KORS GĦALL-POSTGRADUATE DIPLOMA IN THE 
EDUCATION OF THE HEARING-IMPAIRED ġ L.S.327.158 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.158
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-
POSTGRADUATE DIPLOMA IN THE EDUCATION 
OF THE HEARING-IMPAIRED
11 ta’ Diċembru, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 261 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Postgraduate Diploma in the Education of the Hearing-
Impaired.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Bord ta’ l-Istudji" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għall-
kors;
"id-Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in the Education
of the Hearing-Impaired; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Postgraduate Diploma in
the Education of the Hearing-Impaired.
Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 1998 jew wara.
Eliġibbilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tad-Diploma, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) itemmu b’suċċess il-kors ta’ l-istudji u jgħaddu fl-
eżamijiet finali kif preskritt f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissoddisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti
f’dawn ir-regolamenti u f’xi statuti, regolamenti u
ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-Università .
Ir-rekwiżiti għad-
dħul.
4. (1) L-applikanti jistgħu jiġu rreġistrati għall-kors jekk
ikollhom jew grad fl-Edukazzjoni jew il-Postgraduate Certificate
in Education jew xi kwalifika oħra kkonsidrata bħala ekwivalenti
mis-Senat.
(2) L-applikanti għandhom jissodisfaw lill-Bord ta’ l-Istudji li
għandhom ix-xejriet meħtieġa għat-tagħlim ta’ persuni neqsin mis-
smigħ. Jistgħu jkunu meħtieġa wkoll joqogħdu għal intervista għal
dan il-għan.
(3) Qabel ir-reġistrazzjoni għall-kors, l-applikanti għandhom
jew ikunu jaħdmu fis-Sezzjoni ta’ l-Edukazzjoni Speċjali tad-
Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni biex ikunu jistgħu jqattgħu żmien
raġjonevoli f’ambjent edukattiv ma’ tfal neqsin mis-smigħ jew
jipprovdu evidenza minn kap ta’ skola li huma jkunu jistgħu
jagħmlu l-Prattika tat-Tagħlim kif speċifikat fir-regolament 7
2 L.S.327.158 ħ
KORS GĦALL-POSTGRADUATE DIPLOMA IN THE 
EDUCATION OF THE HEARING-IMPAIRED
jgħallmu studenti neqsin mis-smigħ.
It-tuI tal-kors. 5. (1) Il-kors għandu jinfirex fuq sentejn studju fuq bażi part-
time.
(2) L-istudenti ma jistgħux jagħmlu l-eżami finali aktar kmieni
minn sentejn jew aktar tard minn tliet snin mill-bidu tal-kors, ħlief
f’ċirkostanzi speċjali, bl-approvazzjoni tas-Senat.
Il-kors ta’ l-istudji. 6. (1) Il-kors ta’ l-istudji għandu jikkonsisti f’sitt moduli li
għalihom huma assenjati mhux anqas minn tletin kredtu (inklużi
dawk assenjati għall-Prattika tat-Tagħlim u għall-Proġett ta’
Riċerka).
(2) Is-sitt moduli għandhom ikunu kif ġej:
(a) Audiology;
(b) Communication and Hearing-lmpaired Children and
Young People;
(ċ) Hearing-Impaired Children and Young People:
Behaviour and Management;
(d) il-Kurrikulu;
(e) il-Prattika tat-Tagħlim;
(f) Proġett ta’ Riċerka.
(3) Katalogu ta’ taqsimiet studju, li juri l-kredti assenjati għal
kull waħda u liema taqsimiet studju huma obbligatorji, għandu jkun
ippublikat mill-Bord ta’ l-Istudji qabel il-bidu tal-kors.
(4) Il-Bord jista’ jeżenta lill-istudenti minn għadd ta’ taqsimiet
studju li għalihom total ta’ mhux aktar minn 14-il kredtu huwa
assenjat, sakemm huwa sodisfatt li l-istudenti temmew b’suċċess
korsijiet ta’ studji meqjusa ekwivalenti fil-kontenut u fil-livell għal
dawk li minnhom qed tintalab eżenzjoni. Il-Bord jista’ xorta waħda
jitlob lill-studenti bħal dawn isegwu taqsimiet studju partikolari
f’kull modulu.
