KORSIJIET GĦAS-CERTIFICATE IN CRIMINOLOGY, DIPLOMA 
IN POLICE STUDIES, DIPLOMA IN CORRECTIONAL SERVICES 
U DEGREE OF BACHELOR OF ARTS IN CRIMINOLOGY ġ L.S.327.163 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.163
REGOLAMENTI TAL-KORSIJIET GĦAS-
CERTIFICATE IN CRIMINOLOGY, DIPLOMA IN 
POLICE STUDIES, DIPLOMA IN CORRECTIONAL 
SERVICES U DEGREE OF BACHELOR OF ARTS IN 
CRIMINOLOGY
12 ta’ Jannar, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 10 ta’ l-1999.
Titolu u tifsir.
Korsijiet għas-Certificate in Criminology, Diploma in Police
Studies, Diploma in Correctional Services u Degree of Bachelor of
Arts in Criminology.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem
ma’ teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tad-Diretturi ta’ l-Istitut ta’ l-Istudji
Forensiċi;
"iċ-Ċertifikat" ifisser is-Certificate in Criminology;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Police Studies jew id-
Diploma in Correctional Services;
"il-Grad" ifisser id-Degree of Bachelor of Arts in Criminology; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għas-Certificate in
Criminology, Diploma in Police Studies, Diploma in Correctional
Services u Degree of Bachelor of Arts in Criminology.
Applikabilità .
bdew f’Ottubru 1994 jew wara.
Eliġibbilità .
istudenti għandhom ikunu:
(a) rreġistrati bħala studenti regolari;
(b) temmew il-kors ta’ l-istudji, għaddew mill-eżami finali
u ssodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha mnizzla f’dawn
ir-regolamenti; u
(ċ) ssodisfaw ir-rekvviżiti l-oħra kollha mnizzla f’xi
statuti, regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
(2) L-istudenti li jkunu eliġibbli għall-għoti taċ-Ċertifikat
jirrinunzjaw id-dritt għaċ-Ċertifikat jekk jagħżlu li jkomplu bil-
kors li jwassal għad-Diploma in Police Studies jew għad-Diploma
in Correctional Services.
(3) Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tad-Diploma in Police
Studies l-istudenti għandhom ikunu:
(a) rreġistrati bħala studenti regolari;
2 L.S.327.163 ħ
KORSIJIET GĦAS-CERTIFICATE IN CRIMINOLOGY, DIPLOMA 
IN POLICE STUDIES, DIPLOMA IN CORRECTIONAL SERVICES 
U DEGREE OF BACHELOR OF ARTS IN CRIMINOLOGY
(b) temmew b’suċċess il-kors ta’ l-istudji li jwassal għaċ-
Ċertifikat;
(ċ) temmew il-kors ta’ l-istudji, għaddew mill-eżami finali
u ssodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha mniżżla f’dawn
ir-regolamenti; u
(d) ssodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha mniżżla f’xi
statuti, regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
(4) Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tad-Diploma in
Correctional Services l-istudenti għandhom ikunu:
(a) rreġistrati bħala studenti regolari;
(b) temmew b’suċċess il-kors ta’ l-istudji li jwassal għaċ-
Ċertifikat;
(ċ) temmew il-kors ta’ l-istudji, għaddew mill-eżami finali
u ssodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha mniżżla f’dawn
ir-regolamenti; u
(d) ssodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha mniżżla f’xi
statuti, regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
(5) L-istudenti li jkunu eliġibbli għall-għoti tad-Diploma in
Police Studies jew tad-Diploma in Correctional Services
jirrinunzjaw id-dritt għad-Diploma jekk jagħżlu li jkomplu bil-kors
li jwassal għall-Grad.
(6) Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad l-istudenti
għandhom ikunu:
(a) ssodisfaw ir-rekwiżiti għall-għoti taċ-Ċertifikat u jew
tad-Diploma in Police Studies jew tad-Diploma in
Correctional Services;
(b) rreġistraw għall-kors li jwassal għall-Grad fi tmiem il-
kors li jwassal għad-Diploma;
(ċ) temmew il-kors ta’ l-istudji, għaddew mill-eżami finali
u ssodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha mniżżla f’dawn
ir-regolamenti; u
(d) ssodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha mniżżla f’xi
statuti, regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Reġistrazzjoni. 4. (1) Il-kandidati jistgħu jkunu rreġistrati għall-kors ta’ l-
istudji li jwassal għaċ-Ċertifikat, skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti, jekk huma eliġibbli għad-dħul fl-Università
bħala studenti regolari skond ir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-
Università .
