KORS GĦAD-DIPLOMA IN INFORMATION 
TECHNOLOGY IN EDUCATION - DIP. I.T. ED. ġ L.S.327.148 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.148
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
INFORMATION TECHNOLOGY IN EDUCATION - 
DIP. I.T. ED.
11 ta’ Awissu, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 195 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors għad-Diploma in Information Technology in Education - Dip.
I.T. Ed.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Bord ta’ l-Istudji" jfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għall-
kors;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Information Technology in
Education - Dip. I.T. Ed.; u
"il-kors" ifisser il-kors għad-Diploma in Information Technology
in Education - Dip. I.T. Ed.
Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 1998 jew wara.
Eliġibbilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikun eliġibbli għall-għoti tad-Diploma, l-istudent
għandu:
(a) jkun irreġistrat bħala student regolari fil-kors skond it-
termini tar-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) jtemm b’suċċess il-kors ta’ l-istudji, jgħaddi mill-
eżami tat-Tieni Parti u jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra
preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’xi
statuti, regolamenti u ordinamenti oħra rilevanti ta’ l-
Università .
Ir-rekwiżiti 
speċjali tal-kors u 
l-għażla ta’ l-
applikanti.
4. (1) L-applikanti jistgħu jirreġistraw għall-kors skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, jekk huma:
(a) jkollhom kwalifika ta’ għalliema rikonoxxuta mill-
Bord;
(b) jkollhom minn ta’ l-anqas sena esperjenza bħala
għalliema; u
(ċ) qedjgħallmu fi skola rikonoxxuta.
(2) Il-Bord għandu jirrakkomanda lis-Senat in-numru ta’ l-
applikanti li jistgħu jitħallew jirreġistraw għall-kors, skond ir-
riżorsi disponibbli. In-numru ta’ postijiet disponibbli għandu jkun
avżat meta toħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
(3) Jekk ikun hemm aktar applikanti eliġibbli minn-numru ta’
2 L.S.327.148 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN INFORMATION 
TECHNOLOGY IN EDUCATION - DIP. I.T. ED.
postijiet disponibbli, l-applikanti għandhom ikunu magħżula wara
intervista mill-Bord ta’ l-Istudji. Il-Bord ta’ l-Istudji għandu jqis
dawn il-kriterji li għandhom jingħataw il-piż kif ġej:
(a) it-tagħrif professjonali u x-xeħta 20%
(b) it-tagħrif tat-Teknoloġija ta’ l-Informatika 30%
(ċ) l-użu tat-Teknoloġija ta’ l-Informatika 
fl-Edukazzjoni 30%
(d) il-personalità 20%.
It-tul tal-kors. 5. (1) Il-kors jinfirex fuq sentejn ta’ studju fuq bażi part-
time. F’ċirkostanzi speċjali l-Bord jista’ jħalli student itemm il-
kors f’perijodu massimu ta’ tliet snin.
(2) Il-kors jinqasam f’żewġ partijiet, kull parti tinfirex fuq
sena studju fuq bażi part-time.
Il-kors ta’ l-istudji. 6. (1) Il-kors ta’ l-istudji għandu jikkonsisti fi:
(a) taqsimiet studju li għalihom total ta’ erbgħa u għoxrin
kredtu huma assenjati, fl-oqsma ta’ studju li ġejjin:
it-Tagħrif u l-Ħakma Bażika tat-Teknoloġija ta’
l-Informatika
l-Użu Personali u Professjonali tat-Teknoloġija
ta’ l-Informatika
it-Tendenzi u l-Aspetti Teoriċi tat-Teknoloġija
ta’ l-Informatika fl-Edukazzjoni;
(b) Pjazzament Prattiku f’kull sena tal-kors; u
(ċ) Essay Twil/Proġett.
(2) Qabel il-bidu tal-kors, għandu jiġi ppubblikat katalogu ta’
taqsimiet studju u tal-kredti assenjati għal kull taqsima studju.
L-Ewwel Parti tal-
kors.
7. (1) L-Ewwel Parti tinfirex fuq l-ewwel sena tal-kors.
(2) L-Ewwel Parti tikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom
total ta’ tnax-il kredtu huwa assenjat u l-Pjazzament Prattiku ta’ l-
Ewwel Parti.
(3) It-taqsimiet studju jkunu offruti f’dawn l-oqsma ta’ studju:
L-għarfien u l-Ħakma Bażika tat-Teknoloġija ta’ l-
Informatika
L-Użu Personali u Professjonali tat-Teknoloġija ta’ l-
Informatika
It-Tendenzi u l-Aspetti Teoriċi tat-Teknoloġija ta’ l-
Informatika fl-Edukazzjoni.
It-Tieni Parti tal-
kors.
8. (1) It-Tieni Parti tinfirex fuq it-tieni sena tal-kors.
(2) It-Tieni Parti tikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom
total ta’ tnax-il kredtu huwa assenjat, il-Pjazzament Prattiku tat-
Tieni Parti, u l-Essay Twil/ Proġett.
(3) It-taqsimiet studju jkunu offruti f’dawn l-oqsma ta’ studju:
L-Għarfien u l-Ħakma Bażika tat-Teknoloġija ta’ l-
Informatika
KORS GĦAD-DIPLOMA IN INFORMATION 
TECHNOLOGY IN EDUCATION - DIP. I.T. ED. ġ L.S.327.148 3
L-Użu Personali u Professjonali tat-Teknoloġija ta’ l-
Informatika
It-Tendenzi u l-Aspetti Teoriċi tat-Teknoloġija ta’ l-
Informatika fl-Edukazzjoni.
