KORS GĦAĊ-ĊERTIFIKAT UNDERGRADUATE TA’ L-UNI-
VERSITÀ  FIT-TEACHING OF SCIENCE AT PRIMARY LEVEL ġ L.S.327.150 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.150
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAĊ-ĊERTIFIKAT 
UNDERGRADUATE TA’ L-UNIVERSITÀ  FIT-
TEACHING OF SCIENCE AT PRIMARY LEVEL
11 ta’ Awissu, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 197 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors għaċ-Ċertifikat Undergraduate ta’ l-Università  fit-Teaching
of Science at Primary Level.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Bord ta’ l-Istudji" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għall-
kors;
"iċ-ċertifikat" ifisser iċ-Ċertifikat Undergraduate ta’ l-
Università  fit-Teaching of Science at Primary Level; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għaċ-Ċertiflkat Undergraduate
ta’ l-Università  fit-Teaching of Science at Primary Level.
Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 1998 jew wara.
Eliġibbilità  għaċ-
ċertifikat.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti taċ-ċertifikat, il-kandidati
jridu:
(a) ikunu registrati bħala studenti regolari fil-kors skond
ir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji, jgħaddu mill-Pjazzament
f’Qasam Xjentifiku, mill-Proġett Xjentifiku Prattiku u
mill-eżami finali u jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra
kollha preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha mniżżla fl-
istatuti, fir-regolamenti u fl-ordinamenti ta’ l-
Università .
Ir-rekwiżiti għad-
dħul.
4. (1) L-applikanti jistgħu japplikaw biex jirreġistraw għall-
kors jekk ikunu qed jgħallmu fi skejjel primarji u jissodisfaw ir-
rekwiżiti għad-dħul li ġejjin:
(a) ikollhom iċ-ċertifikat ta’ għalliema mill-Kulleġġ ta’ l-
għalliema u esperjenza fit-tagħlim għal ħames snin
wara xulxin; jew
(b) ikollhom il-grad B.Ed. bl-Unuri u esperjenza fit-
tagħlim għal ħames snin wara xulxin; jew
(ċ) ikollhom il-grad B.A. jew il-grad B.Sc. u P.G.C.E. u
esperjenza fit-tagħlim għal ħames snin wara xulxin;
jew
2 L.S.327.150 ħ
KORS GĦAĊ-ĊERTIFIKAT UNDERGRADUATE TA’ L-UNI-
VERSITÀ  FIT-TEACHING OF SCIENCE AT PRIMARY LEVEL
(d) ikunu ilhom jgħallmu għal dawn l-aħħar għaxar snin u
jkunu attendew żewġ korsijiet ta’ taħriġ in service
organizzati mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u/jew
istituzzjonijiet oħra rikonoxxuti mis-Senat għal dan il-
għan.
(2) L-applikanti jistgħu jiġu mitluba jipprovdu evidenza tal-
profiċjenza tagħhom fl-Ilsien Ingliż.
It-tul tal-kors. 5. Il-kors jestendi fuq sena ta’ studju fuq bażi part-time. L-
istudenti għandhom itemmu l-kors f’mhux anqas minn sena u
f’mhux aktar minn sentejn minn meta jibda l-kors.
Il-kors ta’ l-istudji. 6. (1) Il-kors għandu jikkonsisti minn dan li ġej:
(a) taqsimiet studju, li għalihom mhux anqas minn 8
kredti huma assenjati, fl-oqsma ta’ studju li ġejjin:
Il-Prinċipji Bażiċi tax-Xjenza (4 kredti)
L-Edukazzjoni fix-Xjenza fil-Livell Primarju (4
kredti);
(b) Pjazzament f’Qasam Xjentifiku (2 kredti); u
(ċ) Proġett Xjentifiku Prattiku (2 kredti).
(2) Il-kors jista’ jingħata jew f’wieħed jew f’kull mod kif ġej:
tagħlim b’distanza, konferenzi, sessjonijiet tutorjali, xogħol
prattiku u laqgħat fi gruppi.
