KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
PSYCHOLOGY (HONOURS) - B.PSY. (HONS.) ġ L.S.327.151 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.151
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF PSYCHOLOGY (HONOURS) - B.PSY. 
(HONS.)
21 ta’ Awissu, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 204 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Psychology (Honours) - B.Psy.
(Hons).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Bord ta’ l-Istudji" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għall-
kors;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Bachelor of
Psychology (Honours) - B.Psy. (Hons); u
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Psychology (Honours) -
B.Psy. (Hons).
Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 1999 jew wara.
Eliġibbilità  għall-
Grad.
3. Biex ikun eliġibbli għall-għoti tal-Grad, student għandu:
(a) jirreġistra u jtemm b’suċċess il-kors kif preskritt
f’dawn ir-regolamenti;
(b) jgħaddi mill-eżamijiet finali; u
(ċ) jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’dawn ir-
regolamenti u f’xi statuti, regolamenti u ordinamenti
rilevanti oħra ta’ l-Università .
Rekwiżiti għad-
dħul.
4. (1) L-applikanti għandhom ikunu:
(a) temmew b’suċċess l-Ewwel Parti tal-kors li jwassal
għall-grad ta’ Bachelor of Psychology; u
(b) kisbu Grad B jew aħjar fil-valutazzjoni globali tad-29
kredtu obbligatorju fil-Psikoloġija matul l-Ewwel Parti
tal-kors li jwassal għall-grad ta’ Bachelor of
Psychology; u
(ċ) kisbu Grad Ċ+ jew aħjar fil-valutazzjoni globali tas-46
kredtu ta’ l-Ewwel Parti tal-kors li jwassal għall-grad
ta’ Bachelor of Psychology.
(2) Qabel ma jkunu ammessi fil-kors, l-applikanti għandhom
jattendu għall-intervista, li tista’ tinkludi valutazzjoni psikoloġika,
biex tittestja x-xejriet tagħhom biex isegwu l-kors.
(3) L-applikanti għandhom normalment ikunu meħtieġa
jkomplu l-kors immedjatament wara li jiksbu l-kwalifiki msemmija
2 L.S.327.151 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
PSYCHOLOGY (HONOURS) - B.PSY. (HONS.)
fis-subregolament (1). Huma m’għandhomx, fl-ebda każ, ikunu
ammessi fil-kors jekk ikunu għaddew aktar minn sentejn minn meta
jkunu kisbu dawn il-kwalifiki, ħlief f’ċirkostanżi speċjali bil-
permess tas-Senat.
Tul tal-kors. 5. (1) It-tul tal-kors għandu jkun ta’ sentejn akkademiċi ta’
studju fuq bażi full-time.
(2) L-istudenti għandhom ikunu meħtieġa jirreġistraw qabel il-
bidu ta’ kull sena akkademika.
(3) Il-Bord jista’ jħalli studenti jtemmu l-kors fi żmien tliet
snin, għal raġuni valida u suffiċjenti, u taħt dawk il-kondizzjonijiet
li l-Bord jista’ jimponi.
(4) L-istudenti ma jistgħux itemmu l-kors qabel sentejn jew
aktar tard minn tliet snin mid-data ta’ l-ewwel dħul fil-kors, ħlief
bil-permess tas-Senat.
L-istruttura tal-
kors.
6. (1) Il-kors għandu jikkonsisti fl-erba’ moduli li ġejjin:
Modulu Obbligatorju;
Modulu A (qasam ta’ speċjalizzazzjoni clinical/
counselling psychology);
Modulu B (qasam ta’ speċjalizzazzjoni educational
psychology);
Modulu Ċ (qasam ta’ speċjalizzazzjoni social/
organisational psychology).
(2) Fl-ewwel sena tal-kors l-istudenti jkunu meħtieġa
jirreġistraw għal taqsimiet studju magħżula mill-Moduli A, B, u Ċ
imniżżla fis-subregolament (1).
(3) Fit-tieni sena tal-kors l-istudenti jkunu meħtieġa
jirreġistraw għal taqsimiet studju magħżula minn tnejn mill-Moduli
A, B u Ċ imnizzla fis-subregolament (1). Huma għandhom
jindikaw iż-żewġ oqsma ta’ speċjalizzazzjoni magħżula meta
japplikaw biex jidħlu fil-kors.
(4) Katalogu ta’ taqsimiet studju, bil-kredti assenjati għal kull
taqsima studju, għandu jkun approvat mis-Senat u ppubblikat mill-
Bord ta’ l-Istudji qabel il-bidu ta’ kull sena akkademika.
Il-kors ta’ l-istudji. 7. (1) Il-kors għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju u
dissertazzjoni li għalihom mhux anqas minn 43 kredtu huma
assenjati.
(2) Biex itemmu l-kors u jitħallew joqogħdu għall-eżamijiet
finali, l-istudenti huma meħtieġa jiksbu dawn li ġejjin:
(a) mill-anqas 32 kredtu fil-Psikologija (li jinkludu l-
kredti għall-pjazzament/i prattiċi);
(b) 5 kredti fil-qasam ta’ studju sussidjarju magħżul fl-
Ewwel Parti tal-kors li jwassal għall-grad ta’ Bachelor
of Psychology;
(ċ) 5 kredti għad-dissertazzjoni; u
(d) kredtu fakultattiv.
