KORS GĦALL-INSTITUTE OF HEALTH CARE 
CERTIFICATE IN NURSING PRACTICE ġ L.S.327.159 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.159
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-
INSTITUTE OF HEALTH CARE CERTIFICATE
IN NURSING PRACTICE
15 ta’ Diċembru, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 265 ta’ l-1998.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Institute of Health Care Certificate in Nursing Practice.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa;
"iċ-Ċertifikat" ifisser l-Institute of Health Care Certificate in
Nursing Practice;
"l-Istitut" ifisser l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa ta’ l-Università
ta’ Malta; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-lnstitute of Health Care
Certificate in Nursing Practice.
Applikabilità .
bdew f’Ottubru 1992 jew wara.
Eliġibbilità  għaċ-
Ċertifikat.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti taċ-Ċertifikat l-istudenti
għandhom ikunu:
(a) reġistrati bħala studenti fl-Istitut għal perijodu minimu
ta’ wieħed u għoxrin xahar;
(b) temmew kors ta’ studji xieraq skond dawn ir-
regolamenti;
(ċ) għaddew fl-eżamijiet rilevanti; u
(d) issodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’dawn
ir-regolamenti u f’xi statuti, regolamenti u ordinamenti
oħra rilevanti ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni.
jekk huma:
(a) ma jkunux iżgħar minn 17-il sena fi żmien tliet xhur
kalendarji mid-data ta’ meta jibda l-kors;
(b) jissodisfaw ir-rekwiżiti għad-dħul speċifikati fir-
regolament 5;
(ċ) jissodisfaw lill-Bord li huma għandhom id-
disposizzjoni meħtieġa għan-nursing (il-kandidati
jistgħu jkunu meħtieġa jattendu għal intervista għal
dan il-għan); u
(d) jissodisfaw lid-Dipartiment tas-Saħħa li huma
f’sikkithom fiżikament biex jaqdu d-dmirijiet ta’
infermiera.
2 L.S.327.159 ħ
KORS GĦALL-INSTITUTE OF HEALTH CARE 
CERTIFICATE IN NURSING PRACTICE
Rekwiżiti għad-
dħul.
5. (1) Biex ikunu jistgħu jidħlu fil-kors il-kandidati għandu
jkollhom waħda mill-kwalifikazzjonijiet li ġejjin:
(a) għaddew fl-eżami għaċ-Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni
Sekondarja (jew ekwivalenti) f’erba’ suġġetti, li
jinkludu l-Ilsien Ingliż; jew
(b) kisbu ċertifikat mill-Pre-Vocational School (Health
Care) f’erba’ suġġetti, li jinkludu l-Isien Ingliż; jew
(ċ) temmew mill-anqas l-ewwel sena tal-kors għal Health
Assistants (Nursing) bi kredtu u huma rrakkomandati
mill-Kap ta’ l-Istudji ta’ l-Infermiera li huma kapaċi
jsegwu l-kors bi profitt; jew
(d) temmew b’suċċess il-kors għal Health Assistants qabel
l-1989 u jistgħu juru lill-Bord li huma għandhom il-
kapaċità  li jsegwu l-kors bi profitt; jew
(e) għandhom 23 sena jew aktar, u jistgħu juru lill-Bord li
huma għandhom il-kapaċità  li jsegwu l-kors bi profitt;
jew
(f) kienu reġistrati fil-kors għad-Diploma in Nursing jew
għad-Diploma in Mifwifery ta’ l-Università .
(2) Minn barra r-rekwiżiti mniżżla fis-subregolament (1), l-
istudenti barranin għandhom juru l-profiċjenza tagħhom fl-Ingliż
kemm miktub kif ukoll mitkellem.
Tul tal-kors. 6. (1) Il-kors għandu jinfirex fuq tliet snin akkademiċi u
huwa maqsum f’żewġ partijiet:
Il-Parti A - 2 semestri
Il-Parti B - 4 semestri.
(2) Ħlief kif provdut fis-subregolamenti (3) u (4), l-istudenti
għandhom itemmu b’suċċess il-Parti A tal-kors qabel ma jkomplu
għall-Parti B.
(3) L-istudenti li jidħlu taħt ir-regolament 5(ċ) għandhom,
f’ċirkostanzi speċjali u bl-approvazzjoni tal-Bord, ikunu eżentati
mill-Parti A tal-kors.
