KORS GĦALL-POST QUALIFICATION DIPLOMA IN 
HEALTH SCIENCE - PQ DIP.H.SC. - U GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF HEALTH SCIENCE - M.SC. (HEALTH) ġ L.S.327.154 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.154
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-POST 
QUALIFICATION DIPLOMA IN HEALTH SCIENCE - 
PQ DIP.H.SC. - U GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF 
HEALTH SCIENCE - M.SC. (HEALTH)
6 ta’ Novembru, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 244 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviżi Legali 284 ta’ l-
2001 u 51 ta’ l-2003.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Post Qualification Diploma in Health Science - PQ Dip.
H.Sc. - u għall-Grad ta’ Master of Health Science - M.Sc. (Health).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa;
"il-Bord ta’ l-Istudji" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għall-
kors;
"id-Diploma" tfisser il-Post Qualification Diploma in Health
Science - PQ. Dip. H.Sc.;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Health Science - M.Sc.
(Health);
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Post Qualification
Diploma in Health Science - PQ Dip. H.Sc. - u għall-Grad ta’
Master of Health Science - M.Sc. (Health); u
"ix-Xjenza tas-Saħħa" tfisser waħda mix-xjenzi mniżżla fl-
Ewwel Skeda.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 284 ta’ l-
2001;
A.L. 51 ta’ l-2003.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
Reġistrazzjoni u 
eliġibbilità  għad-
Diploma.
Emendat:
A.L. 51 ta’ l-2003.
3. (1) Il-kandidat għandu jirreġistra fuq il-formola preskritta
fiż-żmien indikat mir-Reġistratur.
(2) Mall ijirreġistra, l-istudent għandu jagħżel biex
jispeċjalizza f’waħda mix-Xjenzi tas-Saħħa mniżżla fl-Ewwel
Skeda.
(3) Biex ikun eliġibbli biex jirreġistra għad-Diploma kandidat
għandu:
(a) (i) jkun kiseb l-ewwel grad fix-Xjenza tas-Saħħa
magħżula li jinkludi esperjenza klinika; jew
(ii) ikollu kwalifika professjonali rikonoxxuta fix-
Xjenza tas-Saħħa magħżula, b’minimu ta’ ħames
snin esperjenza fix-Xjenza tas-Saħħa magħżula,
u permezz ta’ intervista jissodisfa lill-Bord li
2 L.S.327.154 ħ
KORS GĦALL-POST QUALIFICATION DIPLOMA IN 
HEALTH SCIENCE - PQ DIP.H.SC. - U GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF HEALTH SCIENCE - M.SC. (HEALTH)
għandu l-kapaċitajiet itemm il-kors b’suċċess;
jew
(iii) ikun diġà  ta prova ta’ profiċjenza fir-riċerka u
għadda minn eżami ta’ kwalifika speċjali bil-
miktub, normalment f’aktar minn suġġett
wieħed, kif determinat mill-Bord; u
(b) jekk applikabbli, jissodisfa r-rekwiżiti speċjali tal-kors
imniżżla fit-Tieni Skeda.
(4) Biex ikun eliġibbli għall-għoti tad-Diploma, student
għandu:
(a) jtemm il-kors ta’ l-istudji, jgħaddi mill-eżamijiet u
jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra preskritti f’dawn ir-
regolamenti; u
(b) jkun approvat mill-Bord u rreġistrat bħala student
regolari ta’ l-Università ; u
(ċ) jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti fl-istatuti,
regolamenti, u ordinamenti oħra ta’ l-Università .
Il-kors ta’ l-istudji 
għad-Diploma.
4. (1) Il-kors ta’ l-istudji għad-Diploma jinfirex fuq perijodu
minimu ta’ sentejn studju fuq bażi part-time. Student ma jistax
jagħmel l-eżami finali qabel sentejn jew wara tliet snin mill-ewwel
dħul fil-kors, ħlief b’permess speċjali tas-Senat.
(2) Il-kors ta’ l-istudji għad-Diploma hu magħmul minn:
(a) taqsimiet studju li għalihom jingħataw mhux anqas
minn 24 kredtu; u
(b) proġett individwali ta’ riċerka taħt superviżjoni.
