GRAD TA’ LIĊENZJAT FIT-TEOLOĠIJA MQADDSA - S.TH.L. ġ L.S.327.17 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.17
REGOLAMENTI GĦALL-GRAD TA’ LIĊENZJAT 
FIT-TEOLOĠIJA MQADDSA - S.TH.L.
19 ta’ Novembru, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 196 ta’ l-1990.
Titolu.
Grad ta’ Liċenzjat fit-Teoloġija Mqaddsa, u dawn ir-regolamenti
jgħoddu għall-korsijiet li bdew fl-1987 jew wara.
Dħul.
fit-Teoloġija Mqaddsa irid:
(a) ikun irreġistrat bħala student matrikolat skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) jissodisfa r-rekwiżiti speċja1i tal-kors skond ir-
regolament 3;
(ċ) itemm il-kors ta’ l-istudji, jikkwalifika fit-testijiet u fl-
eżamijiet u jissodisfa kull rekwiżit ieħor kif mitlub
f’dawn ir-regolamenti;
(d) jissodisfa kull rekwiżit ieħor mitlub minn xi Statuti
jew Regolamenti oħrajn ta’ l-Università  li jkunu
rilevanti.
It-tul tal-kors.
jieħu sentejn.
2.2 Fuq rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Fakultà , is-Senat jista’
jippermetti li kandidat itemm il-kors fi żmien itwal taħt dawk il-
kondizzjonijiet li l-Bord tal-Fakultà  jħoss il-bżonn li jimponi.
Ħtiġiet għad-dħul.
Grad ta’ S.Th.L. jekk ikollu l-Grad ta’ Baċellerat fit-Teoloġija ta’
din il-Fakultà  jew grad ekwivalenti fit-Teoloġija minn università
rikonoxxuta għal dan il-għan mill-Bord tal-Fakultà .
3.2 Kandidat, li jkun segwa kors fit-Teoloġija f’istituzzjoni
oħra rikonoxxuta għal dan il-għan mill-Bord tal-Fakultà  u laħaq
livell meqjus suffiċjenti, jista’ japplika lill-Fakultà  għad-dħul fil-
kors li jwassal għall-S.Th.L.
Dan il-kandidat:
(i) ikollu joqgħod għal eżami ta’ l-istess standard
ta’ l-eżami finali ta’ l-S.Th.B. u jista’ jkun ukoll
dan l-istess eżami;
(ii) ikun meħtieġ li jissodisfa xi kondizzjonijiet oħra
kif jidher li jkun meħtieġ mill-Bord tal-Fakultà .
Kors ta’ studju.
friegħi speċifiċi tat-Teoloġija.
4.2 Il-kandidati jistgħu jagħżlu biss dik il-fergħa jew dawk il-
friegħi ta’ studju li l-Fakultà  toffri dak iż-żmien.
4.3 Il-kors ta’ l-istudji jikkonsisti f’għadd ta’ unitajiet ta’
2 L.S.327.17 ħ GRAD TA’ LIĊENZJAT FIT-TEOLOĠIJA MQADDSA - S.TH.L.
studju, ma’ kull unità  ta’ studju l-Bord tal-Fakultà  jorbot għadd
speċifiku ta’ kredti.
4.4 Is-sillabu, bil-lista ta’ l-unitajiet għall-fergħa jew friegħi
ta’ speċjalizzazzjoni, jiġi ppubblikat fil-bidu tal-kors.
4.5 Biex itemm il-kors ta’ l-istudji kandidat jintalab jieħu ta’ l-
inqas 40 kredti.
4.6 Id-Dekan jista’ jeżenta kandidat minn massimu ta’ terz ta’
l-għadd tal-kredti sakemm il-kandidat jagħti xiehda akkademika
suffiċjenti li turi l-unitajiet ta’ studju li minnhom tintalab l-
eżenzjoni ġew sostanzjalment magħmula minnu.
Testijiet u l-eżami 
finali.
5.1 Isir test fi tmiem kull unità  ta’ studju u eżami finali
komprensiv bil-miktub fi tmiem ir-raba’ semestru.
5.2 L-għalliem ta’ l-unità  ta’ studju jara kif imur kull kandidat
fi tmiem kull unità  ta’ studju kif muri fis-sillabu. F’każ li jeħel, il-
kandidat ikollu l-jedd għal darba li jerġa’ jagħmel it-test, li
jinżamm fi żmien sitt xhur.
5.3 Kandidat li jerġa’ jeħel f’unità  ta’ studju jew unitajiet ta’
studju li b’kollox jinkludu tliet kredti jew inqas li jingħataw
f’semestru wieħed, jista’ jerġa’ jirreġistra għall-unità  ta’ studju jew
unitajiet ta’ studju li jkun weħel fihom u joqgħod għal test ieħor.
F’dan il-każ l-unità  ta’ studju jew unitajiet ta’ studju jingħataw
f’forma stabbilita mill-għalliem/a kkonċernat/i f’konsultazzjoni
mad-Dekan. Din il-konċessjoni tista’ tingħata darba biss matul il-
kors ta’ l-istudji.
5.4 Ebda kandidat ma jitħalla jagħmel l-eżami komprensiv
qabel ma jkun ħa l-kredti mitluba kollha.
5.5 Bord ta’ Eżaminaturi imexxu l-eżami finali. Il-Bord ta’
Eżaminaturi jista’ jfittex l-għajnuna ta’ għalliema oħra mill-istaff li
jkunu għallmu fil-kors ta’ l-S.Th.L. kemm biex jiktbu l-karti ta’ l-
eżami kif ukoll biex jagħtu l-marki.
