KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
EDUCATION (HONOURS) - B.ED. (HONS.) ġ L.S.327.171 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.171
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF EDUCATION (HONOURS) - B.ED. 
(HONS.)
15 ta’ Ġunju, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 103 ta’ l-1999, kif emendat bl-Avviżi Legali 172 ta’ l-
2000, 280 ta’ l-2001, u 199 u 304 ta’ l-2002.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Education (Honours) - B.Ed.
(Hons).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Fakultà " tfisser il-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Education (Honours) -
B.Ed. (Hons); u
"il-kors" ifisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-Grad ta’
Bachelor of Education (Honours) - B.Ed. (Hons).
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 172 ta’ l-
2000;
A.L. 280 ta’ l-
2001;
A.L. 304 ta’ l-
2002.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
Eliġibbilità  għall-
Grad.
Emendat:
A.L. 304 ta’ l-
2002.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti rcgolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università  u jissodisfaw
ir-rekiviżiti speċjali għall-kors stipulati fir-regolament
6;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji u jissodisfaw ir-rekwiżiti
kollha preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti fi statuti,
f’regolamenti u f’ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Universià .
Dħul.
Emendat:
A.L. 304 ta’ l-
2002.
4. (1) L-applikanti għandhom japplikaw biex jirreġistraw
għall-kors fuq il-formola preskritta u fiż-żmien speċifikat mill-
Uffiċċju tar-Reġistratur. L-applikanti għandhom jindikaw l-għażla
tagħhom bejn l-Edukazzjoni Primarja u l-Edukazzjoni Sekondarja
bħala l-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tagħhom.
(2) Biex ikunu rreġistrati bħala studenti regolari fil-kors, l-
applikanti għandhom, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali
għad-dħul speċifikati fir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ,
jissodisfaw ir-rekwiżiti speċjali għall-kors indikati fir-regolament 6
kif ukoll ir-rekiżiti speċjali għall-kors tal-fakultà  li toffri s-suġġett/
2 L.S.327.171 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
EDUCATION (HONOURS) - B.ED. (HONS.)
s-suġġetti magħżula bħala oqsma ta’ tagħlim skond ir-regolament
6.3.2 tar-Regolamenti għad-Dħul, fejn dan japplika.
Applikanti li 
jagħżlu d-Disinn 
Tekniku u t-
Teknoloġija jew is-
Suġġetti tekniċi.
Miżjud:
A.L. 304 ta’ l-
2002.
5. L-applikanti li jagħżlu d-Disinn Tekniku u t-Teknoloġija
jew is-Suġġetti Tekniċi jistgħu jidħlu skond id-disposizzjonijiet
tar-regolament 6.3.1 tar-Regolanenti għad-Dħul sakemm ikollhom:
(a) ħames ċertifikati li għaddew bi grad 5 jew ogħla fl-
Eżami għaċ-Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja, li
jinkludu l-Ilsien Ingliż u l-Malti;
(b) ċertifikat li għaddew fis-Systems of Knowledge fl-
Eżami għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola fil-Livell
Intermedju; u
(ċ) l-Advanced Technicians Diploma tas-City and Guilds
of the London Institute, jew kwalifika kkonsidrata
ekwivalenti mill-Bord għad-Dħul ta’ l-Università  fuq
ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
Rekwiżiti speċjali 
għad-dħul.
Emendat:
A.L. 199 ta’ l-
2002;
A.L. 304 ta’ l-
2002.
6. (1) Biex l-applikanti jagħżlu l-Edukazzjoni Primarja bħala
qasam ta’ speċjalizzazzjoni, iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti speċjali
għall-kors li ġejjin:
(a) għad-dħul f’Ottubru 1999 biss: ma hemmx rekwiżiti
speċjali għall-kors; u
(b) għad-dħul f’Ottubru 2000 jew wara: l-applikanti jridu
jkunu għaddew fil-Livell Intermedju bi Grad Ċ jew
aħjar fl-Ingliż, fil-Malti, u f’wieħed minn dawn: il-
Matematika Applikata, il-Bijoloġija, il-Kimika, ix-
Xjenza Ambjentali, il-Fiżika u l-Matematika Pura.