(2) Il-kandidati jistgħu jkunu rreġistrati għall-kors ta’ l-istudji
li jwassal għad-Diploma in Police Studies jew għad-Diploma in
Correctional Services, skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti, jekk huma kisbu ta’ l-anqas grad "Għadda" fil-kors li
jwassal għaċ-Ċertifikat.
KORSIJIET GĦAS-CERTIFICATE IN CRIMINOLOGY, DIPLOMA 
IN POLICE STUDIES, DIPLOMA IN CORRECTIONAL SERVICES 
U DEGREE OF BACHELOR OF ARTS IN CRIMINOLOGY ġ L.S.327.163 3
(3) Il-kandidati jistgħu jkunu rreġistrati għall-kors ta’ l-istudji
li jwassal għall-Grad, skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti, jekk huma kisbu ta’ l-anqas il-grad "Għadda"
f’wieħed mill-korsijiet li jwasslu għad-Diploma.
Il-programm tal-
kors għaċ-
Ċertifikat.
5. (1) Il-kors ta’ l-istudji li jwassal għaċ-Ċertifikat jinfirex
fuq perijodu ta’ sentejn kalendarji ta’ studju fuq bażi part-time.
(2) Il-kors ta’ l-istudji jikkonsisti f’taqsimiet studju li
għalihom mhux anqas minn tletin kredtu huma assenjati, fil-moduli
li ġejjin:
Modulu A: Is-Sistema tal-Ġustizzja Kriminali
Modulu B: Il-Liġi Kriminali u l-Proċedura tal-
Ħaddiema fil-Ġustizzja Kriminali
Modulu Ċ: Kriminoloġija
Modulu D: Etika u Drittijiet tal-Bniedem fil-Ġustizzja
Kriminali
Modulu E: Delinkwenza taż-Żgħażagħ
Modulu F: Kriminoloġija Internazzjonali/Komparattiva/
Ġustizzja Kriminali
Modulu G: Vjolenza fil-Familja
Modulu H: Substance Abuse.
(3) Fil-bidu ta kull kors jiġi ppublikat katalogu tat-taqsimiet
studju f’kull modulu, bil-kredti assenjati għal kull waħda.
(4) Il-katalogu għandu jindika wkoll il-metodu ta’ valutazzjoni
għal kull taqsima studju u liema taqsimiet studju huma obligatorji
jew rakkomandati.
(5) Sabiex ikunu eliġibbli għall-għoti taċ-Ċertifikat l-istudenti
għandhom jirreġistraw għat-taqsimiet studju li għalihom mhux
anqas minn tletin kredtu huma assenjati u jridu jiksbu ta’ l-anqas
ħamsa u għoxrin kredtu fuq perijodu ta’ sentejn kalendarji.
Valutazzjoni.
mill-ogħla grad: A, B, Ċ, D u F, fejn F tindika li student ikun
weħel.
(2) L-istudenti li jeħlu f’taqsima studju għandhom jitħallew
jagħmlu riparatorju f’dik it-taqsima studju darba waħda biss. Jekk
jgħaddu, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
L-eżami finali.
indikat fir-regolament 5(5) ikunu meħtieġa joqogħdu għall-eżami
finali.
(2) L-eżami finali jsir fi tmiem il-kors, normalment f’Mejju/
Ġunju u għandu jikkonsisti f’żewġ karti komprensivi.
(3) L-istudenti li jeħlu fl-eżami finali għandhvm jitħallew
jagħmlu r-riparatorju darba f’perijodu ta’ tnax-il xahar mit-tmiem
tal-kors. F’dawn il-każijiet l-ogħla grad li jista’ jingħata jkun il-
grad D.
Riżultati finali.
4 L.S.327.163 ħ
KORSIJIET GĦAS-CERTIFICATE IN CRIMINOLOGY, DIPLOMA 
IN POLICE STUDIES, DIPLOMA IN CORRECTIONAL SERVICES 
U DEGREE OF BACHELOR OF ARTS IN CRIMINOLOGY
istudenti fil-partijiet kollha tal-kors.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jtemmu l-kors b’suċċess
għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku fil-kategoriji
li ġejjin:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
Il-programm tal-
kors għad-Diploma 
in Police Studies.
9. (1) Il-kors ta’ l-istudji li jwassal għad-Diploma in Police
Studies jinfirex fuq perijodu ta’ tliet snin kalendarji ta’ studju fuq
bażi part-time, li jinkludi s-sentejn tal-kors għaċ-Ċertifikat.
(2) Il-kors ta’ l-istudji jikkonsisti f’taqsimiet studju li
għalihom mhux anqas minn tnax-il kredtu huma assenjati, fil-
moduli li ġejjin:
Modulu I: Introduzzjoni għax-Xogħol ta’ Pulizija
Modulu J: Prevenzjoni tal-Kriminalità
Modulu K: Investigazzjoni tal-Kriminalità ;
Modulu L: Issues in Policing.