5.6 Kandidat li jeħel fl-eżami finali jista’ jitħalla mill-Bord tal-
Fakultà , fuq rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi, biex
jerġa’ jagħmel l-eżami f’sessjoni oħra li ma tistax issir la qabel sitt
xhur u lanqas wara tnax-il xhar mill-ewwel eżami. Kandidat jista’
jitħalla jerġa’ jagħmel dan l-eżami darba biss.
Dissertazzjoni. 6.1 Kandidat għandu jikteb dissertazzjoni fuq suġġett approvat
biex juri l-ħila tiegħu li jagħmel b’mod sodisfaċenti xogħol ta’
riċerka xjentifika fit-Teoloġija.
6.2 It-titolu tad-dissertazzjoni għandu jiġi sottomess għall-
approvazzjoni tal-Bord tal-Fakultà  qabel it-tmiem ta’ l-ewwel sena
tal-kors ta’ studji.
6.3 Il-Bord tal-Fakultà  għandu jaħtar membru tal-Fakultà  biex
ikun supervisor għal kull dissertazzjoni.
6.4 Kandidat jista’ jissottometti d-dissertazzjoni tiegħu wara l-
bidu tar-raba’ semestru.
6.5 Kull dissertazzjoni għandha tiġi eżaminata minn Bord ta’
Eżaminaturi ta’ żewġ membri maħtura għal dan il-għan. Sakemm
il-Bord tal-Fakultà  ma jirrakkomandax mod ieħor is-supervisor
GRAD TA’ LIĊENZJAT FIT-TEOLOĠIJA MQADDSA - S.TH.L. ġ L.S.327.17 3
ikun wieħed mill-eżaminaturi.
6.6 Il-kandidat għandu jiddefendi verbalment id-dissertazzjoni
tiegħu quddiem persuni oħra li jistgħu jiġu nominati mill-Bord tal-
Fakultà .
6.7 Kandidat jista’ jagħti d-dissertazzjoni biex tiġi kkoreġuta
sa tnax-il xhar wara li jkun għadda l-eżami finali. Il-Bord tal-
Fakultà  jista’ jtawwal dan iż-żmien b’sitt xhur u, f’ċirkostanzi
speċjali biss, b’aktar.
6.8 Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’:
(i) japprova d-dissertazzjoni kif ippreżentata mill-
kandidat; jew
(ii) jirrikjedi mill-kandidat li jagħmel modifiki
għad-dissertazzjoni qabel ma jerġa’
jissottomettiha għal eżami ieħor; jew
(iii) ma japprovax id-dissertazzjoni.
6.9 Kandidat li jkun mitlub li jagħmel modifiki fid-
dissertazzjoni għandu jissottomettiha bil-modifiki meħtieġa kif
indikati mill-Bord ta’ l-Eżaminaturi fi żmien tliet xhur minn meta
jiġi mgħarraf bid-deċiżjoni tagħhom.
6.10 Jekk id-dissertazzjoni tiġi meqjusa inadegwata, il-Bord ta’
l--Eżaminaturi jista’ jirrakkomanda lill-Bord tal-Fakultà  illi l-
kandidat iżid aktar fir-riċerka fuq issuġġett tad-dissertazzjoni
tiegħu u wara jkun jista’ jitħalla jerġa jippreżenta mill-ġdid ix-
xogħol kif rivedut fi żmien mhux aktar minn tmintax-il xahar.
Riżultati.
jgħaddu l-eżami finali komprensiv jiġu ppubblikati f’ordni
alfabetiku. Il-marka li tingħata tiġi kkomunikata lill-kandidati fuq
talba tagħhom u fil-privat.
7.2 Kandidat, li jgħaddi minn unità  ta’ studju wara r-
riparatorju skond ir-regolament 5.2 jew mill-eżami finali
komprensiv skond ir-regolament 5.6, jingħata biss marka li għadda
f’dawn l-unitajiet ta’ studju jew f’dan l-eżami, għall-għanijiet tal-
klassifikazzjoni tal-grad.
7.3 Il-klassifikazzjoni tal-grad tqis ir-riżultati ta’ l-unitajiet ta’
studju, ir-riżultati ta’ l-eżami finali u tad-dissertazzjoni skond il-
proporzjon li ġej:
L-unitajiet ta’ studju 50%
L-eżami finali komprensiv 25%
Dissertazzjoni 25%.
7.4 L-ismijiet tal-kandidati li jkunu għaddew l-eżamijiet ta’ l-
S.Th.L. u li jkollhom id-dissertazzjoni tagħhom approvata, jiġu
ppubblikati fordni alfabetiku f’dawn il-kategoriji:
Għadda bl-ogħla tifħir (Summa cum laude)
Għadda b’tifħir (Magna cum laude)
Għadda tajjeb (Cum laude)
Sodisfaċenti (Bene probatus)
4 L.S.327.17 ħ GRAD TA’ LIĊENZJAT FIT-TEOLOĠIJA MQADDSA - S.TH.L.
Għadda (Probatus).
Dħul mill-ġdid fil-
kors.
8.1 Kandidat, li għal raġunijiet speċjali aċċettabbli għall-Bord
tal-Fakultà  ma jkunx jista’ jtemm il-kors fiż-żmien stipulat, jista’
jitħalla jingħaqad ma’ kors ieħor taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-
Bord tal-Fakultà  jista’ jiddetermina f’kull każ. Dan il-permess ma
jista’ qatt jingħata aktar minn darba.