Il-Prattika tat-
Tagħlim.
7. (1) L-istudenti kollha huma meħtieġa jagħmlu Prattika tat-
Tagħlim ma’ tfal neqsin mis-smigħ kif diretti mill-Bord ta’ l-
Istudji.
(2) Kull Prattika tat-Tagħlim għandha tkun valutata kif indikat
fir-regolament 9(1) u (2).
(3) Fi tmiem il-kors l-istudenti għandhom ikunu meħtieġa
joqogħdu għall-eżami fil-Prattika tat-Tagħlim imsemmi fir-
regolament 10(1).
(4) L-istudenti li jeħlu fl-eżami fil-Prattika tat-Tagħlim
għandhom ikunu valutati mill-ġdid wara li jtemmu Prattika tat-
Tagħlim oħra fi żmien perijodu ta’ tnax-il xhar mill-aħħar jum ta’ l-
eżami finali, kif dirett mill-Bord ta’ l-Istudji.
Proġett ta’ Riċerka. 8. (1) L-istudenti kollha huma meħtieġa jippreżentaw Proġett
ta’ Riċerka ta’ tul kif indikat mill-Bord ta’ l-Istudji u li għandu
jkun sottomess sa l-aħħar ta’ Awissu ta’ l-aħħar sena tal-kors.
(2) Is-suġġett u deskrizzjoni qasira tal-Proġett ta’ Riċerka
għandhom ikunu sottomessi għall-approvazzjoni tal-Bord ta’ l-
KORS GĦALL-POSTGRADUATE DIPLOMA IN THE 
EDUCATION OF THE HEARING-IMPAIRED ġ L.S.327.158 3
Istudji sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Ġunju ta’ l-ewwel sena tal-
kors.
 (3) L-istudenti li jeħlu fil-Proġett ta’ Riċerka għandhom
jitħallew jissottomettuh mill-ġdid darba fi żmien sitt xhur.
(4) Il-Proġett ta’ Riċerka għandu jkun valutat kif indikat fir-
regolament 9(1) u (2).
Il-valutażzjoni.
ġejjin f’ordni li jibda mill-ogħla mertu: A+, A, B+, B, Ċ+, Ċ, D+ u
D. F tindika li Weħel u I tindika li mhux komplut.
(2) L-istudenti li jeħlu f’valutazzjoni ta’ taqsima studju
għandu jkollhom valutazzjoni mill-ġdid waħda biss. Jekk jgħaddu,
l-ogħla grad li jistgħu jingħataw huwa l-grad D.
(3) L-istudenti jkunu meqjusa li ssodisfaw il-kriterji ta’
valutazzjoni tal-kors jekk huma:
(a) jiksbu minimu ta’ tmienja u għoxrin kredtu (li
għandhom jinkludu l-kredti assenjati għat-taqsimiet
studju obbligatorji, għall-Prattika tat-Tagħlim u għall-
Proġett ta’ Riċerka); u
(b) jgħaddu mill-eżami finali.
L-eżami finali.
jikkonsisti fi tliet karti sinottiċi u f’eżami fil-Prattika tat-Tagħlim.
(2) L-eżami finali għandu jkun valutat skond l-iskema ta’ l-
iggradar indikata fir-regolament 9(1).
(3) L-istudenti li jeħlu f’xi waħda mill-karti sinottiċi ta’ l-
eżami finali għandu jkollhom sessjoni riparatorja fil-karta jew karti
li weħlu fihom darba biss. F’każ bħal dan, l-ogħla grad li jista’
jingħata huwa l-grad D.
Ir-riżultat finali.
istudenti f’kull element tal-kors.
(2) L-elementi tal-Kors għandhom jingħataw il-piż kif ġej:
it-30 kredtu assenjati għall-kors (li 
jinkludu l-Proġett ta’ Riċerka) 50%
l-eżami finali 25%
l-eżami fil-Prattika tat-Tagħlim 25%.
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tad-
Diploma għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
