux anqas minn 10 u mhux aktar minn 16-il kredtu huma
assenjati.
L-eżamijiet ta’ l-
Ewwel u tat-Tieni 
Parti.
22. L-eżamijiet ta’ l-Ewwel u tat-Tieni Parti tal-kors fuq bażi
part-time għandhom ikunu l-istess bħall-eżamijiet ta’ l-Ewwel u
tat-Tieni Parti tal-kors fuq bażi full-time, skond ir-regolament 9(4)
u (5) u r-regolament 10(6) u (7).
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF COMMERCE - B.COM. 
- U BACHELOR OF COMMERCE (HONOURS) - B.COM. (HONS.) ġ L.S.327.146 9
