KORS GĦAS-CERTIFICATE IN DESALINATION STUD-
IES - CERT. DESAL. - U GĦAD-DIPLOMA 
IN DESALINATION STUDIES - DIP. DESAL. ġ L.S.327.152 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.152
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAS-CERTIFICATE 
IN DESALINATION STUDIES - CERT. DESAL. - U 
GĦAD-DIPLOMA IN DESALINATION STUDIES - DIP. 
DESAL.
21 ta’ Awissu, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 206 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors għas-Certificate in Desalination Studies - Cert. Desal. - u
għad-Diploma in Desalination Studies - Dip. Desal.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur mis-Senat ta’ l-
Università  u mill-Bord ta’ l-Istitut għat-Teknoloġija ta’ l-Ilma
flimkien
"iċ-Ċertifikat" ifisser is-Certificate in Desalination Studies -
Cert. Desal.;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Desalination Studies - Dip.
Desal.;
"l-Istitut" ifisser l-Istitut għat-Teknoloġija ta’ l-Ilma tal-
Korporazzjoni tas-Servizzi ta’ l-Ilma; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma in Desalination
Studies - Dip. Desal.
Applikabilità .
bdew f’Ottubru 1995 jew wara.
Rekwiżiti għad-
dħul.
3. Il-kandidati jistgħu jirreġistraw għall-kors jekk:
(a) għandhom kwalifika fil-Kimika f’Livell Avanzat; u
(b) jissodisfaw ir-rekwiżiti għad-dħul ta’ l-Università  ta’
Malta.
Eliġibbilità  għad-
Diploma.
4. Biex ikun eliġibbli għall-għoti tad-Diploma, student
għandu:
(a) jirreġistra bħala student regolari fit-termini tar-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) jtemm b’suċċess l-Ewwel Parti (Fundazzjoni) u t-Tieni
Parti (Intermedja) tal-kors;
(ċ) jirreġistra u jtemm b’suċċess it-Tielet Parti
(Speċjalizzazzjoni) tal-kors;
(d) jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-esperjenza ta’ xogħol;
(e) jgħaddi f’kull waħda mill-karti ta’ l-eżami finali
komprensiv;
2 L.S.327.152 ħ
KORS GĦAS-CERTIFICATE IN DESALINATION STUD-
IES - CERT. DESAL. - U GĦAD-DIPLOMA 
IN DESALINATION STUDIES - DIP. DESAL.
(f) jissottometti b’suċċess essay twil, kif stipulat f’dawn
ir-regolamenti; u
(g) jissodisfa r-rekwiżiti l-oħrajn kollha stabbiliti f’dawn
ir-regolamenti u fi Statuti, Regolamenti u Ordinamenti
oħra rilevanti ta’ l-Università .
Eliġibbilità  għaċ-
Ċertitikat.
5. Student li jsegwi b’suċċess il-kors kif speċifikat fir-
regolament 4(b), (ċ), (d), u (e), imma jonqos milli jissodisfa lill-
eżaminaturi dwar l-essay twil għandu jingħata Ċertifikat.
It-tul tal-kors. 6. Il-kors li jwassal għad-Diploma għandu normalment
jestendi fuq perjodu ta’ 12-il xahar ta’ studju fuq bażi full-time. L-
istudenti jistgħu madanakollu, japplikaw għall-kors fuq bażi part-
time bil-permess tal-Bord. Kull perijodu ta’ studju jew riċerka
f’kors fuq bażi part-time għandu jitqies bħala nofs tal-perijodu
segwit fil-kors fuq bażi full-time.
Il-kors ta’ l-istudji. 7. (1) Il-kors għandu jkun maqsum fi tliet partijiet u għandu
jikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom mhux anqas minn 29
kredtu huma assenjati, li jinkludu:
(a) taqsimiet studju li għalihom mhux anqas minn 22
kredtu huma assenjati;
(b) perijodu ta’ esperjenza ta’ xogħol taħt superviżjoni li
huwa assenjat 5 kredti; u
(ċ) essay twil li huwa assenjat 2 kredti.
(2) L-Ewwel Parti tal-kors, intitolata "Fundazzjoni", għandha
tikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom mhux anqas minn 8 kredti
huma assenjati fil-ħames moduli li ġejjin:
Xjenza tad-Desalinazzjoni
Proċessi tad-Desalinazzjoni
Kimika ta’ l-Ilma
Elettrokimika
Computing Bażiku.
(3) It-Tieni Parti tal-kors, intitolata "Intermedja", għandha
tikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom mhux anqas minn 10
kredti huma assenjati fil-ħames moduli li ġejjin:
Membrane u Proċessi ta’ Distillazzjoni
Plant Engineering
Pre-treatment/Post treatment ta’ l-Ilma
Operations Management
Fouling, Corrosion u Materials Selection.
