KORS GĦAD-DIPLOMA IN THE TEACHING OF ENGLISH 
AS A FOREIGN LANGUAGE - DIP. TEFL ġ L.S.327.157 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.157
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
THE TEACHING OF ENGLISH AS A FOREIGN 
LANGUAGE - DIP. TEFL
11 ta’ Diċembru, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 260 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors għad-Diploma in the Teaching of English as a Foreign
Language - Dip. TEFL.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Bord ta’ l-Istudji" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għall-
kors;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in the Teaching of English as a
Foreign Language - Dip. TEFL; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma in the Teaching
of English as a Foreign Language - Dip. TEFL.
Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 1998 jew wara.
Eliġibilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikun eliġibbli għall-għoti tad-Diploma, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu reġistrati bħala studenti regolari ta’ l-Università ;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji, jgħaddu mill-eżami finali u
jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’dawn
ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti fi
statuti, regolamenti u ordinamenti oħra ta’ l-
Università .
Ir-rekwiżiti 
speċjali għall-kors.
4. (1) L-applikanti jistgħu jkunu rreġistrati għall-kors skond
id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, jekk ikollhom:
(a) ir-rekwiżiti ġenerali għad-dħul, kif speċifikati fir-
Regolamenti għad-Dħul;
(b) is-Certificate in the Teaching of English as a Foreign
Language ta’ l-Università  ta’ Malta, jew kwalifika
ekwivalenti; u
(ċ) sentejn esperjenza ta’ tagħlim ta’ l-Ilsien Ingliż.
(2) L-applikanti jistgħu jintalbu jattendu għal intervista bil-
għan li tkun valutata d-disposizzjoni tagħhom biex isegwu l-kors.
It-tul u l-programm 
tal-kors.
5. (1) Il-kors hu mifrux fuq perijodu ta’ sena studju fuq bażi
full-time jew sentejn studju fuq bażi part-time. L-istudenti li
jsegwu l-kors fuq bażi full-time għandhom itemmu l-kors f’mhux
2 L.S.327.157 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN THE TEACHING OF ENGLISH 
AS A FOREIGN LANGUAGE - DIP. TEFL
anqas minn sena u f’mhux aktar minn sentejn mill-bidu tar-
reġistrazzjoni. L-istudenti li jsegwu l-kors fuq bażi part-time
għandhom itemmu l-kors f’mhux anqas minn sentejn u f’mhux
aktar minn tliet snin mill-bidu tar-reġistrazzjoni. F’ċirkostanzi
speċjali s-Senat, fuq il-parir tal-Bord, jista’ jħalli student li jagħmel
sena oħra ta’ studji biex itemm il-kors.
(2) Il-programm tal-kors għandu jikkonsisti fi:
(a) taqsimiet studju li għalihom total ta’ 25 kredtu huma
assenjati fl-oqsma ta’ studju li ġejjin:
(i) Directions in the Teaching of English as a
Foreign Language
(ii) Course Design and Development in the Teaching
of English as a Foreign Language
(iii) the Management of TEFL courses and
programmes;
(b) Pjazzament fuq il-post tax-xogħol; u
(ċ) Essay Twil/Proġett.
Il-valutazzjoni. 6. (1) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-grad li
ġejjin, li jibdew mill-ogħla mertu: A+, A, B+, B, C+, C, D+, D. F
tindika li weħel u I tindika li mhux komplet.
(2) Matul il-kors l-istudenti għandhom ikunu valutati fit-
taqsimiet studju skond il-kriterji stabbiliti mill-Bord ta’ l-Istudji.
(3) Student ikun ikkunsidrat li ssodisfa l-kriterji ta’
valutazzjoni kollha tal-kors jekk hu:
(a) jikseb minimu ta’ 22 kredtu;
(b) jgħaddi fl-Eżami finali;
(ċ) jikseb grad li Għadda fil-Pjazzamemt fuq il-post tax-
xogħol; u
(d) jgħaddi mill-Essay Twil/Proġett.
(4) Student li jeħel fil-valutazzjoni ta’ taqsima studju għandu
jiġi valutat mill-ġdid darba biss. Jekk jgħaddi fil-valutazzjoni mill-
ġdid, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
(5) Jekk sa l-aħħar tal-kors student ma jiksibx it-22 kredtu
meħtieġa skond is-subregolament (3), dak l-istudent għandu jkun
valutat mill-ġdid minn numru biżżejjed ta’ taqsima studju biex
b’hekk ikun jista’ jikseb in-numru ta’ kredti meħtieġa. Iżda, jekk sa
tmiem il-kors student ma jiksibx minimu ta’ 19 il-kredtu ma tistax
issir valutazzjoni mill-ġdid u d-Diploma ma tingħatax.
Pjazzament fuq il-
Post tax-Xogħol.
7. (1) Il-valutazzjoni tal-Pjazzament fuq il-Post tax-Xogħol
għandha tkun fuq bażi Għadda/Weħel.
(2) Student li jeħel fil-Pjazzament fuq il-Post tax-Xogħol jista’
jkun meħtieġ jirrepetih.
L-Essay Twil / Il-
Proġett.
8. (1) L-istudenti għandhom jagħtu Essay Twil ta’ mhux
inqas minn tliet elef kelma, jew Proġett li jitqies ta’ l-istess livell
akkademiku sa mhux iktar tard mill-aħħar jum ta’ l-eżamijiet finali.
(2) Is-suġġett ta’ l-Essay Twil/Proġett għandu jkun sottomess
KORS GĦAD-DIPLOMA IN THE TEACHING OF ENGLISH 
AS A FOREIGN LANGUAGE - DIP. TEFL ġ L.S.327.157 3
għall-approvazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji, sa mhux aktar tard minn
xahrejn qabel l-eżamijiet finali.
(3) L-istudenti li ma jissodisfawx lill-eżaminaturi fl-Essay
Twil/Proġett għandhom jitħallew jerġgħu jippreżentawh darba oħra
fi żmien sitt xhur.
L-eżamijiet finali.
sinottiċi bil-miktub.
(2) L-istudenti li jeħlu f’waħda jew fiż-żewġ karti ta’ l-eżami
għandhom jitħallew jagħmlu riparatorju fil-karta jew fil-karti li
fihom jeħlu darba oħra fi żmien mhux aktar minn sitt xhur mid-data
tal-publikazzjoni tar-riżultati. Il-grad massimu li jista’ jingħata
wara din is-sessjoni riparatorja huwa l-grad D.
Ir-riżultat finali.
tiegħu fit-taqsimiet studju, fil-Prattika tat-Tagħlim, fl-Essay Twil/
Proġett u fl-eżamijiet finali.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti taċ-
Ċertifikat għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