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
PSYCHOLOGY (HONOURS) - B.PSY. (HONS.) ġ L.S.327.151 3
Valutazzjoni u 
eżamijiet finali.
8. (1) Matul il-kors, l-istudenti għandhom jingħataw
assenjamenti (li jinkludu testijiet bil-miktub u/jew orali) u
pjazzamenti prattiċi li għandhom ikunu valutati. Huma jkunu
meħtieġa wkoll itemmu b’suċċess id-dissertazzjoni u jgħaddu mill-
eżamijiet finali.
(2) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond l-iskema ta’ l-
iggradar ta’ l-Università  f’ordni ta’ mertu li jibda mill-ogħla grad:
A+, A, B+, B, Ċ+, Ċ, D+, D u F, fejn F tindika li weħel.
(3) L-istudenti li ma jiksbux xi kredtu għandhom jitħallew
jagħmlu riparatorju darba biss. L-ogħla grad li jista’ jingħata huwa
l-grad D.
(4) Jekk l-istudenti jeħlu fir-riparatorju, huma jistgħu jitħallew
jirrepetu dik it-taqsima studju darba oħra matul is-sena akkademika
li tkun tmiss. Jekk jgħaddu fil-valutazzjoni mill-ġdid l-ogħla grad li
jista’ jingħata huwa l-grad D.
(5) L-istudenti li ma jiksbux 23 kredtu matul l-ewwel sena
akkademika jew 18-il kredtu matul it-tieni sena akkademika tal-
kors għandhom japplikaw lill-Bord għal permess biex jestendu l-
istudji tagħhom b’sena skond it-termini tar-regolament 5(3).
(6) Student jista’ jitħalla jirrepeti sena waħda biss matul il-
kors kollu, ħlief f’ċirkostanzi speċjali bil-permess tas-Senat.
(7) Student jeħtieġ joqgħod għall-eżamijiet finali fit-tmiem
tal-kors ta’ l-istudji kif indikat fir-regolament 7(2).
(8) L-eżamijiet finali għandhom isiru darba fis-sena,
normalment f’Ġunju, u għandhom jikkonsistu f’ħames karti fil-
Psikoloġija. Il-karti għandhom ikunu mmarkati skond l-iskema ta’
l-iggradar kif indikata fis-subregolament (2). Jista’ jsir ukoll eżami
viva voce.
(9) Biex jgħaddu mill-eżamijiet finali l-istudenti għandhom
jgħaddu f’kull waħda mill-ħames karti.
(10) L-istudenti li jeħlu f’xi waħda jew aktar mill-ħames karti
jista’ jkollhom riparatorju fil-karta jew fil-karti li weħlu fiha/fihom
darba biss.
(11) L-ogħla grad li jista’ jingħata matul sessjoni riparatorja ta’
l-eżamijiet finali huwa l-grad D.
Dissertazzjoni.
miktub, normalment ta’ mhux aktar minn 18,000-il kelma, fuq
suġġett propost minnhom u approvat mill-Bord ta’ l-Istudji.
(2) It-titolu propost u l-pjan tad-dissertazzjoni għandhom
ikunu sottomessi għall-approvazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji sa mhux
aktar tard minn tmiem l-ewwel sena.
(3) L-istudenti huma meħtieġa jtemmu d-dissertazzjoni taħt
superviżjoni tutorjali.
(4) L-istudenti li d-dissertazzjoni tagħhom tinstab mhux
sodisfaċenti jistgħu jitħallew mill-Bord ta’ l-Istudji, fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi, jerġgħu
jissottomettuha f’forma riveduta fi żmien kif avżat mill-Bord ta’ l-
Istudji. F’dawn il-każijiet, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-
4 L.S.327.151 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
PSYCHOLOGY (HONOURS) - B.PSY. (HONS.)
grad D.
(5) L-istudenti li d-dissertazzjoni tagħhom ma tkunx approvata
jew li ma jissottomettux id-dissertazzjoni fiż-żmien mitlub, ma
jitħallewx joqogħdu għall-eżamijiet finali.
Riżultati finali. 10. (1) Il-valutazzjoni globali ta’ l-istudenti għandha
tikkonsidra l-gradi miksuba fit-taqsimiet studju u fid-dissertazzjoni
mitluba taħt ir-regolament 7(2) u l-livell milħuq minnhom fl-
eżamijiet finali.
(2) L-eżamijiet finali għandhom ikollhom il-piż ta’ 50 fil-mija
fl-iggradar tar-riżultati finali. Il-50 fil-mija l-oħra għandhom ikunu
kkalkolati fuq il-bażi tal-medja globali tal-kredti msemmija fir-
regolament 7(2).
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
mqassma kif ġej:
L-Ewwel Klassi bl-Unuri
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Superjuri)
It Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Inferjuri)
It-Tielet Klassi bl-Unuri.
(4) Il-Bord ta’ l-Istudji jista’ jagħti grad b’Pass (mingħajr
Unuri) lill-istudenti li jtemmu b’suċċess ir-rekwiżiti kollha
stabbiliti fir-regolament 7(2) iżda jeħlu bi ftit fid-dissertazzjoni u/
jew fl-eżamijiet finali.
