DIPLOMA FL-ISTUDJI SOĊJALI APPLIKATI ġ L.S.327.16 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.16
REGOLAMENTI GĦAD-DIPLOMA
FL-ISTUDJI SOĊJALI APPLIKATI
2 ta’ Novembru, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 181 ta’ l-1990.
Titolu.
Diploma fl-Istudji Soċjali Applikati, u dawn ir-regolamenti
jgħoddu għall-korsijiet mibdija f’Ottubru 1987 jew wara.
Eliġibilità  għad-
Diploma fl-Istudji 
Soċjali Applikati.
1.1 Biex ikun jista’ jingħata d-Diploma fl-Istudji Soċjali
Applikati kandidat irid:
(i) ikun irreġistra u jkun temm b’suċċess kors ta’
studji fil-Ħidma Soċjali, jew xi qasam approvat
ieħor, kif hawn imniżżel f’dawn ir-regolamenti;
(ii) ikun għadda mill-eżamijiet finali għad-Diploma;
(iii) ikun issodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha mniżżlin
f’dawn ir-regolamenti u fl-Istatuti u r-
Regolamenti relevanti ta’ l-Università .
Ir-reġistrazzjoni u 
r-rekwiżiti speċjali 
tal-kors.
2.1 Kandidat jista’ jiġi rreġistrat għal kors ta’ studji li jwassal
għad-Diploma fl-Istudji Soċjali Applikati jekk huwa eliġibbli biex
jidħol l-Università  bħala student regolari skond ir-Regolamenti tad-
Dħul fl-Università .
2.2 Kandidat jista’ jiġi rreġistrat għal kors ta’ studji li jwassal
għad-Diploma fl-Istudji Soċjali Applikati fl-istess żmien ta’ kors
ta’ studji li jwassal għall-grad ta’ B.A. jekk jirreġistra għall-Istudji
Soċjali u għall-Psikoloġija bħala ż-żewġ oqsma ewlenin ta’ l-
istudju tiegħu.
2.3 Minkejja d-disposizzjonijiet tar-regolament 2.1, gradwati
ta’ università , studenti ’l fuq minn 23 sena jew oħrajn li l-kwalifiki
tagħhom huma meqjusin suffiċjenti mill-Bord tal-Fakultà , jistgħu
jiġu eżentati minn kull rekwiżit ieħor għad-dħul fil-kors.
It-tul tal-kors.
Soċjali Applikati normalment jinfirex fuq tliet snin ta’ studju part-
time.
3.2 Student ma jistax jagħmel l-eżami finali qabel tliet snin
minn meta jkun daħal fil-kors ta’ l-istudji.
3.3 Għal raġuni tajba u suffiċjenti, il-Bord tal-Fakultà  jista’
jħalli student jifrex l-istudji tiegħu fuq massimu ta’ ħames snin,
b’dawk il-kondizzjonijiet li l-Bord tal-Fakultà  jista’ jiddetermina
f’kull każ.
Il-kors ta’ l-istudji.
hu magħmul minn unitajiet ta’ studju li għalihom huma mogħtija
mhux inqas minn 30 kredtu.
Katalgu ta’ 
unitajiet ta’ studju.
5.1 Qabel ma tibda kull sena akkademika, wara li jkun
approvat mis-Senat, katalgu ta’ unitajiet ta’ studju u ta’ kredti
mogħtija lil kull unità  ta’ studju jkun ippublikat mill-Bord tal-
2 L.S.327.16 ħ DIPLOMA FL-ISTUDJI SOĊJALI APPLIKATI
Fakultà .
5.2 Il-katalgu jagħti d-dettalji ta’ l-unitajiet ta’ studju. Unità
ta’ studju tista’ tinkludi, jew tkun magħmula b’kollox minn, xogħol
prattiku magħmul taħt tmexxija fejn ikun xieraq. Student li jieħu
unità  bħal din jista’ jkun mistenni jippreżenta rapporti bil-miktub
dwar ix-xogħol prattiku li jkun għamel.
5.3 Il-katalgu jinkludi wkoll il-metodu tal-valutazzjoni għal
kull unità  ta’ studju, liema unitajiet ta’ studju għandhom jittieħdu
fl-istess żmien u liema unitajiet ta’ studju huma obbligatorji jew
rakkomandati.
Progress. 6.1 L-unitajiet ta’ studju huma mqassmin b’mod li kors ta’
studju jista’ jsir fi żmien tliet snin.
6.2 F’kull sena tal-kors student huwa mistenni li jirreġistra
għal għadd ta’ unitajiet ta’ studju li għalihom jingħata total ta’
mhux inqas minn 10 kredti u mhux aktar minn 12-il kredtu.
