GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. -
FL-ISTITUT GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA’ L-ENERĠIJA ġ L.S.327.161 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.161
ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’
MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - FL-ISTITUT 
GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA’ L-ENERĠIJA
12 ta’ Jannar, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 7 ta’ l-1999.
Titolu u tifsir.
Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil. - fl-Istitut għat-
Teknoloġija ta’ l-Enerġija.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-lstitut għat-Teknoloġija ta’ l-
Enerġija;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil.; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Master of
Philosophy - M.Phil.
Applikabilità .
1992 ’il quddiem.
Rekwiżiti għad-
dħul.
3. Il-kors huwa miftuħ għal gradwati li għandhom:
(a) grad ta’ Bachelor of Science (Honours); jew
(b) grad ta’ Bachelor of Mechanical or Electrical
Engineering (Honours); jew
(ċ) grad ta’ Bachelor of Engineering and Architecture
(Honours); jew
(d) kwalifika ekwivalenti approvata mis-Senat, fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord.
Gradwati.
grad speċifikat fir-regolament 3:
(a) fl-aħħar għaxar snin qabel ma japplikaw għall-kors;
jew
(b) jekk il-kwalifika ilha li nkisbet aktar minn għaxar snin,
huma għandhom jipprovdu provi suffiċjenti tal-
kompetenza tagħhom biex isegwu grad ta’ riċerka, bl-
approvazzjoni tas-Senat fuq il-parir tal-Bord.
Proposta ta’ 
riċerka.
5. L-applikanti għandhom jissottomettu proposta ta’ riċerka
meta japplikaw għall-kors.
Trasferiment.
ta’ Doctor of Philosophy normalment ma jingħatawx il-Grad.
Dissertazzjoni.
minn 50,000 kelma fit-tul, minbarra r-riferenzi u l-bibljografiji.
Kopji.
2 L.S.327.161 ħ
GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. -
FL-ISTITUT GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA’ L-ENERĠIJA
tad-dissertazzjoni, illegata b’mod adegwat, lil kull membru tal-
Bord ta’ l-Eżaminaturi. Fi żmien tliet xhur wara li jkunu għaddew
mill-eżami tad-dissertazzjoni, l-istudenti għandhom jissottomettu
żewġ kopji tad-dissertazzjoni, li waħda minnhom għandha
titqiegħed fil-Biblijoteka ta’ l-Università  illegata kif ġej:
bid-drapp (jekk jista’ jkun iswed) b’qoxra iebsa u
b’karti tat-tarf ta’ kwalità  tajba; bl-ittri (jekk jista’
jkun bid-deheb) fuq il-qoxra u d-dahar li juru:
(i) l-isem ta’ l-istudent;
(ii) it-titolu jew it-titolu fil-qosor tad-dissertazzjoni;
(iii) il-grad li għalih id-dissertazzjoni qed tkun
sottomessa; u 
(iv) is-sena meta tiġi sottomessa.
Mapep, disinji, graphs, materjal stampat, eċċ., għandhom
ikunu llegati mad-dissertazzjoni, iżda jekk dan ma jkunx possibbli,
għandhom ikunu ppreżentati għalihom f’folders jew f’volumi
speċjali u nnumerati.
Format. 9. It-test għandu jkun ittajpjat fuq karti A4, fuq naħa waħda
biss, bi spazju doppju u b’marġni ta’ 40 mm fuq ix-xellug u mill-
anqas b’marġni ta’ 20 mm fuq in-naħa ta’ fuq, t’isfel u tal-lemin.