(2) Biex l-applikanti jagħżlu l-Edukazzjoni Sekondarja bħala
qasam ta’ speċjalizzazzjoni, iridu jippreżentaw ċertifikati li
għaddew fil-Livell Avanzat bi Grad Ċ jew aħjar f’kull wieħed miż-
żewġ suġġetti magħżula bħala oqsma ta’ tagħlim mill-Gruppi A u
B, iżda:
(a) għall-Computing: ċertifikat li għadda fil-Livell
Avanzat bi Grad Ċ jew aħjar fil-Computing huwa
meħtieġ, flimkien ma’ ċertifikat li għadda fil-Livell
Intermedju bi Grad Ċ jew aħjar fil-Matematika Pura
(ċertifikat li għadda fil-Livell Avanzat fl-Information
Technology jew fil-Matematika Pura ma jistax jiġi
offrut minflok il-Computing);
(b) għall-Personal and Social Education: ċertifikat li
għadda ieħor fil-Livell Avanzat bi Grad Ċ jew aħjar
jew fil-Filosofija jew fis-Soċjoloġija; u
(ċ) għall-Edukazzjoni Fiżika: ċertifikat li għadda fil-
Livell Avanzat bi Grad Ċ jew aħjar fi kwalunkwe
suġġett; huwa meħtieġ ukoll li jgħaddu minn test ta’
profiċjenza fl-edukazzjoni fiżika, ikollhom ċertifikat
mediku, u jippreżentaw portfolio bħala evidenza ta’ l-
interess u l-impenn tagħhom għall-Edukazzjoni Fiżika
u l-Isport.
(3) Il-kwalifiki li ġejjin huma meħtieġa biex l-applikanti
jagħżlu suġġetti minn Grupp Ċ kif indikati fir-regolament 8(4):
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
EDUCATION (HONOURS) - B.ED. (HONS.) ġ L.S.327.171 3
(a) għall-Home Economics: ċertifikat li għadda fil-Livell
Avanzat bi Grad Ċ jew aħjar fil-Home Economics and
Human Ecology u ċertifikat li għadda fil-Livell
Avanzat bi Grad Ċ jew aħjar f’xi suġġett ieħor;
(b) għad-Disinn Tekniku u t-Teknoloġija:
għal Ottubru 1999 biss: ċertifikat li għadda fil-
Livell Avanzat bi Grad Ċ jew aħjar fl-
Engineering Drawing jew fil-Komunikazzjoni
Grafika u ċertifikat li għadda fil-Livell
Intermedju jew ogħla f’wieħed mis-suġġetti li
ġejjin: il-Matematika Applikata jew il-
Matematika Pura, l-Arti, il-Computing jew l-
Information Technology, il-Fiżika;
għal Ottubru 2000 jew wara: ċertifikat li għadda
fil-Livell Avanzat bi Grad Ċ jew aħjar fl-
Engineering Drawing jew fil-Komunikazzjoni
Grafika u ċertifikat li għadda fll-Livell Avanzat
bi Grad Ċ jew aħjar f’xi suġġett ieħor;
(ċ) għall-Matematika: ċertifikat li għadda fil-Livell
Avanzat bi Grad Ċ jew aħjar fil-Matematika Pura u
ċertifikat li għadda fil-Livell Avanzat bi Grad Ċ jew
aħjar fxi suġġett iehor;
(d) għall-Computing: ċertifikat li għadda fil-Livell
Avanzat hi Grad Ċ jew aħjar fil-Computing flimkien
ma’ ċertifikat li għadda fil-Livell Intermedju bi Grad Ċ
jew aħjar fil-Matematika Pura u ċertifikat li għadda
fil-Livell Avanzat bi Grad Ċ jew aħjar f’xi suġġett
ieħor (ċertifikat li għadda fil-Livell Avanzat fl-
Information Technology jew fil-Matematika Pura ma
jistax jiġi offrut minflok il-Computing);
(e) għas-Suġġetti Tekniċi: ċertifikat li għadda f’ħames
suġġetti fl-Eżami għaċ-Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni
Sekondarja li jinkludu l-Ilsien Ingliż u l-Malti;
ċertifikat li għadda fl-Oqsma ta’ l-Għerf; u jew il-
Higħer Technician Diploma, jew id-Diploma in
Industrial Electronics (bi kredtu) tal-Fellenberg
Training Centre jew it-Technological Certificate kollu
tas-City and Guilds of London Institute jew l-
ekwivalenti.
