GRAD TA’ BAĊILLIER TA’ L-ARTI FL-ISTUDJI SOĊJO-
LEGALI - B.A. (SOCIO-LEGAL STUDIES) - U GĦAD-
DIPLOMA TA’ PROKURATUR LEGALI - P.L. ġ S.L.327.15 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.15
REGOLAMENTI GĦALL-GRAD TA’ BAĊILLIER 
TA’ L-ARTI FL-ISTUDJI SOĊJO-LEGALI - B.A. 
(SOCIO-LEGAL STUDIES) - U GĦAD-DIPLOMA TA’ 
PROKURATUR LEGALI - P.L.
2 ta’ Novembru, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 180 ta’ l-1990.
Titolu.
Grad ta’ Baċillier ta’ l-Arti fl-Istudji Soċjo-Legali - B.A. (Socio-
Legal Studies) u għad-Diploma ta’ Prokuratur Legali - P.L. - u
dawn ir-regolamenti jgħoddu għall-korsijiet mibdija f’Jannar 1987
jew wara.
REGOLAMENTI GĦALL-GRAD TA’ BAĊILLIER TA’ L-ARTI 
FL-ISTUDJI SOĊJO-LEGALI - B.A. (SOCIO-LEGAL STUDIES)
Biex jingħata l-
grad.
1. Biex ikun jista’ jingħata l-Grad ta’ Baċillier ta’ l-Arti fl-
lstudji Soċjo-Legali - B.A. (Socio-Legal Studies) - kandidat irid:
(a) ikun irreġistrat bħala student matrikolat skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) jissodisfa r-rekwiżiti speċjali għall-kors skond ir-
regolament 3;
(ċ) item il-kors ta’ l-istudji, jikkwalifika fl-eżamijiet u
jissodisfa l-kwalifiki l-oħra kollha kif hawn imniżżel
f’dawn ir-regolamenti;
(d) jissodisfa kwalifiki oħrajn kollha mniżżlin fi Statuti u
f’Regolamenti rilevanti oħra ta’ l-Università .
It-tul tal-kors.
Arti fl-Istudji Soċjo-Legali jinfirex fuq tliet snin kif hawn imniżżel
fir-regolament 4.
Rekwiżiti speċjali  
għall-kors. 
3. Biex japplika għad-dħul fil-kors li jwassal għall-grad ta’
Baċillier ta’ l-Arti fl-Istudji Soċjo-Legali, barra li jissodisfa l-
kondizzjonijiet tad-dħul bħala student regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Unversità , il-kandidat irid jissodisfa
dawn ir-rekwiżiti speċjali għall-kors.
kwalifiki fil-Livell Avanzat (tnejn minnhom fil-Grad
Ċ jew aħjar u l-oħra fi Grad D jew aħjar f’dawn:
(i) l-Ingliż
(ii) il-Malti
(iii) għall-inqas wieħed minn dawn: it-Taljan, il-
Franċiż, il-Latin, l-Ekonomija u l-Filosofija
u, jekk m’humiex offruti diġà  fil-Livell Avanzat,
kwalifiki fil-Livell Ordinarju f’dawn:
(i) it-Taljan;
(ii) il-Franċiż jew il-Latin
2 ġ S.L.327.15
GRAD TA’ BAĊILLIER TA’ L-ARTI FL-ISTUDJI SOĊJO-
LEGALI - B.A. (SOCIO-LEGAL STUDIES) - U GĦAD-
DIPLOMA TA’ PROKURATUR LEGALI - P.L.
fl-Eżami tal-Matrikola ta’ l-Università  jew f’livelli li
jikkorrispondu għalih ta’ eżamijiet oħrajn magħrufa
mis-Senat għall-għanijiet tar-Regolamenti għad-Dħul:
Bil-kondizzjoni li kandidat li hu gradwat ta’ Università ,
jew għandu kwalifiki oħra li huma meqjusin suffiċjenti, jista’ jkun
eżentat mill-Bord tad-Dħul, bil-parir tal-Kumitat tad-Dħul tal-
Fakultà , minn dawn ir-rekwiżiti speċjali għall-kors, minn kollha
jew minn uħud minnhom.
Il-kurrikulu tal-
kors.
4.1 Il-programm ta’ l-istudji jinfirex fuq tliet snin u jinqasam fi
tnejn: l-Ewwel Parti u t-Tieni Parti.
4.2  Kull parti hi magħmula minn għadd ta’ unitajiet ta’ studju,
li għal kull waħda minn dawn hu mogħti għadd speċifiku ta’ kredti.
4.3 Il-Bord tal-Fakultà  jfassal Skeda ta’ Unitajiet ta’ Studju u
tal-kredti mogħtija lil kull waħda. Il-Bord tal-Fakultà  jista’
jemenda din l-Iskeda minn żmien għal ieħor kif jifhem li għandu
jsir, bil-kondizzjoni li dan isir qabel il-bidu tas-sena akkademika.
