GĦAŻLA TA’ L-APPLIKANTI GĦAD-DĦUL FIL-KORS 
GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
DENTAL SURGERY - B.CH.D. ġ L.S.327.170 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.170
REGOLAMENTI GĦALL-GĦAŻLA TA’ 
L-APPLIKANTI GĦAD-DĦUL FIL-KORS GĦALL-
GRAD TA’ BACHELOR OF DENTAL SURGERY - 
B.CH.D.
15 ta’ Lulju, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 171 ta’ l-2003.
Titolu u 
interpretazzjoni.
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti għall-
Għażla ta’ l-Applikanti għad-Dħul fil-Kors għall-Grad ta’ Bachelor
of Dental Surgery - B.Ch.D.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Bachelor of
Dental Surgery - B.Ch.D.
Applikabilità .
jwasslu għall-grad ta’ Bachelor of Dental Surgery - B.Ch.D. - li
jibdew f’Ottubru 2003 jew wara.
L-għażla ta’ l-
applikanti.
3. In-numru ta’ l-istudenti li jistgħu jidħlu fil-kors għandu
jkun limitat skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
Numru ta’ studenti.
Maltin u jkun hemm żewġ postijiet oħra għall-studenti barranin.
Rekwiżiti għar-
reġistrazzjoni.
5. Biex jidħlu fil-kors l-applikanti għandhom jissodisfaw ir-
rekwiżiti għar-reġistrazzjoni bħala studenti regolari ta’ l-Università
kif speċifikat fir-Regolamenti għad-Dħul u r-rekwiżiti l-oħra kollha
għad-dħul fil-kors kif speċifikati fir-regolamenti kollha tal-kors.
Applikanti 
eliġibbli.
6. Jekk ikun hemm aktar minn sitt applikanti Maltin eliġibbli,
l-aħjar sitt applikanti għandhom jintgħażlu mill-Bord tad-Dħul ta’
l-Università  wara li jitlob il-parir tal-Kumitat tad-Dħul tal-Fakultà
tal-Kirurġija Dentali skond il-kriterji għall-għażla kif speċifikati
fir-regolament 7(6).
Il-kriterji għall-
għażla.
7. (1) Il-gradi miksuba fis-suġġetti li ġejjin fil-livell indikat
għandhom ikunu kkunsidrati l-ewwel:
(a) il-Kimika fil-Livell Avanzat u l-Bijoloġija fil-Livell
Avanzat, minn hawn ’il quddiem imsejħa bħala s-
suġġetti primarji; u
(b) il-Fiżika, jew fil-Livell Avanzat jew fil-Livell
Intermedju, minn hawn ’il quddiem imsejħa bħala s-
suġġett sekondarju.
(2) Grad miksub f’suġġett sekondarju meħud fil-Livell
Avanzat għandu, għall-għan ta’ l-għażla, ikun mogħti l-istess valur
bħall-istess grad miksub f’suġġett sekondarju fil-Livell Intermedju.
(3) L-applikanti li jkollhom ir-rekwiżiti ġenerali għad-dħul
jistgħu joffru ċertifikati li għaddew fis-suġġetti primarji u/jew fis-
2 L.S.327.170 ħ
GĦAŻLA TA’ L-APPLIKANTI GĦAD-DĦUL FIL-KORS 
GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
DENTAL SURGERY - B.CH.D.
suġġett sekondarju, jew bħala parti mir-rekwiżiti ġenerali għad-
dħul jew b’żieda mar-rekwiżiti ġenerali għad-dħul.
(4) Meta l-applikanti joffru aktar minn ċertifikat wieħed li
għaddew fl-istess suġġett, għandu jitqies l-aħjar grad.
(5) Għall-għanijiet ta’ l-għażla, ċertifikat li għadda miksub
f’sessjoni ta’ l-eżamijiet li ssir wara li r-riżultati ta’ sessjoni ta’
qabilha kienu ppublikati, għandu jitqies li hu ċertifikat li għadda
miksub f’sessjoni li hija distinta minn ta’ qabilha. Dan ir-
regolament għandu japplika wkoll għas-sessjoni supplimentari ta’
l-Eżami għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola offrut mill-Bord tal-
MATSEC ta’ l-Università  ta’ Malta skond id-disposizzjonijiet tar-
Regolamenti dwar l-Eżami għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola u dan
minkejja xi regolament ieħor dwar l-għoti taċ-Ċertifikat tal-
Matrikola.