Applikanti li 
jkollhom kwalifiki 
oħra.
Miżjud:
A.L. 304 ta’ l-
2002.
7. L-applikanti li jkollhom kwalifiki oħra kkunsidrati
suffiċjenti jistgħu jkunu eżentati mill-Bord għad-Dħul ta’ l-
Università , fuq il-parir tal-Kumitat għad-Dħul tal-Fakultà , mir-
rekwiżiti speċjali għall-kors kollha jew minn xi parti minnhom.
Għażla tas-
suġġetti.
Emendat:
A.L. 172 ta’ l-
2000;
A.L. 280 ta’ l-
2001;
A.L. 199 ta’ l-
2002;
A.L. 304 ta’ l-
2002.
8. (1) Is-suġġetti jintgħażlu kif ġej: żewġ suġġetti jew minn
Grupp A jew minn Grupp B, jew suġġett wieħed minn Grupp Ċ,
jew xi suġġett jew abbinament ta’ suġġetti kif approvat mis-Senat
fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord. Jekk is-suġġetti jkunux offruti
jiddependi mir-riżorsi li jkun hemm u min-numru ta’ applikanti li
jagħżluhuom.
(2) (a) Is-suġġetti f’Grupp A huma dawn li ġejjin: l-Arti, l-
4 L.S.327.171 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
EDUCATION (HONOURS) - B.ED. (HONS.)
lngliż, il-Franċiż, il-Ġeografija, l-Istudji tal-Ġermaniż,
l-Istorja, il-Home Economics, it-Taljan, il-Malti, l-
Istudji tal-Mużika, il-Personal and Social Education,
l-Edukazzjoni Fiżika, it-Tagħlim Reliġjuż, l-Ispanjol.
(b) Kwalunkwe għażla ta’ suġġetti minn Grupp A hija
possibbli, ħlief għal dawn li ġejjin:
- il-Malti flimkien jew ma’ l-Ingliż, jew mat-
Taljan, jew ma’ l-Edukazzjoni Fiżika, jew mat-
Tagħlim Reliġjuż.
- l-Edukazzjoni Fiżika mat-Tagħlim Reliġjuż.
(ċ) Dawn l-għażliet ta’ suġġetti minn Grupp A
normalment ma jkunux offruti:
- l-Arti u l-Franċiż;
- l-Ingliż u l-Istudji tal-Mużika;
- il-Ġeografija u jew il-Malti jew l-Edukazzjoni
Fiżika jew it-Tagħlim Reliġjuż;
- l-Istdji tal-Ġermaniż u jew l-Istorja jew il-
Personal and Social Education;
- l-Istorja u l-Personal and Social Education;
- il-Home Economics u t-Taljan;
- l-Ispanjol u l-Ingliż;
- l-Ispanjol u l-Istudji tal-Mużika.
(3) Fi Grupp B is-suġġetti jintgħażlu mis-suġġetti abbinati kif
ġej: il-Bijoloġija u l-Kimika; il-Kimika u l-Fiżika; il-Matematika u
l-Computing; il-Matematika u l-Fiżika; il-Computing u l-Fiżika.
(4) Is-suġġetti fi Grupp Ċ huma dawn li ġejjin: il-Computing,
il-Home Economics, il-Matematika, id-Disinn Tekniku u t-
Teknoloġija, u s-Suġġetti Tekniċi.
Tul tal-kors.
Emendat:
A.L. 304 ta’ l-
2002.
9. (1) Il-kors jinfirex fuq perijodu ta’ erba’ snin ta’ studju fuq
bażi full-time. Il-Bord jista’ jħalli studenti jtemmu l-kors f’mhux
aktar minn ħames snin minn meta jidħlu l-ewwel darba fil-kors.
(2) F’ċirkostanzi speċjali, is-Senat jista’ jippermetti estensjoni
oħra ta’ sena, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
(3) Is-Senat, li jaġixxi fuq il-parir tal-Bord, jista’ jħalli
studenti, għal raġuni tajba u valida, jissospendu l-istudji tagħhom
għal mhux aktar minn tnax-il xahar.