4.4 Ċertifikat ta’ kredtu, li jindika l-għadd tal-kredti mogħtija,
jinħareġ lil student meta jtemm b’suċċess l-unità  ta’ studju. Iċ-
ċertifikat juri wkoll grad li jindika l-livell milħuq mill-istudent fix-
xogħol magħmul matul l-unità  ta’ studju. Ebda kredtu ma jingħata
għal unità  ta’ studju li mhix sħiħa.
4.5 L-akbar u l-iċken għadd ta’ kredti li student jista’ jipprova
jikseb f’sena akkademika, u l-iċken għadd ta’ kredti meħtieġa qabel
id-dħul għall-eżamijiet li jsiru fil-kors huma stabbiliti fir-
regolamenti 5 u 6.
4.6 L-unitajiet ta’ studju huma magħmulin minn grupp ta’
unitajiet obbligatorji u/jew fakultativi, li jsawru linji ta’ studji. Il-
lista tal-linji offerti tkun approvata mill-Bord tal-Fakultà  u tkun kif
tidher definita fis-sillabu.
4.7 Il-Bord tal-Fakultà  jista’ jeżenta student mill-ħtieġa li
jikseb ċertifikat ta’ kredtu għal xi unità  ta’ studju partikolari jekk
hu jkun kiseb minn din l-Università  jew minn istituzzjoni magħrufa
mis-Senat għal dan il-għan, kwalifika li l-istudju għaliha, fil-fehma
tal-Bord tal-Fakultà , jkun ekwivalenti fil-kontenut u fil-livell għall-
istudju meħtieġ għaċ-ċertifikat tal-kredtu li jkun.
L-Ewwel Parti. 5.1 L-Ewwel Parti tinfirex fuq l-ewwel sena tal-kors. Il-
kandidati jirreġistraw f’din is-sma għal għadd ta’ unitajiet ta’
studju li għalihom jingħataw minimu ta’ 20 u massimu ta’ 25
kredtu.
Il-Bord tal-Fakultà  jista’ jistenna li l-istudenti jirreġistraw
matul l-ewwel sena ghal dawk l-unitajiet ta’ studju indikati minnu.
It-Tieni Parti. 6.1 It-Tieni Parti tinfirex fuq it-tieni u fuq it-tielet sena tal-
kors.
6.2 Il-kandidati jirreġistraw kull sena għal għadd ta’ unitajiet
ta’ studju li għalihom huma mogħtija minimu ta’ 25 u massimu ta’
30 kredtu.
6.3 L-istudent ikun mistenni li joqgħod għall-eżamijiet finali fi
GRAD TA’ BAĊILLIER TA’ L-ARTI FL-ISTUDJI SOĊJO-
LEGALI - B.A. (SOCIO-LEGAL STUDIES) - U GĦAD-
DIPLOMA TA’ PROKURATUR LEGALI - P.L. ġ S.L.327.15 3
tmiem it-Tieni Parti tal-Kors.
6.4 Qabel ma jingħata l-Grad l-istudent irid jissodisfa l-
eżamijiet kollha skond dawn ir-regolamenti u jippreżenta lill-Bord
tal-Fakultà , li jrid japprovaha, dissertazzjoni qasira ta’ mhux aktar
minn erbgħin u mhux inqas minn ħamsa u għoxrin paġna A4
ittajpjati bi spazju doppju fuq suġġett sottomess għall-
approvazzjoni tal-Bord tal-Fakultà  mhux aktar tard mill-aħħar ta’
Jannar ta’ l-aħħar sena.
Kredti, gradi, 
eżamijiet u 
valutazzjonijiet.
7.1 Student normalment ikun mistenni li joqgħod għall-
eżamijiet tiegħu wara li jikseb għallinqas l-għadd tal-kredti
msemmi hawn:
25 kredtu fl-Ewwel Parti
55 kredtu fit-Tieni Parti.
Minkejja dan, il-Bord tal-Fakultà  jista’ jistenna li l-
kandidati joqogħdu għal xi parti mill-eżamijiet skond kif il-Bord
jista’ jiddetermina qabel ma jingħataw il-kredti kollha msemmija
hawn fuq.
7.2 Il-Bord tal-Fakultà  jagħti l-gradi lill-istudenti tagħhom
matul is-sena fis-suġġetti mgħallma f’dik is-sena.
7.3 Il-gradi msemmija jqisu l-valutazzjonijiet u r-riżultati ta’ l-
eżamijiet bil-miktub u l-eżamijiet orali kif hawn fir-regolament 7.6.
L-eżamijiet isiru f’kull suġġett jekk ma jingħadx mod ieħor fis-
sillabu.
7.4 Il-valutazzjonijiet isiru f’kull suġġett imgħallem u jqisu x-
xogħol tal-kors u l-livell ta’ kull student matul is-sena. Il-
valutazzjoni ssir mill-Kap tad-Dipartiment jew, jekk ir-
Regolamenti ta’ l-Università  ma jħalluhx ikun membru tal-Bord ta’
l-Eżaminaturi, miċ-Chairman ta’ dan il-Bord.
