KORS GĦAS-CERTIFICATE IN 
FACILILTATING INCLUSIVE EDUCATION ġ L.S.327.168 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.168
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAS-CERTIFICATE 
IN FACILILTATING INCLUSIVE EDUCATION
9 ta’ Frar, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 35 ta’ l-1999.
Titolu u tifsir.
Kors għas-Certificate in Facilitating Inclusive Education.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut għall-Iżvilupp tat-Tfal;
"iċ-Ċertifikat" ifisser is-Certificate in Facilitating Inclusive
Education; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għas-Certificate in Facilitating
Inclusive Education.
Applikabilità .
bdew f’Ottubru 1995 jew wara.
Eliġibbilità .
għandhom ikunu:
(a) rreġistrati bħala studenti regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) temmew il-kors ta’ l-istudji, għaddew mill-eżami finali
u ssodisfaw xi rekwiżiti oħra mniżżla f’dawn ir-
regolamenti; u
(ċ) ssodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha mniżżla f’xi
statuti, regolamenti u ordinamenti oħra rilevanti ta’ l-
Università .
Reġistrazzjoni.
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, jekk huma eliġibbli għad-
dħul skond ir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università .
(2) Il-kandidati għandhom jissodisfaw ukoll lill-Istitut għall-
Iżvilupp tat-Tfal li għandhom id-disposizzjoni meħtieġa għall-
filosofija ta’ edukazzjoni inklużiva. Il-kandidati għandhom ikunu
meħtieġa jattendu intervista/valutazzjoni għal dan il-għan.
Il-programm tal-
kors.
5. (1) Il-kors ta’ l-istudji li jwassal għaċ-Ċertifikat jestendi
fuq perijodu ta’ sena akkademika ta’ studju fuq bażi part-time.
(2) (a) Il-kors għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju li
għalihom 14-il kredtu huma assenjati, inklużi taqsimiet
studju prattiċi li għalihom żewġ kredti huma assenjati.
(b) Kull taqsima studju prattika normalment għandha tieħu
madwar 50 siegħa.
(3) It-taqsimiet studju offruti bħala parti mill-kors għandhom
ikunu dawn li ġejjin:
Appreciating Diversity (kredtu)
2 L.S.327.168 ħ
KORS GĦAS-CERTIFICATE IN 
FACILILTATING INCLUSIVE EDUCATION
Child Development (kredtu)
Psychology of Learning (kredtu)
Personalised Teaching (2 kredti)
Communication Skills (kredtu)
From Multidisciplinary to Transdisciplinary Team Work (2
kredti)
The Teacher as a Conductor
Characteristics of Syndromes and Interventions (kredtu)
Curriculum Considerations (kredtu)
Health Education (kredtu)
Introducing Reading and Writing (kredtu)
Practical Assignment (2 kredti).
(4) Katalogu ta’ taqsimiet studju, bil-kredti assenjati għal kull
taqsima studju u li jindika liema taqsimiet studju huma
obbligatorji, għandu jiġi ppublikat fil-bidu ta’ kull kors.
(5) Sabiex ikunu eliġibbli għall-għoti taċ-Ċertifikat, l-istudenti
għandhom jiksbu ta’ l-anqas 12-il kredtu, inklużi l-kredti għat-
taqsimiet studju prattiċi, matul perijodu ta’ sena akkademika u
jgħaddu mill-eżami finali.
Valutazzjoni. 6. (1) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li
ġejjin f’ordni li jibda mill-ogħla sa l-anqas mertu: A, B, Ċ, D u F,
fejn F tfisser li l-istudent weħel.
(2) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju għandhom jitħallew
jagħmlu riparatorju ta’ dik it-taqsima studju darba biss. L-ogħla
grad li jista’jingħata wara riparatorju għandu jkun il-grad D.
Eżami finali. 7. (1) L-istudenti li jiksbu n-numru ta’ kredti ndikat fir-
regolament 5(5) għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu l-eżami finali.
(2) L-eżami finali għandu jsir fl-aħħar tal-kors (wara sena
akkademika), normalment f’Ġunju, u għandu jikkonsisti f’karta
sinottika u f’eżami orali.
(3) L-istudenti li jeħlu fl-eżami finali għandhom jitħallew
jagħmlu riparatorju darba oħra biss fi żmien tnax-il xahar mit-
tmiem tal-kors. F’dawn il-każijiet, l-ogħla grad li jista’ jingħata
huwa l-grad minimu li għadda.
Riżultati finali. 8. (1) Ir-riżultati finali għandhom iqisu l-livell milħuq mill-
istudenti fil-komponenti kollha tal-kors kif ġej:
Xogħol matul il-kors 60%
Eżami finali 40%.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jkunu eliġibbli għall-għoti taċ-
Ċertifikat għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku fil-
kategoriji li ġejjin:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