(3) Katalogu ta’ taqsimiet studju, bil-kredti assenjati għal kull
taqsima studju, għandu jkun approvat mill-Bord u ppublikat qabel
il-bidu ta’ kull semestru. Xi taqsimiet studju jistgħu jkunu indikati
bħala obbligatorji u oħrajn bħala fakultattivi. Xi taqsimiet studju
għandhom jinvolvu xogħol prattiku taħt superviżjoni. Dan ix-
xogħol prattiku għandu jitqies bħala komponent essenzjali tal-kors
ta’ l-istudji għad-Diploma u jingħataw għadd ta’ kredti għalih.
Valutazzjoni 
kontinwa għad-
Diploma.
5. (1) F’kull semestru tal-kors ta’ l-istudji għad-Diploma, l-
istudenti għandhom ikunu valutati f’kull taqsima studju li tkun
saret matul dak is-semestru skond il-kriterji stabbiliti mill-Bord.
(2) Fl-għoti tal-kredti għandhom jintużaw dawn il-gradi: A, B,
Ċ, D u F, fejn A hija l-ogħla grad u F tfisser Weħel.
(3) Student li jeħel f’xi waħda mit-taqsimiet studju għandu
jitħalla jagħmel riparatorju darba biss. Jekk jerġa’ jeħel, l-istudent
jista’ jitħalla jirrepeti t-taqsima studju rilevanti darba ohra biss.
F’kull każ minn dawn, l-ogħla grad li student jista’ jingħata huwa l-
grad D.
Proġett individwali 
ta’ riċerka.
6. (1) L-istudenti huma meħtieġa jtemmu proġett individwali
ta’ riċerka taħt superviżjoni akkademika.
(2) It-titolu propost u l-abbozz tal-proġett għandhom ikunu
sottomessi lil, u approvati mill-Bord ta’ l-Istudji.
KORS GĦALL-POST QUALIFICATION DIPLOMA IN 
HEALTH SCIENCE - PQ DIP.H.SC. - U GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF HEALTH SCIENCE - M.SC. (HEALTH) ġ L.S.327.154 3
(3) Il-Bord ta’ l-Istudji għandu jaħtar superviżur.
(4) L-isem tas-superviżur, it-titolu propost u l-abbozz tal-
proġett għandhom ikunu sottomessi lill-Bord għall-approvazzjoni
finali.
(5) Il-proġett għandu jissodisfa lill-Bord dwar il-kontenut u l-
preżentazzjoni.
(6) Il-proġett għandu jkun ta’ madwar l0,000 kelma u għandu
jikkonforma mal-linji ta’ gwida rilevanti dwar il-format u t-tul.
(7) Il-proġett għandu jkun ippreżentat fil-forma finali tiegħu
mhux aktar tard minn għoxrin xahar mill-bidu tal-kors ta’ l-istudji
għad-Diploma, sakemm il-Bord ma jtawwalx iż-żmien.
L-eżami finali 
għad-Diploma.
7. (1) Eżami finali komprensiv bil-miktub magħmul minn
żewġ karti għandu jsir fi tmiem il-kors ta’ l-istudji għad-Diploma.
Jistgħu jersqu għall-eżami dawk l-istudenti biss li jkunu kisbu
għallinqas 20 kredtu, inkluzi l-kredti obbligatorji kollha.
(2) L-istudenti jistgħu jkunu meħtieġa jagħmlu eżami viva
voce.
(3) Student li, wara twissija xierqa bil-miktub, jibqa’ ma
jattendix għall-konferenzi u/jew għas-sessjonijiet tutorjali jew ma
jwettaqx id-dmirijiet akkademiċi tiegħu mingħajr ġustifikazzjoni
xierqa, jista’ ma jitħalliex mill-Bord joqgħod għal xi eżami jew
għall-eżamijiet finali kollha.
L-iggradar finali u 
l-klassifikazzjoni 
għall-għoti tad-
Diploma.
8. (1) Fi tmiem il-kors, għandhom jintużaw dawn il-gradi: A,
B, Ċ, D jew F, fejn l-A hija l-ogħla grad u F tfisser Weħel.
(2) L-iggradar finali għandu jkun ibbażat fuq it-taqsimiet
studju, li jkollhom 40% tal-piż, il-proġett ta’ riċerka, li jkollu 30%
tal-piż u l-eżami finali, li jkollu 30% tal-piż.
(3) Student ma jingħatax id-Diploma jekk ma jissodisfax ir-
rekwiżiti għal kull parti tal-valutazzjoni (jiġifieri t-taqsimiet
studju, il-proġett, u l-eżami finali).