Reġistrazzjoni 
għall-kors u għat-
taqsimiet studju.
Emendat:
A.L. 304 ta’ l-
2002.
10. (1) L-istudenti huma meħtieġa jerġgħu jirreġistraw qabel
il-bidu ta’ kull sena akkademika u jirreġistraw għat-taqsimiet
studju qabel il-bidu ta’ kull semestru fiż-żmien stipulat mill-
Uffiċċju tar-Reġistratur.
(2) Kull sena l-istudenti għandhom ikunu meħtieġa
jirreġistraw għal komponenti tal-kors li għalihom mhux aktar minn
30 kredtu huma assenjati, sakemm li l-Bord jista’, f’ċirkostanzi
speċjali, jħalli studenti jirreġistraw għal għadd ta’ kredti li hu aktar
minn dak speċifikat f’dan ir-regolament.
(3) Hija r-responsabilità  ta’ l-istudenti kollha li jiksbu dawk it-
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
EDUCATION (HONOURS) - B.ED. (HONS.) ġ L.S.327.171 5
taqsimiet studju indikati bħala obbligatorji. Barra minn dan, il-
Bord jista’ jitlob ċerti studenti biex jiksbu taqsimiet studju
partikolari indikati minnu.
(4) L-istudenti jingħataw grad għal taqsima studju biss jekk
ikunu rreġistraw għaliha fuq il-Formola ta’ Reġistrazzjoni għat-
Taqsimiet Studju. Fil-bidu ta’ kull semestru, l-istudenti jistgħu
jżidu jew inaqqsu xi taqsima studju fuq il-formola preskritta u fiż-
żmien stipulat mir-Reġistratur.
(5) L-istudenti huma mistennija jinfurmaw lir-Reġistratur bil-
miktub jekk huma jirriżenjaw mill-kors, u jagħtu d-data tar-riżenja
tagħhom.
Il-kors ta’ l-istudji.
Emendat:
A.L. 199 ta’ l-
2002;
A.L. 304 ta’ l-
2002.
11. (1) Il-kors ta’ l-istudji bl-Edukazzjoni Primarja bħala
qasam ta’ speċjalizzazzjoni għandu normalment jikkonsisti minn
dan li ġej:
(a) taqsimiet studju fl-oqsma li ġejjin:
Primary Studies (Content and Professional)
Primary Subject Specialisation
Primary Cycle Specialisation
Foundations in Education
Personal Skills
Pedagogy
Research Methods
English Language Proficiency
Basic Computer Proficiency;
(b) erba’ pjazzamenti fl-iskejjel; u
(ċ) dissertazzjoni/proġett.
(2) Il-kors ta’ l-istudji bl-Edukazzjoni Sekondarja bħala qasam
ta’ speċjaliżżazzjoni għandu normalment jikkonsisti minn dan li
ġej:
(a) taqsimiet studju f’Qasam jew f’żewġ Oqsma ta’
Tagħlim magħżula kif stipulat fir-regolament 8, fl-
oqsma li ġejjin:
Subject Content Studies
Methodology in the Teaching Area/s
Foundations in Education 
Personal Skills
Resources, Information and Communication
Technologies in Education
Diversity in the Classroom
Research Methods
English Language Proficiency
Basic Computer Proficiency;
(b) erba’ pjazzamenti fl-iskejjel; u
(ċ) dissertazzjoni/proġett.
(3) It-taqsimiet studju fl-English Language Proficiency u fil-
6 L.S.327.171 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
EDUCATION (HONOURS) - B.ED. (HONS.)
Basic Computer Proficiency huma obbligatorji għall-istudenti
kollha. Il-Bord jista’ jeżenta l-istudenti milli jsegwu dawn it-
taqsimiet studju jekk huma jgħaddu mit-testijiet apposta li jsiru fi
żmien speċifikat mill-Bord. L-istudenti huma meħtieġa jgħaddu
mit-testijiet f’dawn is-suġġetti sat-tmiem tat-tieni sena ta’ l-istudji
tagħhom. Jekk dan ir-rekwiżit ma jiġix sodisfatt, l-istudenti
għandhom ikunu meħtieġa jħallu l-kors.
