KORS GĦALL-POSTGRADUATE CERTIFICATE IN 
FACILILTATING INCLUSIVE EDUCATION ġ L.S.327.167 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.167
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-
POSTGRADUATE CERTIFICATE IN FACILILTATING 
INCLUSIVE EDUCATION
9 ta’ Frar, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 34 ta’ l-1999.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Postgraduate Certificate in Facilitating Inclusive
Education.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut għall-Iżvilupp tat-Tfal;
"iċ-Ċertifikat" ifisser il-Postgraduate Certificate in Facilitating
Inclusive Education; u
"il-kors" iflsser il-kors li jwassal għall-Postgraduate Certificate
in Facilitating Inclusive Education.
Applikabilità .
bdew f’Ottubru 1995 jew wara.
Eliġibbilità .
għandhom ikunu:
(a) rreġistrati bħala studenti regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) temmew il-kors ta’ l-istudji, għaddew mill-eżami finali
u ssodisfaw xi rekwiżiti oħra mniżżla f’dawn ir-
regolamenti; u
(ċ) ssodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha mniżżla f’xi
statuti, regolamenti u ordinamenti oħra rilevanti ta’ l-
Università .
Reġistrazzjoni.
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, jekk ikollhom kwalifika
fit-tagħlim magħrufa mill-Università .
(2) Il-kandidati għandhom jissodisfaw ukoll lill-Istitut għall-
Iżvilupp tat-Tfal li għandhom id-disposizzjoni meħtieġa għall-
filosofija ta’ edukazzjoni inklużiva. Il-kandidati jistgħu jkunu
meħtieġa jattendu intervista/valutazzjoni għal dan il-għan.
Il-programm tal-
kors.
5. (1) Il-kors ta’ l-istudji li jwassal għaċ-Ċertifikat jestendi
fuq perijodu ta’ sena akkademika ta’ studju fuq bażi part-time.
(2) (a) Il-kors għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju li
għalihom ma jingħatwx anqas minn 14-il kredtu li
jinkludu:
(i) taqsimiet studju mgħallma li għalihom 9 kredti
huma assenjati;
(ii) taqsima studju prattika li għaliha 2 kredti huma
assenjati; u
2 L.S.327.167 ħ
KORS GĦALL-POSTGRADUATE CERTIFICATE IN 
FACILILTATING INCLUSIVE EDUCATION
(iii) essay twil li għalih 3 kredti huma assenjati u li s-
suġġett tiegħu għandu jiġi approvat mill-Bord.
(b) Kull taqsima studju prattika normalment għandha
tieħu madwar 50 siegħa.
(3) It-taqsimiet studju offruti bħala parti mill-kors għandhom
ikunu dawn li ġejjin:
Appreciating Diversity (kredtu)
Personalised Teaching (2 kredti)
Communication Skills (kredtu)
From Multidisciplinary to Transdisciplinary Team Work (2
kredti)
Characteristics of Syndromes and Interventions (kredtu)
Health Education (kredtu)
Curriculum Considerations (kredtu)
Practical Assignment (2 kredti)
Essay Twil (3 kredti).
(4) Katalogu ta’ taqsimiet studju, bil-kredti assenjati għal kull
taqsima studju u li jindika liema taqsimiet studju huma
obbligatorji, għandu jiġi ppublikat fll-bidu ta’ kull kors.
(5) Sabiex ikunu eliġibbli għall-għoti taċ-Ċertifikat, l-istudenti
għandhom jiksbu ta’ l-anqas 13-il kredtu, inklużi l-kredti għat-
taqsimiet studju obbligatorji, matul perijodu ta’ sena akkademika u
jgħaddu mill-eżami finali.
Valutazzjoni. 6. (1) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li
ġejjin f’ordni li jibda mill-ogħla sa l-anqas mertu: A, B, Ċ, D u F,
fejn F tfisser li l-istudent weħel.
(2) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju għandhom jitħallew
jagħmlu riparatorju ta’ dik it-taqsima studju darba biss. L-ogħla
grad li jista’ jingħata wara riparatorju għandu jkun il-grad D.
Eżami finali. 7. (1) L-istudenti li jiksbu n-numru minimu ta’ kredti kif
indikat fir-regolament 5(5) għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu l-
eżami finali.
(2) L-eżami finali għandu jsir fl-aħħar tal-kors (wara sena
akkademika), normalment f’Ġunju, u għandu jikkonsisti f’karta
sinottika u f’eżami orali.
(3) L-istudenti li jeħlu fl-Eżami finali għandhom jitħallew
jagħmlu riparatorju darba oħra biss fi żmien tnax-il xahar mit-
tmiem tal-kors. F’dawn il-każijiet, l-ogħla grad li jista’ jingħata
huwa l-grad minimu li għadda.
Riżultati finali. 8. (1) Ir-riżultati finali għandhom iqisu l-livell milħuq mill-
istudenti fil-komponenti kollha tal-kors kif ġej:
Xogħol matul il-kors 60%
Eżami finali 40%.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jkunu eliġibbli għall-għoti taċ-
KORS GĦALL-POSTGRADUATE CERTIFICATE IN 
FACILILTATING INCLUSIVE EDUCATION ġ L.S.327.167 3
Ċertifikat għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku fil-
kategoriji li ġejjin:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