(4) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tad-
Diploma għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku fil-
kategoriji li ġejjin:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
Reġistrazzjoni u 
eliġibbilità ’ għall-
Grad.
Emendat:
A.L. 284 ta’ l-
2001.
9. (1) Kandidat għandu jirreġistra fuq il-formola preskritta
fiż-żmien indikat mir-Reġistratur.
(2) Malli jirreġistra, l-istudent għandu jagħżel biex
jispeċjalizza f’waħda mix-Xjenzi tas-Saħħa mniżżla fl-Ewwel
Skeda.
(3) Student ikun eliġibbli biex jirreġistra għall-Grad jekk hu:
(a) (i) jkun għadda bi grad globali B fil-kors għad-
Diploma; jew
(ii) għandu B.Sc. (Hons) f’suġġett relatat b’mill-
anqas it-Tieni Klassi bl-Unuri, jew grad xieraq,
4 L.S.327.154 ħ
KORS GĦALL-POST QUALIFICATION DIPLOMA IN 
HEALTH SCIENCE - PQ DIP.H.SC. - U GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF HEALTH SCIENCE - M.SC. (HEALTH)
bħal M.D., B.Sc. (Hons), B.Pharm. (Hons) jew
B.Ch.D., li għandu l-approvazzjoni tal-Bord;
jew
(iii) għandu grad li, fl-opinjoni tal-Bord, huwa
ekwivalenti għall-kwalifiki mniżżla fis-
subparagrafi (i) jew (ii); jew
(iv) għandu B.Sc. (mhux bl-Unuri) f’suġġett relatat
sakemm f’każ bħal dan jista’ jirreġistra biss
għall-kors għall-Grad wara li jtemm b’suċċess
sena ta’ studju u riċerka preskritti, li għandhom
l-approvazzjoni tal-Bord; u
(b) jekk applikabbli, jissodisfa r-rekwiżiti speċjali tal-kors
imniżżla fit-Tieni Skeda; u
(ċ) qed japplika fit-termini tar-regolament 9(ii), (iii) jew
(iv) għandu jissodisfa lill-Bord permezz ta’ intervista
li jista’ jtemm il-kors b’suċċess.
(4) Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad, l-istudenti
għandhom:
(a) itemmu l-kors ta’ l-istudji u jiksbu l-kredti kollha
indikati fir-regolament 11; u
(b) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti f’xi statuti,
regolamenti, u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
It-tul tal-kors.
Sostitwit:
A.L. 284 ta’ l-
2001.
10. (1) Il-kors jinfirex fuq perjodu ta’ tnax-il xahar ta’ studju
fuq bażi full-time jew erbgħa u għoxrin xahar ta’ studju fuq bażi
part-time.
(2) Il-Bord jista’ jħalli lill-istudenti jtemmu l-programm tal-
kors f’mhux aktar minn tmintax-il xahar ta’ studju fuq bażi full-
time jew sitta u tletin xahar ta’ studju fuq bażi part-time wara r-
reġistrazzjoni. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, is-Senat jista’ jħalli lill-
istudenti jestendu l-istudju tagħhom b’sa tnax-il xahar ieħor.
L-istruttura tal-
kors.
Sostitwit:
A.L. 284 ta’ l-
2001.
11. Il-kors għandu jikkonsisti f’żewġ komponenti kif ġej:
(a) komponent mgħallem, li jikkonsisti f’numru ta’
taqsimiet studju obbligatorji u fakultattivi, li għalih
ikunu assenjati 30 kredtu;
(b) komponent obbligatorju ta’ riċerka, li jwassal għall-
preżentazzjoni ta’ dissertazzjoni, miktuba taħt
superviżjoni akkademika, li għalih ikunu assenjati 10
kredti.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
Sostitwit:
A.L. 284 ta’ l-
2001.
12. Il-Bord għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet studju għal
kull Xjenza tas-Saħħa. Il-katalogu għandu jindika l-livell, il-kodiċi,
it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip ta’ kull taqsima studju, il-kredti
assenjati għal kull taqsima studju, liema taqsimiet studju huma
obbligatorji u fakultattivi, liema għandhom jittieħdu flimkien jew
qabel taqsimiet studju oħra, u l-metodi ta’ tagħlim u valutazzjoni.
