KORS GĦALL-UNIVERSITY UNDERGRADUATE 
CERTIFICATE IN THE EDUCATION OF CHILDREN 
WITH LEARNING DIFFICULTIES - CERT. ECLD ġ L.S.327.155 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.155
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-UNIVERSITY 
UNDERGRADUATE CERTIFICATE IN THE 
EDUCATION OF CHILDREN WITH LEARNING 
DIFFICULTIES - CERT. ECLD
6 ta’ Novembru, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 245 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors għall-University Undergraduate Certificate in the Education
of Children with Learning Difficulties - Cert. ECLD.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem
ma’ teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"iċ-Ċertifikat" ifisser l-University Undergraduate Certificate in
the Education of Children with Learning Difficulties - Cert. ECLD;
u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-University
Undergraduate Certificate in the Education of Children with
Learning Difficulties - Cert. ECLD.
Applikabilità .
bdew f’Ottubru 1997 jew wara.
Eliġibbilità  għaċ-
Ċertifikat.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti taċ-Ċertifikat l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari fil-kors skond
ir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji, jgħaddu mill-eżami finali,
itemmu b’suċċess il-pjazzamenti prattiċi, u jissodisfaw
ir-rekwiżiti l-oħra preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw kull rekwiżit ieħor preskritt fi statuti,
regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Reġistrazzjoni u 
rekwiżiti speċjali 
għall-kors.
4. (1) Biex jirreġistraw bħala studenti regolari fil-kors il-
kandidati jridu, barra li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali għad-dħul
speċifikati fir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università :
(a) ikollhom kwalifika fit-tagħlim magħrufa mill-Bord u
mill-anqas sena esperjenza fit-tagħlim; u
(b) jissodisfaw lill-Bord li huma għandhom il-kwalitajiet
neċessarji għall-eżerċizzju tad-dmirijiet relatati ma’ l-
istudji proposti; għal dan il-għan huma jistgħu jkunu
meħtieġa jattendu għal intervista.
(2) Il-Bord għandu jiddetermina n-numru ta’ kandidati li
jistgħu jitħallew jirreġistraw għall-kors skond ir-riżorsi
2 L.S.327.155 ħ
KORS GĦALL-UNIVERSITY UNDERGRADUATE 
CERTIFICATE IN THE EDUCATION OF CHILDREN 
WITH LEARNING DIFFICULTIES - CERT. ECLD
disponibbli. Il-Bord għandu jxandar in-numru ta’ postijiet
disponibbli meta toħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
It-tul tal-kors. 5. (1) Il-kors għandu jestendi fuq perijodu ta’ sena studju fuq
bażi part-time.
(2) Il-Bord jista’ jħalli studenti li, għal raġuni tajba u
suffiċjenti, ma jistgħux itemmu il-kors f’sena li jestendu l-perijodu
ta’ studju b’sena oħra.
L-istruttura tal-
kors.
6. (1) Il-kors jikkonsisti fi ħmistax-il taqsima studju li għal
kull waħda jkun assenjat kredtu.
(2) Tnejn mill-ħmistax-il taqsima studju għandhom jikkonsistu
fi pjazzamenti prattiċi taħt superviżjoni.
(3) L-istudenti għandhom itemmu b’suċċess mill-anqas tnax
mit-tlettax-il taqsima studju mgħallma.
(4) Il-kors jikkonsisti f’dawn l-oqsma ta’ studju ewlenin:
(a) understanding the nature and context of learning
difficulties; 
(b) ensuring access to the curriculum;
(ċ) developing strategies for individualising provisions;
(d) promoting support networks; u
(e) relevant practical work.
Valutazzjoni u l-
eżami finali
7. (1) L-istudenti li jeħlu f’aktar minn waħda mit-taqsimiet
studju mgħallma u/jew fil-pjazzamenti prattiċi jistgħu jkollhom
valutazzjoni mill-ġdid darba biss fi żmien tnax-il xahar minn tmiem
il-kors. Fil-valutazzjoni mill-ġdid, l-ogħla grad li jista’ jingħata
huwa l-grad D.
(2) L-istudenti huma meħtieġa joqogħdu għall-eżami finali fl-
aħħar tal-kors jekk ikunu temmew b’suċċess mill-anqas tnax mit-
tlettax-il taqsima studju mgħallma u ż-żewġ pjazzamenti prattiċi.
(3) L-eżami finali jikkonsisti f’karta ta’ tliet sigħat bil-miktub
dwar il-kompetenza li jsir fi tmiem il-kors.
(4) L-istudenti li ma jgħaddux mill-eżami finali jistgħu
jitħallew mill-Bord joqogħdu għar-riparatorju tal-karta darba biss fi
żmien tnax-il xahar minn tmiem il-kors. Jekk jgħaddu mir-
riparatorju, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
(5) It-taqsimiet studju mgħallma u l-eżami finali għandhom
ikunu assenjati l-gradi li ġejjin f’ordni li jibda mill-ogħla mertu:
A+, A, B+, B, Ċ+, Ċ, D+, D u F, fejn F tfisser li Weħel.
(6) Il-pjazzamenti prattiċi għandhom ikunu valutati fuq bażi
ta’ Għadda/Weħel.
(7) L-istudenti li, wara valutazzjoni mill-ġdid, ma jiksbux
tnax-il kredtu għat-taqsimiet studju mgħallma, u/jew jeħlu f’wieħed
miż-żewġ pjazzamenti prattiċi jew jeħlu fl-eżami finali ma
jikkwalifikawx għall-għoti taċ-Ċertifikat.
Ir-riżultati u l-għoti 
taċ-Ċertifikat.
8. (1) Ir-riżultat finali għandu jqis il-livell milħuq mill-
istudenti skond il-piż kif ġej:
KORS GĦALL-UNIVERSITY UNDERGRADUATE 
CERTIFICATE IN THE EDUCATION OF CHILDREN 
WITH LEARNING DIFFICULTIES - CERT. ECLD ġ L.S.327.155 3
xogħol matul il-kors 70%
l-eżami finali 30%.
(2) L-istudenti li l-livell tagħhom fil-partijiet tat-teorija u tal-
prattika tal-kors ikun regolarment tajjeb ħafna jistgħu jingħataw
klassifikazzjoni ta’ Għadda b’Distinzjoni.
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti kollha li jikkwalifikaw għall-għoti
taċ-Ċertifikat għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
Rekwiżiti biex 
wieħed ikompli 
għat-Tieni Parti.
9. Iċ-Ċertifikat għandu jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti biex
wieħed ikompli għat-Tieni Parti tal-kors għad-Diploma in
Education (Children with Special Needs), sakemm dawk li jiksbu ċ-
Ċertifikat jidħlu fit-Tieni Parti tal-kors għad-Diploma mhux aktar
tard minn erba’ snin mill-għoti taċ-Ċertifikat.
