GRADI TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - U 
DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - 
FIL-FAKULTÀ  TA’ L-EDUKAZZJONI ġ L.S.327.166 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.166
ORDINAMENTI GĦALL-GRADI TA’ 
MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - U 
DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - 
FIL-FAKULTÀ  TA’ L-EDUKAZZJONI
9 ta’ Frar, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 33 ta’ l-1999.
Titolu u tifsir.
Gradi ta’ Master of Philosophy - M.Phil. - u Doctor of Philosophy -
Ph.D. - fil-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Fakultà " tfisser il-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni; u
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil. - jew
il-Grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D. - skond il-każ.
Applikabilità .
1991 ’il quddiem.
Rekwiżiti għad-
dħul.
3. Biex jirreġistraw għall-Grad il-kandidati għandu jkollhom
il-grad ta’ master jew kwalifika ekwivalenti minn l-Università  ta’
Malta jew minn università  oħra rikonoxxuta, u għandhom
jissottomettu evidenza sodisfaċenti tal-kapaċità  tagħhom biex
jagħmlu xogħol ta’ riċerka fil-qasam ta’ l-Edukazzjoni.
Proposti ta’ 
riċerka.
4. Il-proposti ta’ riċerka tal-kandidati għandhom jindikaw
preċiż il-qasam ta’ riċerka fl-Edukazzjoni, l-ipoteżijiet li se jiġu
ttestjati u l-metodoloġija li se tkun adottata biex jiġu trattati l-
mistoqsijiet tar-riċerka. Jekk ikun hemm bżonn, il-kandidati jistgħu
jkunu meħtieġa juru kompetenza f’dawk il-kapaċitajiet mitluba
min-natura relatata ta’ l-investigazzjoni tagħhom, bħalma huma
metodi statistiċi u kwantitativi oħra u l-użu ta’ programmi speċifiċi
tal-kompjuter.
Reġistrazzjoni.
kandidati għandhom normalment jirreġistraw l-ewwelnett għall-
grad ta’ Master of Philosophy. F’ċirkostanzi eċċezzjonali biss il-
kandidati jistgħu jkunu kkunsidrati għal reġistrazzjoni diretta
għall-Grad ta’ Doctor of Philosophy.
Progress u 
superviżjoni.
6. L-istudenti għandhom ikunu meħtieġa jirreġistraw kull
tnax-il xahar fuq ir-rakkomandazzjoni bil-miktub tas-superviżur.
Superviżur.
jista’ jkompli bix-xogħol tiegħu, superviżur ieħor għandu jkun
maħtur biex l-istudent ikun jista’jkompli bl-istudji tiegħu.
Seminars ta’ 
riċerka.
8. Il-Fakultà  tagħti importanza kbira għall-kollaborazzjoni
bejn l-istudenti għall-Grad u studenti ta’ riċerka oħra u membri ta’
l-istaff, u għaldaqstant huma jkunu meħtieġa jipparteċipaw bis-sħiħ
2 L.S.327.166 ħ
GRADI TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - U 
DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - 
FIL-FAKULTÀ  TA’ L-EDUKAZZJONI
fis-seminars ta’ riċerka tal-Fakultà .
Teżi. 9. It-teżijiet ta’ l-istudenti għandhom jirrapportaw dwar fatti
ġodda li nstabu u/jew juru li huma ħaddmu poteri kritiċi
indipendenti biex waslu għall-konklużjonijiet irrappurtati. Fiż-
żewġ każijiet l-istudenti għandhom jindikaw biċ-ċar sa fejn it-teżi
tinkorpora r-riżultati tar-riċerka u l-osservazzjonijiet tagħhom, u sa
fejn l-investigazzjoni tagħhom tmexxi ’l quddiem l-istudju fis-
suġġett.
Tibdiliet fit-titolu 
tat-teżi.
10. Xi tibdiliet fit-titolu tat-teżijiet ta’ l-istudenti għandhom l-
ewwel ikunu approvati mill-Bord fuq ir-rakkomandazzjoni bil-
miktub tas-superviżur, u wara għandhom ikunu sottomessi għall-
approvazzjoni tas-Senat.
Format. 11. It-teżi normalment m’għantlhiex taqbeż is-60,000 kelma, li
jeskludu l-appendiċijiet, l-bibljografiji, l-glossarji u l-footnotes.
Kopji. 12. Tliet kopji ttajpjati jew ipprintjati tat-teżi għandhom jiġu
sottomessi għall-eżami. Fi żmien xahar minn mindu jgħaddu mill-
eżami tat-teżi, l-istudenti għandhom jissottomettu żewġ kopji tat-
teżi, li waħda għandha tiġi depożitata fil-Librerija ta’ l-Università ,
illegata kif ġej:
bid-drapp (jekk jista’ jkun iswed) bi qxur iebsa u
b’karti tat-tarf ta’ kwalità  tajba; bl-ittri (jekk jista’
jkun bid-deheb) fuq il-qoxra u d-dahar li juru:
(i) l-isem ta’ l-istudent;
(ii) l-isem jew l-isem fil-qosor tat-teżi;
(iii) il-grad li għalih it-teżi qed tkun sottomessa; u
(iv) is-sena meta tiġi sottomessa.
Mapep, disinji, graphs, materjali stampat, eċċ., għandhom
ikunu llegati mat-teżi, iżda jekk dan ma jkunx possibbli, għandhom
ikunu ppreżentati għalihom f’folders jew f’volumi speċjali u
nnumerati.
Test tat-teżi. 13. It-test għandu jkun ittajpjat fuq karti A4, fuq naħa waħda
biss, bi spazju doppju u b’marġni ta’ 40 mm fuq ix-xellug u mill-
anqas b’marġni ta’ 20 mm minn-naħa ta’ fuq, t’isfel u tal-lemin.
Sunt qasir tat-teżi. 14. Sunt qasir tat-teżi ta’ mhux aktar minn 300 kelma għandu
jiġi llegat ma’ kull kopja sottomessa lill-Università .
Pubblikazzjoni. 15. L-istudenti jistgħu jippublikaw it-teżi kollha tagħhom jew
parti minnha qabel ma jissottomettuha għall-eżami, sakemm fix-
xogħol ippublikat ma jingħadx li x-xogħol qiegħed jiġi kkunsidrat
għal grad għoli. Dan ix-xogħol ippublikat jista’ aktar tard ikun
inkorporat fit-teżi li tkun sottomessa għall-eżami, sakemm fiha ssir
dikjarazzjoni dwar dan kif meħtieġ mir-Regolamenti għall-gradi ta’
Master of Philosophy u Doctor of Philosophy.
GRADI TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - U 
DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - 
FIL-FAKULTÀ  TA’ L-EDUKAZZJONI ġ L.S.327.166 3