Il-Bord għandu jippubblika l-katalogu qabel il-bidu ta’ kull kors,
wara l-approvazzjoni tas-SEnat.
KORS GĦALL-POST QUALIFICATION DIPLOMA IN 
HEALTH SCIENCE - PQ DIP.H.SC. - U GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF HEALTH SCIENCE - M.SC. (HEALTH) ġ L.S.327.154 5
Valutazzjoni u 
progress.
Sostitwit:
A.L. 284 ta’ l-
2001.
13. (1) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li
ġejjin li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ u D. F tindika li wieħed
weħel. Xogħol mhux komplut għal raġunijiet ġustifikati (mard,
assenza approvata, eċċ.) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet
l-oħra kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmuma
għandhom jidhru bħala F. Kull taqsima studju jista’ jkollha
valutazzjoni kontinwa u eżami finali fi tmiem it-taqsima studju. Il-
perċentwal mogħti lil kull komponent tal-valutazzjoni kontinwa u
lill-eżami finali għandu jkun indikat fid-deskrizzjoni ta’ kull
taqsima studju u ppubblikat fil-katalogu ta’ taqsimiet studju.
(2) Biex tkun determinata l-klassifikazzjoni tal-Grad, l-
istudenti jistgħu jiġu mitluba jattendu għal eżami viva voce.
Valutazzjoni 
supplimentari.
Miżjud:
A.L. 284 ta’ l-
2001.
14. (1) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju jistgħu jitħallew
joqogħdu għal valutazzjoni supplimentari. Fil-valutazzjoni
supplimentari, l-istudenti jistgħu jkunu valutati mill-ġdid jew fil-
komponent/i tal-valutazzjoni li weħlu fih/fihom jew fil-komponenti
kollha kif indikati fil-katalogu ta’ taqsimiet studju. Il-valutazzjoni
supplimentari tista’ ssir darba biss. Jekk jgħaddu, l-ogħla grad li
jistgħu jingħataw huwa l-grad D.
(2) Jekk l-istudenti jeħlu mill-valutazzjoni supplimentari ta’
taqsima studju, huma jistgħu jitħallew jirrepetuha darba biss. Jekk
jgħaddu, l-ogħla grad li jistgħu jingħataw huwa l-grad D.
Attendenza.
Miżjud:
A.L. 284 ta’ l-
2001.
15. L-attendenza għall-komponent mgħallem tal-kors hija
obbligatorja. L-istudenti li, wara twissija bil-miktub, jibqgħu jfallu
waqt il-konferenzi u/jew is-sessjonijiet tutorjali jew inkella ma
jaqdux id-dmirijiet akkademiċi tagħhom mingħajr ġustifikazzjoni
adegwata, jistgħu jitwaqqfu mill-Bord milli joqogħdu għal xi
valutazzjoni jew għall-valutazzjonijiet kollha tat-taqsima studju.
Id-dissertazzjoni.
Miżjud:
A.L. 284 ta’ l-
2001.
16. (1) L-istudenti ikunu meħtieġa jippreżentaw dissertazzjoni
individwali ta’ madwar 20,000 kelma skond il-linji ta’ gwida dwar
il-format ippublikati mill-Bord. Id-dissertazzjoni għandha
tissodisfa wkoll lill-Bord f’dak li huwa kontenut u preżentazzjoni.
(2) L-istudenti għandhom jissottomettu għall-approvazzjoni
tal-Bord ta’ l-Istudji t-titolu propost tad-dissertazzjoni tagħhom u
abbozz tal-proġett ta’ riċerka li sejjer isir għall-għan tad-
dissertazzjoni sa mhux aktar tard mit-tmiem ta’ l-ewwel semestru
ta’ studju fuq bażi full-time, u mhux aktar tard mit-tmiem ta’ Ġunju
ta’ l-ewwel sena tal-kors, fil-każ ta’ studju fuq bażi part-time. Il-
Bord ta’ l-Istudji japprova t-titolu u l-proposta ta’ riċerka u
jipproponi lill-Bord is-superviżuri għal kull dissertazzjoni.
(3) L-istudenti għandhom jissottomettu d-dissertazzjoni għall-
eżami fi żmien erba’ xhur wara t-tmiem tal-komponent mgħallem
tal- kors imsemmi fir-regolament 11(a) u matul it-tul tal-kors kif
stipulat fir-regolament 10(1). F’ċirkostanzi speċjali, il-Bord jista’
jħalli lill-istudenti jippreżentaw id-dissertazzjoni tagħhom aktar
tard iżda fiż-żmien stipulat fir-regolament 10(2).