(4) L-istudenti li jagħżlu l-Edukazzjoni Primarja bħala l-qasam
ta’ speċjalizzazzjoni tagħhom għandhom ikunu meħtieġa joqogħdu
għall-test fil-Maltese Language Proficiency. L-istudenti huma
meħtieġa jgħaddu mit-test sat-tmiem tat-tieni sena ta’ l-istudji
tagħhom. Jekk ma jagħmlux dan, l-istudenti għandhom ikunu
meħtieġa jħallu l-kors.
(5) Il-Bord jista’ jeżenta lill-istudenti mir-rekwiżit li jiksbu
kredtu fit-taqsimiet studju l-oħra jekk huma jkunu kisbu mill-
Università , jew minn istituzzjoni rikonoxxuta mis-Senat għal dan
il-għan, kwalifika li l-istudju għaliha hu, fl-opinjoni tal-Bord, ta’
lanqas ekwivalenti fil-kontenut u fil-livell għal dak meħtieġ għal
kredtu kkonċernat, iżda:
(a) eżenzjoni ma tingħatax għal aktar minn terz ta’ l-
għadd minimu ta’ kredti meħtieġa għall-għoti tal-
Grad;
(b) il-kredti għandhom normalment ikunu ġew miksuba
matul l-aħħar ħames snin; u
(ċ) eżenzjoni ma tingħatax fil-każ ta’ l-aħħar pjazzament
fl-iskejjel jew mid-dissertazzjoni/proġett, ħlief
f’ċirkostanzi speċjali.
(6) Il-Bord jista’ jħalli l-istudenti jsegwu taqsimiet studju
f’università  jew istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja oħra, sakemm li
l-kredti miksuba jkunu valutati skond il-kriterji stabbiliti mill-
Bord.
Katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
Emendat:
A.L. 304 ta’ l-
2002.
12. Il-Bord għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet studju. Il-
katalogu għandu jindika l-kodiċi, it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip
ta’ kull taqsima studju, il-kredti assenjati għal kull taqsima studju,
liema taqsimiet studju huma obbligatorji, liema għandhom jittieħdu
flimkien jew meħtieġa jittieħdu qabel taqsimiet studju oħra, u l-
metodi ta’ tagħlim u valutazzjoni. Il-Bord għandu jippublika l-
katalogu għall-kors qabel il-bidu tiegħu, wara l-approvazzjoni tas-
Senat.
Valutazzjoni u 
progress.
Emendat:
A.L. 304 ta’ l-
2002.
13. (1) Sakemm mhux indikat mod ieħor fil-katalogu tal-kors,
il-kredti għandhom ikunu assenjati wara t-tmien b’suċċess ta’ xi
komponent tal-kors u għandhom jidhru fir-rekord akkademiku ta’ l-
istudenti.
(2) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, D. F tindika li wieħed weħel.
Xogħol mhux komplut għal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza
approvata, eċċ.,) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra
kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmuma għandhom
jidhru bħala F. Il-gradi mogħtija għandhom iqisu l-livell milħuq
mill-istudenti f’wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin kif il-Bord
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
EDUCATION (HONOURS) - B.ED. (HONS.) ġ L.S.327.171 7
iqies xieraq: xogħol matul il-kors, u valutazzjonijiet prattiċi, bil-
miktub u/jew orali.
(3) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju għandu jkollhom
valutazzjoni supplimentari. Normalment l-istess mod ta’
valutazzjoni għandu jintuża għal valutazzjonijiet supplimentari.
Valutazzjonijiet supplimentari ta’ taqsimiet studju għandhom isiru
fls-sessjoni ta’ l-eżamijiet li jmiss (Mejju jew Settembru) skond il-
kaz. Fil-każ ta’ assenjamenti, il-valutazzjoni supplimentari
għandha ssir bi ftehim mal-lettur ikkonċernat. Fil-valutazzjoni
mill-ġdid, l-ogħla grad li jista’jingħata huwa l-grad D.