(4) L-istudenti li jidħlu taħt ir-regolament 5(f) għandhom
normalment ikunu eżentati, fuq bażi ta’ modulu għal modulu, minn
dawk il-moduli li huma temmew b’suċċess fil-kors għad-Diploma
in Nursing jew għad-Diploma in Midwifery, u mill-eżami
komprensiv tal-Parti A, taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Bord, fuq
ir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji ta’ l-Infermiera, jista’
jiddetermina f’kull każ. L-ebda student ma jista’ jiġi eżentat mill-
eżami finali komprensiv.
(5) L-istudenti jistgħu jagħmlu l-eżami finali komprensiv
mhux aktar kmieni minn sentejn u disa’ xhur u mhux aktar tard
minn erba’ snin, ħlief bil-permess tal-Bord, sakemm li għal studenti
li jidħlu taħt ir-regolament 5(f), il-Bord jista’ jistabbilixxi limiti
differenti li jaqblu mal-perijodu msemmi hawn fuq u jiddependi
miż-żmien li għaddew fil-kors għad-Diploma.
Kors ta’ l-istudji - 
Parti A.
7. (1) Il-Parti A tal-kors tikkonsisti f’moduli relatati ma’
aspetti speċifiċi tan-nursing. Kull modulu għandu komponent
KORS GĦALL-INSTITUTE OF HEALTH CARE 
CERTIFICATE IN NURSING PRACTICE ġ L.S.327.159 3
teoriku u kliniku li huma interdipendenti.
(2) Il-Bord għandu jistipula l-ordni li fih għandhom jittieħdu l-
moduli.
(3) L-istudenti għandhom ikunu valutati f’kull modulu kemm
fit-teorija kif ukoll fil-prattika tan-nursing.
(4) L-studenti li jeħlu fil-komponent teoriku ta’ modulu
għandhom jitħallew jersqu għall-valutazzjoni mill-ġdid ta’ dak il-
komponent darba oħra.
(5) Il-prattika klinika għandha tkun valutata minn infermiera
għalliema jew infermiera kliniċi mill-oqsma ta’ prattika rilevanti.
Tmiem tal-Parti A 
tal-kors.
8. (1) Biex itemmu b’suċċess il-Parti A tal-kors u jkomplu
għall-Parti B l-istudenti għandhom jiksbu dan li ġej:
(a) jgħaddu fil-valutazzjonijiet tal-moduli teoriċi kollha;
(b) jgħaddu fil-valutazzjonijiet tal-moduli kliniċi kollha; u
(ċ) jgħaddu fl-eżami finali komprensiv tal-Parti A.
(2) L-istudenti li jeħlu fl-eżami komprensiv tal-Parti A
għandhom jitħallew jagħmlu riparatorju darba oħra biss,
normalment qabel il-bidu tal-Parti B tal-kors.
Kors ta’ l-istudji - 
Parti B.
9. (1) Il-Parti B tal-kors tikkonsisti f’moduli relatati ma’
aspetti speċifiċi tan-nursing. Kull modulu għandu komponenti
teoriċi u kliniċi li huma interdipendenti.
(2) Il-Bord għandu jistipula l-ordni li fih għandhom jittieħdu l-
moduli.
(3) Il-prattika klinika għandha tkun valutata minn infermiera
għalliema jew infermiera kliniċi mill-oqsma ta’ prattika rilevanti.
Komponent 
teoriku.
10. (1) Fit-tmiem ta’ modulu, l-istudenti għandhom ikunu
valutati u għandhom jingħataw il-gradi li ġejjin li jibdew mill-
ogħla grad u jindikaw il-livell milħuq minnhom: A+, A, B+, B, Ċ+,
Ċ, D+, D. F jindika li weħel.
(2) Jekk jeħlu minn modulu l-istudenti għandhom jitħallew
jerġgħu joqogħdu għall-valutazzjoni tiegħu darba biss. Jekk
jgħaddu fir-riparatorju, l-istudenti għandhom jingħataw il-grad
minimu D.
(3) L-istudenti li jeħlu fir-riparatorju f’aktar minn żewġ
moduli m’għandhomx jitħallew ikomplu l-kors.
(4) L-istudenti li jeħlu fir-riparatorju f’mhux aktar minn żewġ
moduli jistgħu jitħallew mill-Bord jirrepetu l-modulu jew moduli li
weħlu fihom darba oħra biss, fi tmiem il-kors. Fit-tmiem ta’ kull
modulu l-istudenti għandhom jingħataw jew il-grad minimu D jew
F - Weħel, skond il-livell milħuq minnhom fil-valutazzjonijiet tal-
moduli teoriċi.