7.5 Ikun hemm Kumitat tal-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi
magħmul mill-membri kollha tal-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi li
jkunu qegħdin jeżaminaw f’sena partikolari. Il-Kumitat jitmexxa
mid-Dekan tal-Fakultà  u, fin-nuqqas tiegħu, minn Kap tad-
Dipartiment elett biex imexxi l-laqgħa mill-Kumitat tal-laqgħa. Il-
quorum tal-laqgħat tal-Kumitat ikun magħmul minn wieħed aktar
minn terz tal-membri kollha.
7.6 Il-Kumitat tal-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi għandu
jikkonsolida r-riżultati miksuba minn kull student u jagħmel
rakkomandazzjonijiet lill-Bord tal-Fakultà  dwar il-grad  u/jew r-
riparatorji ta’ studenti fl-eżamijiet bil-miktub u/jew l-eżamijiet
orali, u dan skond id-direttivi mogħtija mill-Bord tal-Fakultà .
7.7 Student li jeħel f’xi sena partikolari, u ma jgħaddix fir-
riparatorji kif intqal qabel, ma jitħalliex igħaddi għas-sena ta’ wara
tal-kors. Dan l-istudent, madankollu, jista’ jitħalla, mill-Bord tal-
Fakultà , jerġa’ jidħol għall-kors darba biss skond ir-regolament 10.
Korsijiet f’daqqa.
Grad ta’ Baċillier ta’ l-Arti fl-Istudji Soċjo-Legali - B.A. (Socio-
Legal Studies) - u għad-Diploma ta’ Prokuratur Legali (P.L.)
4 ġ S.L.327.15
GRAD TA’ BAĊILLIER TA’ L-ARTI FL-ISTUDJI SOĊJO-
LEGALI - B.A. (SOCIO-LEGAL STUDIES) - U GĦAD-
DIPLOMA TA’ PROKURATUR LEGALI - P.L.
Nuqqas ta’ 
attendenza.
9. Student li wara twissija xierqa mogħtija bil-miktub, jibqa’
jonqos milli jattendi għall-konferenzi u/jew għas-sessjonijiet
tutorjali mingħajr ġustifikazzjoni xierqa jista’ ma jitħalliex
joqgħod għal xi eżamijiet jew għall-eżamijiet kollha mill-Bord tal-
Fakultà .
Dħul mill-ġdid fil-
kors.
10. Student, li interrompa il-kors ta’ l-istudji tiegħu jew weħel
f’xi sena partikolari, jista’ jitħalla mill-Bord tal-Fakultà  jerġa’
jidħol fil-kors f’dik is-sena li l-Bord tal-Fakultà  jidhirlu xieraq, u
meta jagħmel hekk il-Bord tal-Fakultà  jista’ jesiġi li dan l-istudent
joqgħod għal eżamijiet oħra, minbarra dawk li huma speċifikati fis-
sillabu, kif jidhirlu li hu meħtieġ:
Iżda wkoll f’ebda każ student ma jista’ jtemm il-kors ta’ l-
istudji tiegħu fi żmien itwal minn ħames snin ħlief bil-permess
speċjali tas-Senat għal raġuni tajba u suffiċjenti.
REGOLAMENTI GĦAD-DIPLOMA TA’
PROKURATUR LEGALI - P.L.
Regolamenti li 
jgħoddu.
1. Ir-Regolamenti li jgħoddu għall-Grad ta’ Baċillier ta’ l-
Arti fl-Istudji Soċjo-Legali - B.A. (Socio-Legal Studies) - igħoddu
għall-istudenti li jieħdu l-kors li jwassal għad-Diploma ta’
Prokuratur Legali - P.L. - b’dawn l-eċċezzjonijiet u varjazzjonijiet:
(i) L-unitajiet ta’ studju li għalihom l-istudenti għandhom
jirreġistraw għall-għan tar-regolament 6.2 tar-
regolamenti msemmija qabel għandhom ikollhom
minimu ta’ għoxrin u massimu ta’ ħamsa u għoxrin
kredtu kull sena. Fost l-unitajiet ta’ studju msemmija l-
istudenti għandhom jirreġistraw u jiksbu kredti f’dawk
l-unitajiet ta’ studju li jkunu indikati lilhom mill-Bord
tal-Fakultà .
(ii) L-istudent li jsegwi l-kors għad-Diploma ta’
Prokuratur Legali - P.L. - ikun eżentat milli
jissottometti dissertazzjoni kif inhu mistenni fir-
regolament 6.4 tar-regolamenti msemmija qabel.
(iii) Għall-għanijiet tar-regolament 7.1 tar-regolamenti
msemmija qabel, l-istudenti li jsegwu l-kors għad-
Diploma ta’ Prokuratur Legali - P.L. - ikunu
mistennija normalment li jiksbu ħamsin kredtu fit-
Tieni Parti tal-kors tad-Diploma qabel ma jitħallew
joqogħdu għall-eżamijiet tagħhom.
Korsijiet f’daqqa. 2. Student jista’ jsegwi f’daqqa l-korsijiet li jwasslu għall-
Grad ta’ Baċillier ta’ l-Arti fl-Istudji Soċjo-Legali - B.A. (Socio-
Legal Studies) - u għad-Diploma ta’ Prokuratur Legali - P.L.