(4) L-istudenti jitħallew jirreġistraw għat-Tieni Parti tal-kors
kemm-il darba jtemmu b’suċċess l-Ewwel Parti tal-kors.
(5) Il-Bord jista’ jħalli applikanti oħra jirreġistraw għat-Tieni
Parti tal-kors jekk ikunu kisbu kwalifika ekwivalenti għall-Ewwel
Parti tal-kors minn l-università  ta’ Malta jew minn xi università
oħra, sakemm il-Bord xorta waħda jista’ jitlob lil dawn l-applikanti
jtemmu b’suċċess xi taqsimiet studju partikolari mill-Ewwel Parti
u/jew il-Pjazzament Prattiku ta’ l-Ewwel Parti.
Il-valutazzjoni.
valutazzjoni ta’ l-Ewwel Parti tal-kors jekk huma:
(a) jiksbu minimu ta’ għaxar kredti;
(b) jgħaddu mill-Pjazzament Prattiku ta’ l-Ewwel Parti; u
(ċ) jgħaddu mill-Eżami ta’ l-Ewwel Parti.
(2) L-istudenti jitqiesu li jkunu ssodisfaw il-kriterji tal-
valutazzjoni tat-Tieni Parti tal-kors jekk huma:
(a) jiksbu minimu ta’ għaxar kredti;
(b) jgħaddu mill-Pjazzament Prattiku tat-Tieni Parti;
(ċ) jtemmu b’suċċess l-Essay Twil/Proġett; u
(d) jgħaddu mill-Eżami tat-Tieni Parti.
(3) L-istudenti li jeħlu fil-valutazzjoni ta’ xi taqsima studju
għandhom jitħallew jagħmlu riparatorju darba biss. Jekk jgħaddu,
l--ogħla grad li jistgħu jiksbu huwa l-grad D.
(4) Il-kredti jkunu assenjati skond dawn il-gradi li jibdew mill-
ogħla grad: A+, A, B+, B, C+, C, D+ u D. F tfisser li l-istudent ikun
weħel filwaqt li I tfisser li xogħol l-istudent ikun inkomplet.
Il-Pjazzamenti 
Prattiċi ta’ l-Ewwel 
u tat-Tieni Parti.
10. (1) Il-Pjazzamenti Prattiċi ta’ l-Ewwel u tat-Tieni Parti
jinfirxu fuq sitt ġimgħat kull wieħed u għandhom kollha jsiru fl-
iskola fejn jgħallmu l-istudenti.
(2) Il-Pjazzamenti Prattiċi ta’ l-Ewwel u tat-Tieni Parti jiġu
valutati fuq bażi ta’ Għadda/Weħel.
(3) L-istudenti li jeħlu mill-Pjazzament Prattiku ta’ l-Ewwel
Parti jitħallew jirrepetuh darba biss fi żmien tnax-il xahar mill-
aħħar jum ta’ l-eżami ta’ l-Ewwel Parti.
(4) L-istudenti li jeħlu mill-Pjazzament Prattiku tat-Tieni Parti
jitħallew jirrepetuh darba biss fi żmien tnax-il xahar mill-aħħar jum
ta’ l-eżami tat-Tieni Parti.
L-Essay Twil/
Proġett.
11. (1) L-istudenti għandhom jippreżentaw Essay Twil ta’
mhux anqas minn tmint elef kelma u mhux aktar minn għaxart elef
kelma, jew Proġett meqjus ta’ livell akkademiku ekwivalenti mill-
Bord ta’ l-Istudji, sa mhux aktar tard minn xahrejn wara l-aħħar
jum ta’ l-eżami tat-Tieni Parti.
(2) It-tema ta’ l-Essay Twil/Proġett għandha tkun sottomessa
4 L.S.327.148 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN INFORMATION 
TECHNOLOGY IN EDUCATION - DIP. I.T. ED.
għall-approvazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji sa mhux aktar tard minn
xahar qabel l-ewwel jum ta’ l-eżami tat-Tieni Parti.
(3) L-istudenti li jeħlu fl-Essay Twil/Proġett għandhom
jitħallew jerġgħu jissottomettuh darba biss fi żmien sitt xhur.
L-eżamijiet ta’ l-
Ewwel u tat-Tieni 
Parti.
12. (1) L-eżami ta’ l-Ewwel Parti għandu jikkonsisti f’żewġ
karti msejsa fuq l-Ewwel Parti tal-kors.
(2) L-eżami tat-Tieni Parti tal-kors għandu jikkonsisti f’żewġ
karti sinottiċi msejsa fuq it-Tieni Parti tal-kors.
(3) L-istudenti li jeħlu f’xi karta jew fiż-żewġ karti ta’ l-eżami
ta’ l-Ewwel jew tat-Tieni Parti għandhom jitħallew jagħmlu
riparatorju fil-karta jew karti li weħlu fiha/fihom darba biss. L-
ogħla grad li jista’ jinkiseb wara din is-sessjoni riparatorja huwa l-
grad D.
Ir-riżultat finali. 13. (1) Ir-riżultat finali għandu jqis il-livell milħuq mill-
istudenti fit-taqsimiet studju, fl-Essay Twil/Proġett u fl-eżami tat-
Tieni Parti.
(2) L-eżami tat-Tieni Parti għandu l-piż ta’ 30% għall-iggradar
tar-riżultat finali. Is-70% l-oħra jkunu kkalkolati fuq il-medja tar-
riżultati miksuba fl-erbgħa u għoxrin kredtu miksuba matul il-kors.
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tad-
Diploma jkunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku kklassifikati
kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