(4) Id-dissertazzjoni għandha tkun eżaminata minn Bord ta’ l-
Eżaminaturi maħtur mis-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
(5) Il-Bord ta’ Eżaminaturi jista’ jitlob lill-istudenti jiddefendu
6 L.S.327.154 ħ
KORS GĦALL-POST QUALIFICATION DIPLOMA IN 
HEALTH SCIENCE - PQ DIP.H.SC. - U GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF HEALTH SCIENCE - M.SC. (HEALTH)
d-dissertazzjoni tagħhom waqt eżami viva voce.
(6) Jekk id-dissertazzjoni ma tilħaqx il-livell meħtieġ, l-
istudenti jistgħu jkunu meħtieġa jemendawha u jissottomettuha
mill-ġdid f’perijodu stabbilit mill-Bord iżda fiż-żmien stupulat fir-
regolament 10(2).
Ir-riżultat finali.
Miżjud:
A.L. 284 ta’ l-
2001.
17. Ir-riżultat finali ta’ kull student għandu jqis il-gradi kollha
miksuba fil-valutazzjonijiet tal-komponenti mgħallma u ta’ riċerka
tal-kors, li għandhom jingħataw il-piż skond in-numru ta’ kredti
assenjati għal kull wieħed.
Il-klassifikazzjoni.
Miżjud:
A.L. 284 ta’ l-
2001.
18. L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku fil-
kategoriji li ġejjin:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
L-EWWEL SKEDA
Id-Diploma u l-Grad jistgħu jingħataw f’waħda mix-Xjenzi
tas-Saħħa li ġejjin:
(a) Terapija tal-Komunikazzjoni
(b) Teknoloġija Dentali
(ċ) Saħħa Ambjentali
(d) Tmexxija tas-Servizz tas-Saħħa
(e) Xjenza tal-Laboratorju Mediku
(f) Xjenza tal-Qwiebel
(g) Nursing
(h) Terapija Professjonali (Occupational Therapy)
(i) Fiżjoterapija
(j) Radjografija
(k) Edukazzjoni għan-Nursing/Midwifery
(l) Nutrizzjoni u Djetetika
IT-TIENI SKEDA
Rekwiżiti Speċjali għall-Kors
1. Minbarra r-rekwiżiti għad-dħul, il-kandidati għad-Diploma
u għall-Grad li jagħżlu l-Edukazzjoni għan-Nursing/Midwifery
għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
(a) il-kandidati għandhom ikunu kisbu l-ewwel grad fi
Xjenza tas-Saħħa relatata u għandhom ikollhom
KORS GĦALL-POST QUALIFICATION DIPLOMA IN 
HEALTH SCIENCE - PQ DIP.H.SC. - U GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF HEALTH SCIENCE - M.SC. (HEALTH) ġ L.S.327.154 7
minimu ta’ sena esperjenza fl-Edukazzjoni għan-
Nursing/Midwifery, jew
(b) bħala studenti maturi, il-kandidati għandhom ikollhom
minimu ta’ ħames snin esperjenza fi Xjenza tas-Saħħa
relatata, minimu ta’ tliet snin esperjenza fl-
Edukazzjoni għan-Nursing/Midwifery, u jissodisfaw
kull regolament ieħor li għandu x’jaqsam mar-
reġistrazzjoni ta’ studenti maturi.
2. Minbarra r-rekwiżiti għad-dħul, il-kandidati għad-Diplama
u għall-Grad li jagħżlu t-Tmexxija tas-Servizz tas-Saħħa għandhom
jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
(a) il-kandidati għandhom ikunu kisbu l-ewwel grad
f’suġġett relatat u għandhom ikollhom minimu ta’ sena
esperjenza fit-tmexxija; jew
(b) bħala studenti maturi, il-kandidati għandhom ikollhom
minimu ta’ ħames snin esperjenza fil-Management,
jew minimu ta’ ħames snin esperjenza fi Xjenza tas-
Saħħa relatata b’minimu ta’ tliet snin esperjenza fit-
tmexxija, u jissodisfaw kull regolament ieħor li
għandu x’jaqsam mar-reġistrazzjoni ta’ studenti
maturi.
