KORS GĦAS-CERTIFICATE IN REHABILITATION 
SKILLS FOR EDUCATORS IN A SPECIAL SETTING ġ L.S.327.169 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.169
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAS-CERTIFICATE 
IN REHABILITATION SKILLS FOR EDUCATORS IN A 
SPECIAL SETTING
9 ta’ Frar, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 36 ta’ l-1999.
Titolu u tifsir.
Kors għas-Certificate in Rehabilitation Skills for Educators in a
Special Setting.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut għall-Iżvilupp tat-Tfal;
"iċ-Ċertifikat" ifisser is-Certificate in Rehabilitation Skills for
Educators in a Special Setting; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għas-Certificate in
Rehabilitation Skills for Educators in a Special Setting.
Applikabilità .
bdew f’Ottubru 1995 jew wara.
Eliġibbilità .
għandhom ikunu:
(a) rreġistrati bħala studenti regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) temmew il-kors ta’ l-istudji, għaddew mill-eżami finali
u ssodisfaw xi rekwiżiti oħra mniżżla f’dawn ir-
regolamenti; u
(ċ) ssodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha mniżżla f’xi
statuti, regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Reġistrazzjoni.
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, jekk huma eliġibbli għad-
dħul skond id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-
Università .
(2) Il-kandidati għandhom jissodisfaw ukoll lill-Istitut għall-
Iżvilupp tat-Tfal li għandhom id-disposizzjoni meħtieġa biex
jaħdmu ma’ tfal b’diżabilità  u ma’ membri oħra tat-tim. Il-
kandidati għandhom ikunu meħtieġa jattendu għal intervista/
valutazzjoni għal dan il-għan.
Il-programm tal-
kors.
5. (1) Il-kors ta’ l-istudji li jwassal għaċ-Ċertifikat jestendi
fuq perijodu ta’ sena akkademika ta’ studju fuq bażi part-time.
(2) Il-kors għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom
sittax-il kredtu huma assenjati, u li sitta minnhom jingħataw għal
taqsimiet studju prattiċi.
(3) Kull taqsima studju prattika normalment għandha tieħu
madwar 50 siegħa.
2 L.S.327.169 ħ
KORS GĦAS-CERTIFICATE IN REHABILITATION 
SKILLS FOR EDUCATORS IN A SPECIAL SETTING
(4) It-taqsimiet studju offruti bħala parti mill-kors għandhom
ikunu dawn li ġejjin:
Team Work - A Transdisciplinary Approach
The Role of the Social Worker
The Role of the Educator I and II
The Role of the Psychologist I and II
The Role of the Communication Therapist I and II
The Roles of the Occupational and Physical Therapists
Health Issues
Special Needs Provision
The Educator as a Conductor I and II (Practicum)
Behaviour Modification (Practicum)
Striving Towards Independence (Practicum)
Communication Pathways (Practicum).
(5) Katalogu ta’ taqsimiet studju, bil-kredti assenjati għal kull
taqsima studju, għandu jiġi ppublikat fil-bidu ta’ kull kors.
(6) Sabiex ikunu eliġibbli għall-għoti taċ-Ċertifikat, l-istudenti
għandhom jiksbu ta’ l-anqas erbatax-il kredtu matul perijodu ta’
sena akkademika u jgħaddu mill-eżami finali.
Valutazzjoni. 6. (1) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li
ġejjin, f’ordni li jibda mill-ogħla sa l-anqas mertu: A, B, Ċ, D u F,
fejn F tfisser li l-istudent weħel.
(2) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju għandhom jitħallew
jagħmlu riparatorju ta’ dik it-taqsima studju darba biss. L-ogħla
grad li jista’ jingħata wara riparatorju għandu jkun il-grad D.
Eżami finali. 7. (1) L-istudenti li jiksbu n-numru minimu ta’ kredti kif
indikat fir-regolament 5(6) għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu l-
eżami finali.
(2) L-eżami finali għandu jsir fl-aħħar tal-kors, normalment
f’Ġunju, u għandu jikkonsisti f’karta sinottika u f’eżami orali.
(3) L-istudenti li jeħlu fl-eżami finali għandhom jitħallew
jagħmlu riparatorju darba oħra biss fi żmien tnax-il xahar mit-
tmiem tal-kors. F’dawn il-każijiet, l-ogħla grad li jista’ jingħata
huwa l-grad minimu li għadda.
Riżultati finali. 8. (1) Ir-riżultati finali għandhom iqisu l-livell milħuq mill-
istudenti fil-komponenti kollha tal-kors kif ġej:
Xogħol matul il-kors 60%
Eżami finali 40%.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jkunu eliġibbli għall-għoti taċ-
Ċertifikat għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku fil-
kategoriji li ġejjin:
Għadda b’Distinzjoni
KORS GĦAS-CERTIFICATE IN REHABILITATION 
SKILLS FOR EDUCATORS IN A SPECIAL SETTING ġ L.S.327.169 3
Għadda.