(3) Katalogu ta’ taqsimiet studju, li jindika l-kredti assenjati
għal kull waħda, għandu jkun ippubblikat qabel il-bidu tal-kors.
Il-valutazzjoni. 7. (1) L-istudenti għandhom ikunu valutati fit-taqsimiet
studju skond il-kriterji stabbiliti mill-Bord ta’ l-Istudji.
(2) L-istudenti li jeħlu mill-valutazzjoni ta’ taqsima studju
għandhom jiġi valutati mill-ġdid darba. Jekk jgħaddu, l-ogħla grad
li jista’ jingħata huwa l-grad D.
Pjazzament 
f’Qasam 
Xjentifiku.
8. (1) Huwa meħtieġ li l-istudenti jagħmlu Pjazzament
f’Qasam Xjentifiku, estiż fuq 10 ġimgħat, u li jitwettaq fl-iskejjel
primarji.
(2) Il-Pjazzament f’Qasam Xjentifiku għandu jikkonsisti
f’sensiela ta’ attivitajiet li jiffukaw fuq il-prattika tax-xjenza fil-
klassi primarja. L-għanijiet tal-Pjazzament jiġu speċifikati matul il-
kors.
(3) Il-Pjazzament f’Qasam Xjentifiku jkun valutat bħala
Għadda jew Weħel.
(4) L-istudenti li jeħlu fil-Pjazzament f’Qasam Xjentifiku
għandhom jitħallew jirrepetuh is-sena ta’ wara, skond kif
jiggwidahom il-Bord ta’ l-Istudji.
Il-Proġett 
Xjentifiku Prattiku.
9. (1) L-istudenti għandhom idaħħlu Proġett Xjentifiku
Prattiku bbażat fl-iskejjel sa mhux aktar tard mill-aħħar jum tal-
kors.
(2) Is-suġġett tal-Proġett Xjentifiku Prattiku għandu jingħata
għall-approvazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji sa mhux aktar tard minn
xahrejn qabel l-aħħar jum tal-kors.
KORS GĦAĊ-ĊERTIFIKAT UNDERGRADUATE TA’ L-UNI-
VERSITÀ  FIT-TEACHING OF SCIENCE AT PRIMARY LEVEL ġ L.S.327.150 3
(3) Il-Proġett Xjentifiku Prattiku għandu jkun valutat skond il-
gradi li ġejjin f’ordni ta’ mertu li jibda mill-ogħla grad: A, B. Ċ, D
u F, fen F tfisser li WEħel.
(4) L-istudenti li ma jissodisfawx lill-Bord ta’ l-Eżaminaturi
fil-Proġett Xjentifiku Prattiku għandhom jitħallew jerġgħu jressquh
darba fi żmien sitt xhur.
L-eżami finali.
miktub.
(2) L-istudenti biss li jġibu mill-anqas 10 kredti (minbarra l-
kredti għall-Proġett Xjentifiku Prattiku) għandhom jitħallew
joqogħdu għall-eżami finali. Bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet
tar-regolament 5, l-istudenti li ma jiksbux dawn il-kredti jistgħu
jitħallew mill-Bord ta’ l-Istudji jestendu l-istudji tagħhom b’sena,
taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Bord jista’ jimponi.
(3) L-istudenti li jeħlu minn wieħed jew miż-żewġ karti ta’ l-
eżami għandhom jitħallew jerġgħu joqogħdu għall-karta/karti li
weħlu minnhom darba f’sessjoni riparatorja li trid tinżamm
f’perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni
tar-riżultati. L-ogħla grad li jista’ jingħata fis-sessjoni riparatorja
huwa l-grad D.
Ir-riżultat finali.
taqsimiet studju, fil-Pjazzament f’Qasam Xjentifiku, fil-Proġett
Xjentifiku Prattiku u fl-eżami finali, skond il-piż kif ġej:
Kredti għat-taqsimiet studju, il-Pjazzament
f’Qasam Xjentifiku, u l-Proġett Xjentifiku
Prattiku 70%
L-eżami finali 30%.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti taċ-
ċertifikat għandhom ikunu pubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
