KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR 
OF PSYCHOLOGY - B.PSY. ġ L.S.327.149 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.149
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF PSYCHOLOGY - B.PSY.
11 ta’ Awissu, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 196 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Psychology - B.Psy.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Bord ta’ l-Istudji" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għall-
kors;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Psychology - B.Psy.; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Bachelor of
Psychology - B.Psy.
Applikabilità .
bdew f’Ottubru 1997 jew wara, ħlief għar-regolament 4 li għandu
japplika għall-korsijiet li jibdew f’Ottubru 2000 jew wara.
Eliġibbilità  għall-
Grad.
3. Biex ikun eliġibbli għall-għoti tal-Grad, student għandu:
(a) jirreġistra bħala student regolari skond it-termini tar-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) jirreġistra għall-kors u jtemmu b’suċċess kif preskritt
f’dawn ir-regolamenti;
(ċ) jgħaddi mill-eżamijiet finali; u
(d) jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’dawn ir-
regolamenti u fi statuti, regolamenti u ordinamenti
rilevanti oħra ta’ l-Università .
Rekwiżiti speċjali 
għall-kors.
4. L-applikanti għandu jkollhom ċertifikat fil-Livell
Intermedju fil-Bioloġija bi grad Ċ jew aħjar, jew l-ekwivalenti
tiegħu.
Tul tal-kors.
bażi full-time.
(2) L-istudenti għandhom jirreġistraw qabel il-bidu ta’ kull
sena akkademika.
(3) Il-Bord jista’ jħalli student li jtemm il-kors fi żmien erba’
snin għal raġuni tajba u suffiċjenti, u taħt dawk il-kondizzjonijiet li
l-Bord jista’ jimponi.
(4) L-istudenti ma jistgħux itemmu l-kors f’anqas minn tliet
snin jew f’aktar minn erba’ snin mid-data ta’ l-ewwel dħul fil-kors,
ħlief bil-permess tas-Senat.
Struttura tal-kors.
2 L.S.327.149 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR 
OF PSYCHOLOGY - B.PSY.
(a) L-Ewwel Parti għandha normalment testendi fuq
perijodu ta’ sentejn akkademiċi u hija komuni kemm
għall-kors kif ukoll għall-kors li jwassal għall-
Bachelor of Psychology (Honours) - B.Psy. (Hons).
(b) It-Tieni Parti għandha normalment testendi fuq
perijodu ta’ sena akkademika.
(2) L-oqsma ta’ studju għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) il-Psikoloġija, li għandha tikkonsisti f’erba’ moduli:
Modulu Obbligatorju
Modulu A (qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-
psikoloġija klinika/counselling);
Modulu B (qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-
psikoloġija edukattiva);
Modulu Ċ (qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-
psikoloġija soċjali/organizzativa); u
(b) qasam ta’ studju sussidjarju minn lista approvata mill-
Bord ta’ l-Istudji fil-bidu tal-kors.
(3) L-istudenti jistgħu jieħdu sessjoni ta’ osservazzjoni waħda
f’xi wieħed minn Moduli A, B jew Ċ. Sessjoni ta’ osservazzjoni
tikkonsisti f’sensiela ta’ osservazzjonijiet strutturati u bbażati fuq
ħidma fuq il-post.
(4) Biex itemmu l-Ewwel Parti u jkomplu għat-Tieni Parti tal-
kors, l-istudenti għandhom jiksbu minimu ta’ 46 kredtu li jinkludu:
(a) 29 kredtu fil-Psikoloġija;
(b) 15-il kredtu fil-qasam ta’ studju sussidjarju; u
(ċ) 2 kredti fakultattivi.
(5) L-istudenti li jtemmu l-Ewwel Parti tal-kors, u li
jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti kollha neċessarji biex jirreġistraw
għall-kors ta’ Bachelor of Psychology (Honours), jistgħu jagħżlu li
japplikaw għall-kors li jwassal għall-grad ta’ Bachelor of
Psychology (Honours) qabel il-bidu tat-tielet sena tal-kors.
Kors ta’ l-istudji. 7. (1) Il-kors għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju li
għalihom mhux anqas minn 65 kredtu huma assenjati.
(2) Biex itemmu l-kors, l-istudenti għandhom jiksbu dan li ġej:
(a) mill-anqas 42 kredtu fil-Psikoloġija;
(b) 20 kredtu fil-qasam ta’ studju sussidjarju; u
(ċ) 3 kredti fakultattivi.
(3) Il-Bord ta’ l-Istudji jista’ jħalli student ibiddel il-qasam ta’
studju sussidjarju qabel il-bidu tat-tieni semestru tal-kors, sakemm
il-programm sussidjarju propost jippermetti lill-istudent li jikseb
15-il kredtu fil-qasam sussidjarju l-ġdid sa tmiem it-tieni sena.