6.3 Il-kredti huma mogħtija skond dawn il-gradi f’ordni mill-
ogħla sa l-inqas mertu: A, B, Ċ, D, u F, fejn F turi li wieħed weħel.
6.3.1 Student li ma jirnexxilux jikseb kredtu għal unità  ta’
studju normalment jitħalla jagħmel riparatorju wieħed biss, u jekk
ikun meħtieġ, isegwi l-unità  ta’ studju mill-ġdid darba biss, u f’dan
il-każ ix-xogħol tiegħu jingħata l-grad jew ta’ D jew li weħel.
6.4 L-għażla ta’ l-unitajiet ta’ studju teħtieġ l-approvazzjoni
tal-Bord tal-Fakultà  fejn unità  ta’ studju tiġi wara unità  jew
unitajiet oħra.
6.5 L-unitajiet ta’ studju jiġu offerti f’livelli differenti.
Unitajiet fundamentali jingħataw fil-Livell 1, waqt li unitajiet aktar
avanzati jiġu offerti fil-Livell 2 jew 3.
6.6 Student li jikseb inqas minn 7 kredti f’kull waħda minn
sentejn tal-kors ma jitħalliex ikompli l-kors jew jagħmel l-eżamijiet
finali, ħlief f’ċirkostanzi speċjali u bl-approvazzjoni tas-Senat.
6.7 Student ma jistax jieħu unità  ta’ studji li għaliha
m’għandux il-prerekwiżiti jew mingħajr ma jieħu l-unitjaiet ta’
studju proposti fl-istess żmien, ħlief bil-permess tal-Bord tal-
Fakultà .
Id-dissertazzjoni. 7.1 Matul it-tieni parti tal-kors kull student hu mistenni jikteb
dissertazzjoni, li s-suġġett tagħha jrid ikun approvat mill-Bord tal-
Fakultà .
7.2 Ix-xeħta tad-dissertazzjoni hi essenzjalment stħarriġ ta’
problema partikolari f’qasam marbut ma’ l-ispeċjalizzazzjoni tal-
kandidat, magħmukl b’superviżjoni tutorjali.
7.3 Id-dissertazzjoni trid tkun sottomessa għall-eżami xahrejn
qabel tmiem l-eżami komprensiv finali.
L-eżamijiet finali. 8.1 L-eżamijiet finali jsiru darba kull sena, normalment
f’Mejju-Ġunju u jkunu magħmula minn żewġ karti. Jista’ jsir ukoll
eżami viva voce.
8.2 Meta jtemm kors ta’ studji student irid jagħmel l-eżamijiet
finali.
DIPLOMA FL-ISTUDJI SOĊJALI APPLIKATI ġ L.S.327.16 3
8.3 Għall-għanijiet tar-regolament 6.6, il-kredti jingħataw
provviżorjament lil student għal dawk l-unitajiet ta’ studju li
jintemmu sewsew qabel l-eżamijiet finali li jkun ser jagħmel, bil-
kondizzjoni li x-xogħol ta’ l-istudent matul l-unità  ta’ studju jkun
ikkonsidrat sodisfaċenti.
Ir-riżultati finali.
kandidat fl-eżamijiet finali, il-marki miksuba għad-dissertazzjoni,
kif ukoll il-kredti u l-gradi miksuba matul il-kors ta’ l-istudji
tiegħu.
9.2 Student ma jikkwalifikax għad-diploma jekk ma jgħaddix
mill-eżamijiet finali f’sessjoni waħda.
9.3 L-eżamijiet finali għandhom erbgħin fil-mija tal-parti
kollha għar-riżultat finali. Id-dissertazzjoni għandha għoxrin fil-
mija tal-marki kollha għar-riżultat finali. L-unitajiet ta’ studju
għandhom l-erbgħin fil-mija l-oħra. Jekk student jikseb aktar minn
30 kredtu, l-aħjar 30 kredtu li jissodisfaw ir-regolament 4.2 ikunu
kkonsidrati.
9.4 Fir-riżultati finali l-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifikaw
għad-Diploma fl-Istudji Soċjali Applikati jkun ippubblikat f’ordni
alfabetiku f’dawn il-kategoriji: Distinzjoni, Mertu, Kredtu,
Għadda.
Riparatorju.
jeħel fl-eżamijiet finali jista’ jitħalla mill-Bord tal-Fakultà  jerġa’
jagħmel l-eżamijiet finali kollha darba b’dawk il-kondizzjonijiet li
l-Bord jista’ jiddetermina f’kull każ. Jekk igħaddi, dan l-istudent
jitqiegħed fil-kategorija ta’ "Għadda" fir-riżultati finali.