(4) It-Tielet Parti tal-kors, intitolata "Speċjalizzazzjoni",
għandha tikkonsisti fi:
(a) erba’ taqsimiet studju, li għal kull waħda minnhom ma
għandux ikun assenjat anqas minn kredtu, magħżul
mit-tliet moduli li jkopru l-oqsma ta’ studju li ġejjin:
RO Plant Operation
KORS GĦAS-CERTIFICATE IN DESALINATION STUD-
IES - CERT. DESAL. - U GĦAD-DIPLOMA 
IN DESALINATION STUDIES - DIP. DESAL. ġ L.S.327.152 3
Feed Water Chemistry u Pretreatment
Distillation Technology.
L-istudenti għandhom isegwu modulu wieħed sħiħ li
jikkonsisti fi tliet taqsimiet studju, kif ukoll taqsima
studju oħra minn xi wieħed mill-moduli l-oħra;
(b) perijodu ta’ esperjenza ta’ xogħol taħt superviżjoni, ta’
mill-anqas 250 siegħa, li għalih huwa assenjat 5 kredti;
u
(ċ) essay twil, normalment ta’ mhux anqas minn 8,000
kelma, li għalih huwa assenjat 2 kredti.
(5) L-esperjenza ta’ xogħol għandha tittieħed ma’ Fergħa
Teknika partikolari tal-Korporazzjoni tas-Servizzi ta’ l-Ilma taħt is-
superviżjoni diretta tal-Kap tal-Fergħa.
(6) Il-gradi li ġejjin jintużaw f’allokazzjoni tal-kredti f’ordni li
jibda mill-ogħla sa l-anqas mertu: A, B, Ċ, D, u F, fejn F tindika li
Weħel.
Progress.
Tieni Parti tal-kors sakemm ma jiksbux minimu ta’ 6 kredti u
jissodisfaw lill-Bord f’eżami ta’ żewġ karti bil-miktub li jsir fit-
tmiem ta’ l-Ewwel Parti.
(2) L-istudenti ma jitħallewx jipproċedu għat-Tielet Parti tal-
kors sakemm ma jiksbux minimu ta’ 8 kredti u jissodisfaw lill-Bord
f’eżami ta’ żewġ karti bil-miktub li jsir fit-tmiem tat-Tieni Parti.
(3) L-esperjenza ta’ xogħol għandha tkun valutata mill-Bord li
għandu jikkonsidra r-rapporti sottomessi mill-Kap tal-Fergħa li
għamel is-superviżjoni ta’ l-istudent, b’konsultazzjoni mal-group
managers tiegħu, kif ukoll permezz ta’ intervista li ssir mill-Bord.
(4) L-istudenti li jonqsu milli jissodisfaw lill-Bord dwar il-
livell milħuq minnhom matul l-esperjenza ta’ xogħol ma
għandhomx jitħallew jirrepetu l-esperjenza ta’ xogħol.
(5) L-istudenti ma għandhomx jitħallew joqogħdu għall-eżami
finali komprensiv sakemm m’humiex valutati b’suċċess fl-
esperjenza ta’ xogħol tagħhom, u sakemm ma jiksbux minimu ta’ 3
kredti fit-Tielet Parti tal-kors.
L-eżami finali 
komprensiv.
 9. L-eżami finali komprensiv għandu jikkonsisti f’żewġ karti
ta’ tliet sigħat-il waħda. L-istudenti li jeħlu f’karta jew fiż-żewġ
karti jistgħu jitħallew jagħmlu riparatorju fil-karta/i li jeħlu fihom.
L-ogħla grad li jista’ jingħata f’riparatorju huwa l-grad D.
L-essay twil.
twil sakemm ma jikkwalifikawx fl-eżami finali komprensiv. L-
istudenti għandhom jissottomettu t-titolu ta’ l-essay twil tagħhom
għall-approvazzjoni tal-Bord, mhux aktar tard minn ġimgħa wara l-
pubblikazzjoni tar-riżultati ta’ l-eżami finali komprensiv. L-
istudenti jistgħu jinħtieġu mill-Bord li joqogħdu għall-eżami orali
wara li jissottomettu l-essay twil. L-istudenti li jonqsu milli
jissodisfaw lill-eżaminaturi fl-essay twil jistgħu jintalbu mill-Bord
li jerġgħu jissottomettu versjoni riveduta ta’ l-essay twil fi żmien
tmien ġimgħat mill-pubblikazzjoni tar-riżultati. F’dan il-każ l-
4 L.S.327.152 ħ
KORS GĦAS-CERTIFICATE IN DESALINATION STUD-
IES - CERT. DESAL. - U GĦAD-DIPLOMA 
IN DESALINATION STUDIES - DIP. DESAL.
ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad minimu D.
Riżultati finali. 11. (1) Ir-riżultati finali ta’ student għandhom jikkonsidraw
il-livell milħuq fl-eżami finali komprensiv kif ukoll il-kredti u l-
gradi miksubin matul il-kors.
(2) L-eżami finali komprensiv għandu jkollu piż ta’ 50% u l-
kredti għandhom ikollhom il-50% l-oħra għall-għanjiet tal-
klassifikazzjoni.
(3) Ir-riżultati finali għandhom ikunu ppubblikati wara l-
valutazzjoni ta’ l-essay twil, kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