(5) L-istudenti li jeħlu f’modulu ripetut ma għandhomx
jitħallew ikomplu l-kors, ħlief f’ċirkostanzi speċjali u bil-permess
tal-Bord li jingħata fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji
ta’ l-Infermiera.
(6) In-nuqqas ta’ attendenza għall-valutazzjonijiet, jekk mhux
4 L.S.327.159 ħ
KORS GĦALL-INSTITUTE OF HEALTH CARE 
CERTIFICATE IN NURSING PRACTICE
għal raġuni kkunsidrata ġustifikata mill-Bord, għandu jiġi
kkunsidrat qisu wieħed Weħel.
Komponent 
kliniku.
11. (1) L-istudenti għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu
pjazzamenti kliniċi fl-oqsma u fl-ordni speċifikati mill-Bord.
(2) It-tmiem b’suċċess ta’ modulu għandu jkun determinat
minn proċess ta’ valutazzjoni kontinwa. Il-komponenti kliniċi
għandhom ikunu valutati fuq bażi ta’ Għadda/Weħel.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (4), l-
istudenti li jeħlu f’modulu jistgħu jirrepetuh f’okkażjoni oħra biss,
fi tmiem il-kors.
(4) L-istudenti li jeħlu f’aktar minn żewġ moduli fil-Parti B
ma għandhomx jitħallew ikomplu l-kors jew jersqu għall-eżami
finali komprensiv, ħlief f’ċirkostanzi speċjali u bil-permess tal-
Bord li jingħata fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji ta’ l-
Infermiera.
Tmiem tal-kors. 12. Biex itemmu l-kors l-istudenti għandhom ikunu:
(a) temmew b’suċċess il-Parti A tal-kors skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 8, ħlief jekk eżentati
skond ir-regolament 6(3) u (4); u
(b) kisbu għall-anqas grad li għaddew f’kull modulu tal-
Parti B kemm fit-teorija kif ukoll fil-prattika, ħlief
jekk eżentati skond ir-regolament 6(4):
Sakemm li l-Bord jista’ jeżenta studenti minn moduli
speċifikati jekk huma kisbu kwalifika, li l-istudju
għaliha huwa ekwivalenti fil-kontenut u fil-livell għal
dawk meħtieġa għall-moduli kkonċernati.
Eżami finali 
komprensiv.
13. (1) L-istudenti għandhom ikunu meħtieġa jersqu għall-
eżami finali komprensiv wara li jissodisfaw ir-rekwiżiti mniżżla
fir-regolament 12.
(2) L-eżami finali komprensiv jikkonsisti fiż-żewġ karti li
ġejjin meħuda fl-istess sessjoni:
l-Ewwel Karta It-Teorija u l-Prattika tan-Nursing
it-Tieni Karta Nursing Issues and Nursing Ethics.
(3) L-eżami finali komprensiv għandu normalment isir ftit
wara t-tmiem ta’ l-aħħar modulu tal-kors.
(4) Il-valutazzjoni globali ta’ l-istudenti għaċ-Ċertifikat
għandha tkun ibbażata fuq il-livell tagħhom fl-eżami finali
komprensiv iżda, f’każ fejn ikunu qrib lejn xi waħda mill-
kategoriji, il-livell tagħhom matul il-Parti B tal-kors għandu jitqies
ukoll.
(5) L-istudenti li jeħlu jew f’karta waħda jew fiż-żewġ karti
għandhom ikunu meħtieġa jerġgħu jagħmlu l-karta jew karti fi
żmien speċifikat mill-Bord, normalment fi żmien ta’ bejn erba’ u
sitt xhur minn tmiem-il kors. L-istudenti għandhom ikunu meħtieġa
jersqu għall-eżami viva voce dwar is-suġġett tal-karta jew karti li
weħlu fihom.
(6) L-istudenti ma jitħallewx jerġgħu jersqu drabi oħra għall-
KORS GĦALL-INSTITUTE OF HEALTH CARE 
CERTIFICATE IN NURSING PRACTICE ġ L.S.327.159 5
eżami finali komprensiv.
(7) L-istudenti li jitħallew jagħmlu riparatorju ta’ parti jew ta’
l-eżami finali komprensiv kollu ma għandhomx ikunu eliġibbli
għall-grad ogħla minn D.
Riżultat.
Ċertifikat għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku fit-
tliet kategoriji li ġejjin:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda bi Kredtu
Għadda.
