KORS GĦAD-
DIPLOMA IN PROBATION SERVICES ġ L.S.327.160 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.160
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAD-
DIPLOMA IN PROBATION SERVICES
12 ta’ Jannar, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 6 ta’ l-1999, kif emendat bl-Avviż Legali 153 ta’ l-
1999.
Titolu u tifsir.
Diploma in Probation Services.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord ta’ l-Istudji" jfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 5(1);
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Probation Services; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma in Probation
Services.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 153 ta’ l-
1999.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 1999 jew wara.
Eliġibbilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikun jista’jingħata d-Diploma student għandu:
(a) jkun reġistrat bħala student regolari ta’ l-Università ;
(b) jtemm l-istudji xierqa (ix-xogħol matul il-kors u x-
xogħol prattiku) fis-Servizzi tal-Probation;
(ċ) jgħaddi mill-eżamijiet kollha preskritti; u
(d) jissodisfa r-rekwiżiti kollha mniżżla f’dawn ir-
regolamenti u fi statuti, regolamenti u ordinamenti
oħra ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni u 
rekwiżiti għad-
dħul.
4. (1) L-applikanti jistgħu jiġu reġistrati bħala studenti fil-
kors jekk huma:
(a) jkunu eliġibbli biex jidħlu fl-Università  bħala studenti
regolari skond id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti
għad-Dħul ta’ l-Università ; u
(b) għandhom kwalifika fil-ħidma soċjali, bħalma hu grad
b’għażla fil-ħidma soċjali, jew diploma jew grad fil-
ħidma soċjali, jew kwalifika fl-istudji soċjo-legali,
bħalma hu grad fl-istudji soċjo-legali, jew xi kwalifika
professjonali relatata oħra li tkun aċċettabbli għall-
Bord ta’ l-Istudji.
(2) L-applikanti jistgħu jiġu mitluba jattendu għal intervista
bil-għan li ssir valutazzjoni li huma għandhom id-disposizzjonijiet
u l-esperjenza meħtieġa.
Il-Bord ta’ l-
Istudji.
5. (1) L-amministrazzjoni ġenerali tal-kors għandha tkun
fdata lil Bord ta’ l-Istudji, magħmul minn Chairmam, il-Kordinatur
2 L.S.327.160 ħ
KORS GĦAD-
DIPLOMA IN PROBATION SERVICES
tal-kors u żewġ membri. Il-Bord ta’ l-Istudji għandu jkun maħtur
mis-Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-lstitut ta’ l-Istudji
Forensiċi.
(2) Il-Kordinatur tal-kors għandu jkun responsabbli għall-
formolazzjoni tas-sillabi u tal-katalogu tat-taqsimiet studju kif
ukoll għall-preparazzjoni tal-materjal meħtieġ, bil-koperazzjoni u
bl-approvazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji.
Il-kors ta’ l-istudji.
Emendat:
A.L. 153 ta’ l-
1999.
6. (1) Il-kors idum sena ta’ studju fuq bażi full-time, jew l-
ekwivalenti.
(2) Il-kors għandu jikkonsisti minn:
(a) taqsimiet studju u xogħol prattiku, li għalihom mhux
anqas minn 25 kredtu huma assenjati; u
(b) eżami finali komprensiv.
(3) Il-Bord ta’ l-Istudji għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet
studju. Il-katalogu għandu jindika l-livell, il-kodiċi, it-titolu, id-
deskrizzjoni u t-tip ta’ kull taqsima studju, il-kredti assenjati għal
kull taqsima studju, liema taqsimiet studju huma obbligatorji, liema
għandhom jittieħdu flimkien jew meħtieġa jittieħdu qabel taqsimiet
studju oħra, u l-metodi ta’ tagħlim u valutazzjoni. Il-Bord għandu
jippublika l-katalogu qabel il-bidu tal-kors, wara l-approvazzjoni
tas-Senat.
Valutazzjoni. 7. (1) F’kull semestru tal-kors, l-istudenti għandhom ikunu
valutati fit-taqsimiet studji li jkunu saru matul dak is-semestru
skond il-kriterji stabbiliti mill-Bord ta’ l-Istudji.
(2) Il-gradi li ġejjin jintużaw fl-għoti tal-kredti, u jibdew mill-
ogħla sa l-anqas mertu: A, B, Ċ, D, u F, fejn F tindika li wieħed
weħel.
(3) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju jitħallew jagħmlu
riparatorju darba. Jekk jgħaddu mir-riparatorju, l-ogħla grad li
jistgħu jingħataw huwa l-grad D. Jekk jeħlu, l-istudenti jkunu
meħtieġa jirrepetu t-taqsima studju.
(4) L-istudenti jkunu meqjusa li ssodisfaw il-kriterji tal-
valutazzjoni tal-kors jekk huma:
(a) jtemmu b’suċċess it-taqsimiet studju meħtieġa kollha u
x-xogħol prattiku; u
(b) jgħaddu mill-eżami finali komprensiv.
L-eżami finali 
komprensiv.
Emendat:
A.L. 153 ta’ l-
1999.
8. (1) L-eżami finali komprensiv għandu jikkonsisti minn
żewġ karti bil-miktub.
(2) L-istudenti jitħallew jagħmlu l-eżami finali komprensiv
biss jekk ikunu kisbu mhux anqas minn 25 kredtu, inklużi l-kredti
għat-taqsimiet studju indikati bħala obbligatorji.
(3) Jekk ir-riżultati ta’ xi taqsima studju jew tax-xogħol
prattiku ma jkunux ħarġu meta jkun se jsir l-eżami finali
komprensiv, l-istudenti jistgħu jitħallew jagħmlu l-eżami bil-
kondizzjoni li l-eżami jkun validu biss jekk il-kredti meħtieġa
jinkisbu.
Ir-riżultat finali. 9. (1) Ir-riżultat finali għandu jkun ibbażat fuq il-livell
KORS GĦAD-
DIPLOMA IN PROBATION SERVICES ġ L.S.327.160 3
milħuq mill-istudenti fix-xogħol matul il-kors, fix-xogħol prattiku
u fl-eżami finali komprensiv f’dawn il-proporzjonijiet:
Ix-xogħol matul il-kors 40%
Ix-xogħol prattiku 10%
L-eżami finali komprensiv 50%.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għad-Diploma
għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku fil-kategoriji
li ġejjin:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
