GĦAŻLA TA’ L-APPLIKANTI GĦAD-DĦUL FIL-KORS GĦALL-GRAD 
TA’ MASTER OF PSYCHOLOGY IN CLINICAL PSYCHOLOGY - 
M.PSY. (CLIN.) -  JEW FIL- COUNSELLING PSYCHOLOGY - M.PSY. 
(COUNS.) -  JEW FL- EDUCATIONAL PSYCHOLOGY - M.PSY. (ED.) ġ L.S.327.147 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.147
REGOLAMENTI GĦALL-GĦAŻLA TA’ L-
APPLIKANTI GĦAD-DĦUL FIL-KORS GĦALL-
GRAD TA’ MASTER OF PSYCHOLOGY IN CLINICAL 
PSYCHOLOGY - M.PSY. (CLIN.)  - JEW FIL-
COUNSELLING PSYCHOLOGY - M.PSY. (COUNS.)  - 
JEW FL- EDUCATIONAL PSYCHOLOGY - M.PSY. 
(ED.)
24 ta’ Lulju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 183 ta’ l-1998.
Titolu.
Għażla ta’ l-Applikanti għad-Dħul fil-Kors għall-Grad ta’ Master
of Psychology in Clinical Psychology - M.Psy. (Clin.) - jew fil-
Counselling Psycbology - M.Psy. (Couns.) - jew fl-Educational
Psychology - M.Psy. (Ed.).
Applikabilità .
jwassal għall-Grad ta’ Master of Psychology in Clinical
Psychology - M.Psy. (Clin.) - jew fil-Counselling Psychology -
M.Psy. (Couns.) - jew fl-Educational Psychology - M.Psy. (Ed.) - li
jibda fl-1998.
L-għażla ta’ l-
applikanti.
3. In-numru ta’ l-istudenti li jistgħu jidħlu fil-kors għandu
jkun limitat skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
Numru ta’ l-
istudenti.
4. In-numru ta’ l-istudenti għandu jkun limitat għal tnax-il
student fit-tliet oqsma ta’ speċjaliżżazzjoni li ġejjin:
erba’ studenti fil-Clinical Psychology;
tliet studenti fil-Counselling Psychology; u
ħames studenti fl-Educational Psychology.
Applikanti fis-
servizz tal-Gvern.
5. Disgħa mit-tnax-il post għandhom ikunu riservati għall-
applikanti li qed jaħdmu fil-qasam rilevanti fis-servizz tal-Gvern.
Dawn l-applikanti għandhom ikunu nnominati mill-ministeri li
ġejjin:
(a) tliet applikanti għall-postijiet fil-Clinical Psychology
minn fost dawk nominati mill-Ministeru tas-Saħħa;
(b) żewġ applikanti għall-postijiet fil-Counselling
Psychology minn fost dawk nominati mill-Ministeru
tal-Ħarsien Soċjali u l-Affarijiet tal-Familja; u
(ċ) erba’ applikanti għall-postijiet fl-Educational
Psychology minn fost dawk nominati mill-Ministeru
ta’ l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali.
Il-postijiet li 
jibqgħu.
6. It-tliet postijiet li jibqgħu għandhom ikunu miftuħa għall-
applikanti li mhumiex nominati mill-ministeri speċifikati fir-
regolament 5. Post wieħed f’kull qasam ta’ speċjalizzazzjoni
2 L.S.327.147 ħ
GĦAŻLA TA’ L-APPLIKANTI GĦAD-DĦUL FIL-KORS GĦALL-GRAD 
TA’ MASTER OF PSYCHOLOGY IN CLINICAL PSYCHOLOGY - 
M.PSY. (CLIN.) -  JEW FIL- COUNSELLING PSYCHOLOGY - M.PSY. 
(COUNS.) -  JEW FL- EDUCATIONAL PSYCHOLOGY - M.PSY. (ED.)
għandu jkun riservat għal dawn l-applikanti.
Il-kriterji għall-
għażla.
7. (1) L-applikanti kollha għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti
speċjali tal-kors kif stipulati fir-Regolamenti tal-Kors għall-Grad
ta’ Master of Psychology in Clinical Psychology - M.Psy. (Clin.) -
jew fil-Counselling Psychology - M.Psy. (Couns.) - jew fl-
Educational Psychology - M.Psy. (Ed.).
(2) L-applikanti għandhom ikunu magħżula wara intervista
mill-Bord ta’ l-Istudji. Il-Bord ta’ l-Istudji għandu jqis il-kwalifiki,
l-esperjenza, ix-xejriet meħtieġa u r-riferenzi, li għandhom
jingħataw il-piż kif ġej:
(a) il-Kwalifiki 25%
(b) l-Esperjenza 25%
(ċ) ix-Xejriet meħtieġa 35%
(d) ir-Riferenzi 15%.