(4) Katalogu ta’ taqsimiet studju, bil-kredti assenjati għal kull
waħda, għandu jkun approvat mis-Senat u ppubblikat mill-Bord ta’
l-Istudji qabel il-bidu ta’ kull sena akkademika.
(5) Il-Bord ta’ l-Istudji jista’ jeżenta student mir-rekwiżit li
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR 
OF PSYCHOLOGY - B.PSY. ġ L.S.327.149 3
jikseb ċertifikat ta’ kredtu għal taqsima studju partikolari jekk
huwa jikseb, mill-Università  jew minn istituzzjoni jew korp ieħor
rikonoxxut mis-Senat għal dan il-għan, kwalifika li, fl-opinjoni tal-
Bord ta’ l-Istudji, hija ekwivalenti għal dik li hemm bżonn għall-
kredtu konċernat. Student ma għandux ikun eżentat minn aktar
minn għaxar kredti matul il-kors kollu. Eżenzjonijiet huma
permessi biss matul l-Ewwel Parti tal-kors.
Valutazzjoni u 
eżamijiet finali.
8. (1) Matul il-kors, l-istudenti għandhom jingħataw
assenjamenti (li jinkludu testijiet bil-miktub u/jew orali) u
għandhom ikunu meħtieġa jgħaddu mill-eżamijiet finali.
(2) It-taqsimiet studju għandhom ikunu mqassma b’mod li l-
kors ikun jista’ jintemm f’sentejn għall-Ewwel Parti u f’sena għat-
Tieni Parti.
(3) Matul l-Ewwel Parti tal-kors, l-istudenti għandhom
jirreġistraw għal numru ta’ taqsimiet studju li għalihom total ta’
mhux anqas minn 46 u mhux aktar minn 52 kredti hu assenjat.
Matul it-Tieni Parti tal-kors, in-numru minimu ta’ kredti għandu
jkun 19 u l-massimu 26.
(4) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond l-iskema ta’
ggradar ta’ l-Università  f’ordni li jibda mill-ogħla mertu: A+, A,
B+, B, C+, C, D+, D u F, li tindika li weħel.
(5) L-istudenti li ma jiksbux xi kredtu għandhom jitħallew
jagħmlu riparatorju darba biss. L-ogħla grad li jista’ jingħata huwa
l-grad D.
(6) Jekk l-istudenti jeħlu fir-riparatorju, huma jistgħu jitħallew
jirrepetu dik it-taqsima studju darba matul is-sena akkademika li
tkun tmiss. Jekk igħaddu, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad
D.
(7) Student li ma jiksibx 22 kredtu matul waħda mill-ewwel
sentejn akkademiċi (l-Ewwel Parti) jew 18-il kredtu matul it-tielet
sena akkademika tal-kors għandu japplika lill-Bord għall-permess
biex jestendi l-istudji tiegħu b’sena skond it-termini tar-regolament
5(3).
(8) Student jista’ jitħalla jirrepeti sena waħda biss matul il-
kors, ħlief f’ċirkostanzi speċjali bil-permess tas-Senat.
(9) Student għandu joqgħod għall-eżamijiet finali fil-
Psikoloġija meta jtemm il-programm ta’ l-istudji.
(10) L-eżamijiet finali għandhom isiru darba fis-sena,
normalment f’Ġunju, u għandhom jikkonsistu f’erba’ karti fil-
Psikoloġija. Il-karti għandhom ikunu mmarkati skond l-iskema ta’
ggradar indikata fis-subregolament (4). Jista’ jsir ukoll eżami viva
voce.
(11) L-istudenti għandhom jgħaddu f’kull waħda mill-erba’
karti biex jgħaddu mill-eżamijiet finali.
(12) Student li jeħel minn waħda jew aktar mill-erba’ karti jista’
jkollu riparatorju fil-karta jew karti li weħel fiha/fihom darba biss.
(13) L-ogħla grad li jista’ jingħata matul sessjoni riparatorja ta’
l-eżamijiet finali għandujkun il-grad D.
4 L.S.327.149 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR 
OF PSYCHOLOGY - B.PSY.
Riżultati finali. 9. (1) Il-valutazzjoni globali ta’ student għandha tikkonsidra
l-gradi miksuba fit-taqsimiet studju meħtieġa skond ir-regolament
6(2) u l-livell milħuq minnu fl-eżamijiet finali.
(2) L-eżamijiet finali għandu jkollhom il-piż ta’ 40% fl-
iggradar tar-riżultat finali. Is-60% l-oħra għandhom ikunu
kkalkolati fuq il-bażi tal-medja globali tal-65 kredtu li jirreferi
għalihom ir-regolament 7(2).
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
mqassma fil-kategoriji li ġejjin: I, IIA, IIB u III.
