KORS GĦALL-POSTGRADUATE DIPLOMA 
IN DIPLOMACY - P.G. DIP. DIPLOMACY ġ L.S.327.165 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.165
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-
POSTGRADUATE DIPLOMA IN DIPLOMACY - P.G. 
DIP. DIPLOMACY
9 ta’ Frar, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 32 ta’ l-1999, kif emendat bl-Avviż Legali 216 ta’ l-
2002.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Postgraduate Diploma in Diplomacy - P.G. Dip.
Diplomacy.
(2) F’dawn ir regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"l-Akkademja" tfisser il-Mediterranean Academy of Diplomatic
Studies ta’ l-Università  ta’ Malta;
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji, maħtur skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 5(1);
"id-Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in Diplomacy -
P.G. Dip. Diplomacy; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Postgraduate Diploma in
Diplomacy - P.G. Dip. Diplomacy.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 216 ta’ l-
2002.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew fi Frar 2002 jew wara.
Eliġibbilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tad-Diploma, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari ta’ l-
Università ;
(b) itemmu b’suċċess il-kors ta’ l-istudji xieraq, li
jikkonsisti f’xogħol matul il-kors u xogħol prattiku
fid-Diplomazija u l-Information Technology; u
(ċ) jissoddisfaw ir-rekwiżiti kollha preskritti f’dawn ir-
regolamenti u f’xi statuti, regolamenti u ordinamenti
rilevanti oħra ta’ l-Università .
Ir-rekwiżiti għad-
dħul u l-għażla ta’ 
l-applikanti.
Sostitwit:
A.L. 216 ta’ l-
2002.
4. (1) L-applikanti jistgħu jiġu rreġistrati bħala studenti fil-
kors jekk huma:
(a) jkunu eliġibbli biex jidħlu l-Università  bħala studenti
regolari skond ir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-
Università ’; u
(b) jkollhom grad minn università  magħrufa mis-Senat
għal dan il-għan jew ikollhom kwalifiki professjonali
xierqa flimkien ma’ tliet snin esperjenza professjonali
relatata li jkunu aċċettabbli għall-Bord.
(2) L-applikanti jistgħu jkunu meħtieġa joqogħdu għal
intervista biex issir valutazzjoni tad-disposizzjonijiet u ta’ l-isfond
2 L.S.327.165 ħ
KORS GĦALL-POSTGRADUATE DIPLOMA 
IN DIPLOMACY - P.G. DIP. DIPLOMACY
akkademiku u professjonali tagħhom.
(3) Il-kors huwa limitat għal għoxrin student, li minnhom
mhux aktar minn tnejn għandhom ikunu mill-istess pajjiż, ħlief
jekk l-għadd totali ta’ applikanti kwalifikati jkun inqas minn
għoxrin.
(4) Jekk ikun hemm aktar minn żewġ applikanti eliġibbli minn
xi pajjiż wieħed, jingħażlu l-aħjar żewġ applikanti permezz ta’
intervista meta huma jkunu meħtieġa jissodisfaw lill-Bord li
għandhom il-kwalifiki neċessarji biex isegwu l-kors, inklużi:
(i) tagħrif u disposizzjoni professjonali;
(ii) tagħrif ta’ l-Information Technology; u
(iii) familjarità  ma’ l-użu ta’ l-Information
Technology fid-Diplomazija.
Il-Bord ta’ l-
Istudji.
5. (1) L-amministrazzjoni ġenerali tal-kors għandha tkun
fdata lil Bord ta’ l-Istudji magħmul mid-Direttur ta’ l-Akkademja
jew persuna nominata minnu bħala Chairman, il-Koordinatur tal-
kors, u tliet membri akkademiċi. Il-Bord għandu jkun maħtur mis-
Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Akkademja.
(2) Il-Koordinatur tal-kors għandu jkun responsabbli għat-
tfassil tas-sillabi u tal-katalogu tat-taqsimiet studju, kif ukoll għall-
preparazzjoni tal-materjal tat-tagħlim, bil-koperazzjoni u l-
approvazzjoni tal-Bord.
Il-kors ta’ l-istudji.
Emendat:
A.L. 216 ta’ l-
2002.
6. (1) L-istudenti għandhom ikunu meħtieġa jtemmu l-kors
f’mhux anqas minn disa’ xhur u f’mhux aktar minn hmistax-il
xahar.
(2) Il-kors għandu jsir f’żewġ fażijiet:
(a) l-ewwel fażi - Workshop Introduttorju, li għandu jkun
organizzat fl-Università  ta’ Malta jew f’post assenjat
mill-Università  ta’ Malta li jdum madwar għaxart
ijiem ta’ xogħol. L-istudenti jkollhom introduzzjoni
għal suġġetti varji u jiġu mħarrġa fil-kapaċitajiet
meħtieġa għal fażi ta’ tagħlim mill-bogħod; u
(b) it-tieni fażi - Tagħlim mill-Bogħod, li għandu jsir
permezz ta’ l-Internet. It-tul ta’ din il-fażi jiddependi
fuq l-istudent innifsu iżda din ma għandhiex tieħu
anqas minn disa’ xhur u aktar minn ħmistax-il xahar.
(3) Il-kors għandu jikkonċentra l-aktar dwar Information
Technology għad-Diplomazija u għandu jikkonsisti minn taqsimiet
studju, li għalihom tnejn u għoxrin kredtu huma assenjati, u proġett
ta’ riċerka, li għalih huma assenjati tmien kredti.
(4) Katalogu ta’ taqsimiet studju, li jinkludi l-kredti assenjati
għal kull taqsima studju u liema huma obbligatorji, għandu jkun
ippublikat mill-Bord qabel il-bidu tal-kors.
Il-proġett ta’ 
riċerka.
7. (1) L-istudenti kollha huma meħtieġa jissottomettu proġett
ta’ riċerka ta’ madwar 20,000 kelma kif indikat mill-Bord.
(2) L-istudenti li jeħlu fil-proġett ta’ riċerka għandhom
jitħallew jissottomettuh mill-ġdid darba fi żmien perijodu ta’
xahrejn.
KORS GĦALL-POSTGRADUATE DIPLOMA 
IN DIPLOMACY - P.G. DIP. DIPLOMACY ġ L.S.327.165 3
Il-valutazzjoni.
studju matul il-kors skond il-kriterji stabbiliti mill-Bord.
(2) L-iskema ta’ iggradar li ġejja għandha tintuża biex
jingħataw il-kredti: A, B, Ċ, D, u F, fejn A huwa l-ogħla grad u F
tindika li student Weħel.
(3) L-istudenti li jeħlu f’valutazzjoni ta’ taqsima studju
għandhom ikunu valutati mill-ġdid darba biss. Jekk jgħaddu, l-
ogħla grad li jistgħu jingħataw huwa l-grad D.
(4) L-istudenti jitqiesu li ssodisfaw il-kriterji ta’ valutazzjoni
tal-kors jekk huma kisbu minimu ta’ ħamsa u għoxrin kredtu
(inklużi dawk assenjati għall-proġett ta’ riċerka u għal xi taqsimiet
studju obbligatorji).
Ir-riżultat finali.
Diploma għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku fil-
kategoriji li ġejjin:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