(3) Fil-bidu ta’ kull kors jiġi ppublikat katalogu tat-taqsimiet
studju f’kull modulu, bil-kredti assenjati għal kull waħda.
(4) Il-katalogu għandu jindika wkoll il-metodu ta’ valutazzjoni
għal kull taqsima studju u liema taqsimiet studju huma obbligatorji
jew rakkomandati.
(5) Sabiex ikunu eliġibbli għall-għoti tad-Diploma in Police
Studies l-istudenti għandhom jirreġistraw għal taqsimiet studju li
għalihom mhux anqas minn għaxar kredti huma assenjati u jridu
jiksbu ta’ l-anqas għaxar kredti fuq perijodu ta’ sena kalendarja.
Valutazzjoni. 10. (1) Il-kredti jiġu assenjati skond il-gradi li ġejjin, li
jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, D u F, fejn F tindika li student
ikun weħel.
(2) L-istudenti li jeħlu f’taqsima studju għandhom jitħallew
jagħmlu riparatorju f’dik it-taqsima studju darba waħda biss. Jekk
jgħaddu, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
L-eżami finali. 11. (1) L-istudenti li jiksbu n-numru minimu ta’ kredti kif
indikat fir-regolament 9(5) ikunu meħtieġa joqogħdu għall-eżami
finali.
(2) L-eżami finali jsir fi tmiem il-kors, normalment f’Mejju/
Ġunju u għandu jikkonsisti f’żewġ karti komprensivi.
(3) L-istudenti li jeħlu fl-eżami finali għandhom jitħallew
jagħmlu r-riparatorju darba f’perijodu ta’ tnax-il xahar mit-tmiem
tal-kors. F’dawn il-każijiet l-ogħla grad li jista’ jingħata jkun il-
grad D.
Ir-riżultati finali. 12. (1) Ir-riżultati finali għandhom iqisu l-livell milħuq mill-
istudenti fil-partijiet kollha tal-kors, inklużi r-riżultati miksuba fil-
partijiet tal-kors għaċ-Ċertifikat.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jtemmu l-kors b’suċċess
KORSIJIET GĦAS-CERTIFICATE IN CRIMINOLOGY, DIPLOMA 
IN POLICE STUDIES, DIPLOMA IN CORRECTIONAL SERVICES 
U DEGREE OF BACHELOR OF ARTS IN CRIMINOLOGY ġ L.S.327.163 5
għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku fil-kategoriji
li ġejjin:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
Il-programm tal-
kors għad-Diploma 
in Correctional 
Services.
13. (1) Il-kors ta’ l-istudji li jwassal għad-Diploma in
Correctional Services jinfirex fuq perijodu ta’ tliet snin kalendarji
ta’ studju fuq bażi part-time li jinkludi s-sentejn tal-kors għaċ-
Ċertifikat.
(2) Il-kors ta’ l-istudji jikkonsisti f’taqsimiet studju li
għalihom mhux anqas minn tnax-il kredtu huma assenjati, fil-
moduli li ġejjin:
Modulu I: Introduction to Corrections
Modulu J: Il-Liġi Korrettiva
Modulu K: Community based Corrections
Modulu L: Issues in Corrections.
(3) Fil-bidu ta’ kull kors jiġi ppublikat katalogu tat-taqsimiet
studju f’kull modulu, bil-kredti assenjati għal kull waħda.
(4) Il-katalogu għandu jindika wkoll il-metodu ta’ valutazzjoni
għal kull taqsima studju u liema taqsimiet studju huma obbligatorji
jew rakkomandati.
(5) Sabiex ikunu eliġibbli għall-għoti tad-Diploma in
Correctional Services l-istudenti għandhom jirreġistraw għal
taqsimiet studju li għalihom mhux anqas minn għaxar kredti huma
assenjati u jiksbu ta’ l-anqas għaxar kredti fuq perijodu ta’ sena
kalendarja.
Il-valutazzjoni.
jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, D u F, fejn F tindika li student
ikun weħel.
(2) L-istudenti li jeħlu f’taqsima studju għandhom jitħallew
jagħmlu riparatorju f’dik it-taqsima studju darba waħda biss. Jekk
jgħaddu, l-ogħla grad li jista’jingħata huwa l-grad D.
L-eżami finali.
indikat fir-regolament 13(5) ikunu meħtieġa joqogħdu għall-eżami
finali.
(2) L-eżami finali jsir fi tmiem il-kors, normalment f’Mejju/
Ġunju u għandu jikkonsisti f’żewġ karti komprensivi.