(6) Is-sitt applikanti Maltin għandhom ikunu magħżula minn
fost l-applikanti Maltin eliġibbli kollha skond il-kategoriji li ġejjin,
imniżżlin fl-ordni ta’ preferenza:
L-ewwel kategorija: dawk b’2 "A" fis-suġġetti primarji u
"A" fis-suġġett sekondarju miksuba
f’sessjoni waħda
It-tieni kategorija: dawk b’2 "A" fis-suġġetti primarji u
"B" fis-suġġett sekondarju miksuba
f’sessjoni waħda
It-tielet kategorija: dawk b’2 "A" fis-suġġetti primarji u
"C" fis-suġġett sekondarju miksuba
f’sessjoni waħda
u dawk b’ "A" waħda u "B" waħda fis-
suġġetti primarji u "A" fis-suġġett
sekondarju miksuba f’sessjoni waħda
Ir-raba’ kategorija: dawk b’"A" waħda u "B" waħda fis-
suġġetti primarji u "B" fis-suġġett
sekondarju miksuba f’sessjoni waħda
Il-ħames kategorija:  dawk b’"A" waħda u "B" waħda fis-
suġġetti primarji u "C" fis-suġġett
sekondarju miksuba f’sessjoni waħda
u dawk b’2 "B" fis-suġġetti primarji u "A’
fis-suġġett sekondarju miksuba
f’sessjoni waħda
Is-sitt kategorija: dawk b’2 "B" fis-suġġetti primarji u
"B" fis-suġġett sekondarju miksuba
f’sessjoni waħda
Is-seba’ kategorija: dawk b’2 "B" fis-suġġetti primarji u
"C" fis-suġġett sekondarju miksuba
f’sessjoni waħda
It-tmien kategorija: dawk b’"A" waħda u "C" waħda fis-
suġġetti primarji u "A" fis-suġġett
sekondarju miksuba f’sessjoni waħda
GĦAŻLA TA’ L-APPLIKANTI GĦAD-DĦUL FIL-KORS 
GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
DENTAL SURGERY - B.CH.D. ġ L.S.327.170 3
Id-disa’ kategorija: dawk b’"A" waħda u "C" waħda fis-
suġġetti primarji u "B" fis-suġġett
sekondarju miksuba f’sessjoni waħda
L-għaxar kategorija: dawk b’"A" waħda u "C" waħda fis-
suġġetti primarji u "C" fis-suġġett
sekondarju miksuba f’sessjoni waħda
Il-ħdax-il kategorija: dawk b’"B" waħda u "C" waħda fis-
suġġetti primarji u "A" fis-suġġett
sekondarju miksuba f’sessjoni waħda
It-tnax-il kategorija: dawk b’"B" waħda u "C" waħda fis-
suġġetti primarji u "B" fis-suġġett
sekondarju miksuba f’sessjoni waħda
It-tlettax-il kategorija: dawk b’"B" waħda u "C" waħda fis-
suġġetti primarji u "C" fis-suġġett
sekondarju miksuba f’sessjoni waħda
L-erbatax-il kategorija: dawk b’2 "C" fis-suġġetti primarji u
"A" fis-suġġett sekondarju miksuba
f’sessjoni waħda
Il-ħmistax-il kategorija: dawk b’2 "C" fis-suġġetti primarji u
"B" fis-suġġett sekondarju miksuba
f’sessjoni waħda
Is-sittax-il kategorija: dawk b’2 "C" fis-suġġetti primarji u
"C" fis-suġġett sekondarju miksuba
f’sessjoni waħda
(7) Jekk in-numru ta’ applikanti Maltin li jaqgħu taħt l-aħħar
kategorija ta’ applikanti eliġibbli biex jidħlu skond id-
disposizzjonijiet tas-subregolament (6) huwa tali li n-numru totali
ta’ applikanti biex jidħlu jaqbeż is-sitta, f’dan il-każ l-applikanti
f’dik il-kategorija għandhom ikunu intervistati minn Bord tad-Dħul
ad hoc maħtur mis-Senat sabiex jimla l-post jew il-postijiet li
jibqa’.
(8) Iż-żewġ postijiet riservati għall-studenti barranin
għandhom jimtlew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tad-Dħul
tal-Fakultà  tal-Kirurġija Dentali wara li jikkonsidra l-kwalifiki
globali ta’ l-applikanti barranin. L-applikanti jistgħu jkunu
meħtieġa jattendu għal intervista.
