KORS GĦAS-CERTIFICATE IN APPLIED SOCIAL STUDIES 
TAL-WORKERS’ PARTICIPATION DEVELOPMENT CENTRE ġ L.S.327.164 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.164
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAS-CERTIFICATE 
IN APPLIED SOCIAL STUDIES TAL-WORKERS’ 
PARTICIPATION DEVELOPMENT CENTRE
9 ta’ Frar, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 31 ta’ l-1999, kif emendat bl-Avviż Legali 33 ta’ l-
2002.
Titolu u tifsir.
Kors għas-Certificate in Applied Social Studies tal-Workers’
Participation Development Centre.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord ta’ l-Istudji" jfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur kif
indikat fir-regolament 5;
"iċ-Ċertifikat" ifisser is-Certificate in Applied Social Studies; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għaċ-Ċertifikat.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 33 ta’ l-2002.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew fi Frar 2002 jew wara.
Eliġibbilità .
ikun:
(a) irreġistrat bħala student fil-kors;
(b) temm it-taqsimiet studju xierqa u kiseb il-kredti
assenjati għal kull waħda minnhom; u
(ċ) issodisfa r-rekwiżiti kollha preskritti f’dawn ir-
regolamenti u f’xi statuti, regolamenti u ordinamenti
oħra ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni.
valutazzjoni pożittiva magħmula mill-Bord ta’ l-Istudji dwar il-
kapaċità  tiegħu li jsegwih bi profitt.
Bord ta’ l-Istudji.
f’idejn Bord ta’ l-Istudji maħtur mis-Senat għal dan il-għan, fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Workers’ Participation
Development Centre (WPDC).
Struttura tal-kors.
Emendat:
A.L. 33 ta’ l-2002.
6. (1) Il-kors ta’ l-istudji għandu jkun strutturat b’tali mod li
jista’ jintemm f’semestru ta’ studju fuq bażi full-time, jew l-
ekwivalenti tiegħu fi studju fuq bażi part-time.
(2) Il-kors għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom
ma jingħatawx anqas minn għaxar kredti.
(3) It-taqsimiet studju għandhom ikunu f’wieħed mill-oqsma
ta’ speċjalizzazzjoni li ġejjin:
(a) Industrial Relations;
2 L.S.327.164 ħ
KORS GĦAS-CERTIFICATE IN APPLIED SOCIAL STUDIES 
TAL-WORKERS’ PARTICIPATION DEVELOPMENT CENTRE
(b) Occupational Health and Safety;
(ċ) Gender and Development; u
(d) Il-Management tal-Koperattivi.
(4) It-taqsimiet studju għandhom ikopru s-suġġetti li ġejjin:
(a) Industrial Relations: Sociology of Work
Organisational
Psychology
Workplace
Democratisation
(b) Occupational Health and Safety: People, Work and
Organisation
Occupational Safety
Principles
Occupational Health
and Safety Policies
(ċ) Gender and Development: Basic Social Science
Interpersonal
Behaviour
Human Development
(d) Il-Management tal-Koperattivi: Co-operative
Principles and
Organisation
Human Resource
Management
Co-operative
Development Policy.
(5) Katalogu ta’ taqsimiet studju, li jinkludi l-kredti assenjati
għal kull waħda u liema huma obbligatorji, għandu jkun approvat
mill-Bord tal-WPDC fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji
u għandu jkun ippublikat qabel il-bidu ta’ kull kors.
Valutazzjoni. 7. (1) F’kull semestru tal-kors, L-istudenti għandhom ikunu
valutati fit-taqsimiet studju mogħtija matul dak is-semestru skond
il-kriterji stabbiliti mill-Bord.
(2) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla mertu u jaslu sa l-anqas: A, B, Ċ, D u F, fejn F
tindika li Weħel.
(3) Student li jirreġistra għal taqsima studju u ma jtemmhiex
għandu jkun ikkunsidrat li weħel f’dik it-taqsima studju.
(4) Student li weħel F’xi taqsima studju jista’ jitħalla jerġa’
jgħaddi mill-proċedura tal-valutazzjoni ta’ dik it-taqsima studju.
Student jista’ jitħalla jirrepeti kull waħda mit-taqsimiet studju
darba biss. F’dawn il-każijiet, L-ogħla grad li student jista’ jikseb
huwa D.
(5) F’ċirkostanzi speċjali, sakemm tkun ingħatat twissija
xierqa, il-Bord ta’ l-Istudji jista’ jirrakkomanda lis-Senat li student
jieqaf mill-kors jekk, fuq il-bażi ta’ rapporti mogħtija mil-letturi
involuti, il-Bord ta’ l-Istudji mhux sodisfatt li l-istudent qed
jagħmel il-progress mistenni.
KORS GĦAS-CERTIFICATE IN APPLIED SOCIAL STUDIES 
TAL-WORKERS’ PARTICIPATION DEVELOPMENT CENTRE ġ L.S.327.164 3
L-għoti taċ-
Ċertifikat.
8. (1) L-istudenti għandhom jingħataw iċ-Ċertifikat jekk
jiksbu mill-anqas għaxar kredti fil-qasam ta’ speċjalizzazzjoni
magħżul.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jtemmu l-kors b’suċċess
għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku u kklassifikati
bħala Għaddew.