(3) L-istudenti li jeħlu fl-eżami finali għandhom jitħallew
jagħmlu r-riparatorju darba f’perijodu ta’ tnax-il xahar mit-tmiem
tal-kors. F’dawn il-każijiet l-ogħla grad li jista’ jingħata jkun il-
grad D.
Ir-rizultati finali.
istudenti fil-partijiet kollha tal-kors, inklużi r-riżultati miksuba fil-
partijiet tal-kors għaċ-Ċertifikat.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jtemmu l-kors b’suċċess
għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku fil-kategoriji
6 L.S.327.163 ħ
KORSIJIET GĦAS-CERTIFICATE IN CRIMINOLOGY, DIPLOMA 
IN POLICE STUDIES, DIPLOMA IN CORRECTIONAL SERVICES 
U DEGREE OF BACHELOR OF ARTS IN CRIMINOLOGY
li ġejjin:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
Il-programm tal-
kors għall-Grad.
17. (1) Il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-Grad jinfirex fuq
perijodu ta’ ħames snin kalendarji ta’ studju fuq bażi part-time, li
jinkludi s-sentejn tal-kors għaċ-Ċertifikat u s-sena tal-kors għad-
Diploma in Police Studies jew għad-Diploma in Correctional
Services.
(2) Il-kors ta’ l-istudji jikkonsisti f’taqsimiet studju li
għalihom mhux anqas minn ħamsa u għoxrin kredtu huma assenjati,
fil-moduli li ġejjin:
Modulu M: Metodi ta’ Riċerka I
Modulu N: Metodi ta’ Ri‘erka II
Modulu O: Studji Forensiċi Inter-dixxiplinarji
Modulu P: Prattikum
Modulu Q: Dissertazzjoni.
(3) Fil-bidu ta’ kull kors jiġi ppubblikat katalogu tat-taqsimiet
studju f’kull modulu, bil-kredti assenjati għal kull waħda.
(4) Il-katalogu għandu jindika wkoll il-metodu ta’ valutazzjoni
għal kull taqsima studju u liema taqsimiet studju huma obbligatorji
jew rakkomandati.
(5) Sabiex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad l-istudenti
għandhom jiksbu ta’ l-anqas ħamsa u sittin kredtu fuq perijodu ta’
ħames snin kalendarji.
Il-valutazzjoni. 18. (1) Il-kredti jiġu assenjati skond il-gradi li ġejjin, li
jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, D u F, fejn F tindika li student
ikun weħel.
(2) L-istudenti li jeħlu f’taqsima studju għandhom jitħallew
jagħmlu riparatorju f’dik it-taqsima studju darba waħda biss. Jekk
jgħaddu, l-ogħla grad li jista’jingħata huwa l-grad D.
L-eżami finali. 19. (1) L-istudenti li jiksbu l-għadd minimu ta’ kredti kif
indikat fir-regolament 17(5) ikunu meħtieġa joqogħdu għall-eżami
finali.
(2) L-eżami finali jsir fi tmiem il-kors, normalment f’Mejju/
Ġunju u għandu jikkonsisti f’erba karti komprensivi.
(3) L-istudenti ma jistgħux joqogħdu għall-eżami finali qabel
ħames snin jew aktar tard minn sitt snin mill-ewwel dħul tagħhom
fil-kors, ħlief bil-permess tas-Senat li jingħata f’ċirkostanzi
speċjali.
(4) L-istudenti li jeħlu f’waħda jew fil-karti kollha ta’ l-eżami
finali għandhom jitħallew jagħmlu riparatorju fil-karta jew karti li
weħlu fihom darba biss, f’perijodu ta’ tnax-il xahar mit-tmiem tal-
kors. F’dawn il-każijiet l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad
D.
Ir-riżultati finali. 20. (1) Ir-riżultati finali għandhom iqisu l-livell milħuq fil-
KORSIJIET GĦAS-CERTIFICATE IN CRIMINOLOGY, DIPLOMA 
IN POLICE STUDIES, DIPLOMA IN CORRECTIONAL SERVICES 
U DEGREE OF BACHELOR OF ARTS IN CRIMINOLOGY ġ L.S.327.163 7
partijiet kollha tal-kors, inklużi r-riżultati li kisbu fil-partijiet tal-
korsijiet għaċ-Ċertifikat u għal xi waħda mid-Diplomi.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jkunu eliġibbli għall-Grad
għandhom jiġu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku f’dawn il-
kategoriji: I, IIA, IIB u III.
L-
amministrazzjoni.
21. L-amministrazzjoni akkademika tal-kors għandha tiġi fdata
lill-Bord ta’ l-Istudji maħtur mis-Senat fuq ir-rakkomandazzjoni
tal-Bord tad-Diretturi ta’ l-Istitut ta’ l-Istudji Forensiċi.