(4) Jekk jeħlu fil-valutazzjoni supplimentari, l-istudenti
jistgħu jerġgħu jieħdu t-taqsima studju meta tkun offruta u valutata
mill-ġdid, iżda l-istudenti jistgħu jkunu meħtieġa jsegwu taqsima
studju oħra kif indikat mill-Bord jekk it-taqsima studju li minnha
jkunu weħlu ma tkunx offruta darb’oħra. Meta l-istudenti jeħlu
f’taqsima studju li ttieħdet mill-ġdid, huma għandu jkollhom
valutazzjoni supplimentari finali skond id-disposizzjonijiet tas-
subregolament (3). Fil-każ ta’ taqsimiet studju li jerġgħu jittieħdu,
l-ogħla grad li jista’ jingħata fil-valutazzjoni u fil-valutazzjoni
supplimentari huwa l-grad D. Matul is-sena li fiha l-istudenti jkunu
meħtieġa jerġgħu jieħdu taqsima studju, huma jkunu jistgħu jieħdu
taqsimiet studju ta’ dik is-sena sakemm l-orarju u l-kondizzjonijiet
dwar taqsmiet studju li jridu jittieħdu qabel jippermettu.
(5) Jekk il-kredtu jew kredti għal taqsima jew taqsimiet studju
jkunu ġew mogħtija, l-istudenti ma għandhomx jitħallew ikunu
valutati mill-ġdid għalihom.
(6) Sakemm mhux indikat mod ieħor fil-katalogu tal-kors, jew
sakemm mhux eżentati mill-Bord, l-istudenti huma obbligati
jattendu għall-konferenzi, seminarji, sessjonijiet tutorjali u
esperjenzi ta’ tagħlim oħra. L-istudenti jistgħu jiġu preklużi milli
jkunu valutati għal taqsima studju jekk l-attendenza ma tkunx
regolari.
(7) Jekk l-għadd ta’ kredti miksub mill-istudenti fit-tmiem ta’
xi sena tal-kors jindika li se jkun impossibbli għalihom li jtemmu l-
kors fil-perijodu ta’ studji indikat fir-regolament 9(1), l-istudenti
għandhom ikunu meħtieġa jħallu l-kors.
(8) Jekk f’xi sentejn tal-kors (mhux bil-fors wara xulxin), l-
istudenti jiksbu anqas minn għoxrin kredtu kull sena, huma
għandhom ikunu meħtieġa jhallu l-kors.
Il-pjazzament fl-
iskejjel.
Emendat:
A.L. 304 ta’ l-
2002.
14. (1) Għandu jkun hemm pjazzament fl-iskejjel f’kull
waħda mill-erba’ snin tal-kors, li jkopri perijodu ta’ osservazzjoni
u tagħlim fl-iskejjel taħt superviżjoni ta’ tutur kif determinat mill-
Bord.
(2) Il-pjazzamenti fl-iskejjel ikunu valutati fuq bażi ta’
Għadda/Weħel. L-istudenti li jkollhom xi diffikultà  matul il-
pjazzament fl-iskejjel, li ma titqiesx bla dubju li ma għaddewx,
jistgħu jingħataw grad K (Għadda b’Kundizzjoni). Dawn l-istudenti
jistgħu jkunu meħtieġa jirrepetu komponent tal-pjazzament fl-
iskejjel, fi żmien determinat mill-Bord.
(3) L-istudenti huma meħtieġa jgħaddu mill-pjazzamenti fl-
8 L.S.327.171 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF 
EDUCATION (HONOURS) - B.ED. (HONS.)
iskejjel kollha. L-istudenti jistgħu jirrepetu pjazzament fl-iskejjel
darba biss matul sena żejda ta’ studji. Valutazzjonijiet
supplimentari ma jsirux għall-pjazzamenti fl-iskejjel. L-istudenti
jistgħu jingħataw grad K darba biss, u dan matul l-ewwel żewġ
pjazzamenti fl-iskejjel biss. Wara, l-ebda grad kundizzjonali ma
jingħata.
(4) Ir-raba’ pjazzament fl-iskejjel huwa l-eżami finali tal-kors.
Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għall-Pjazzament fl-Iskejjel għandu
jinkludi eżaminatur barrani.
(5) Qabel kull pjazzament fl-iskejjel l-istudenti għandhom
ikunu meħtieġa jiffirmaw Kodiċi ta’ Etika għall-Pjazzament fl-
Iskejjel biex ikunu allokati fl-iskejjel. Kwalunkwe ksur ta’ dan il-
Kodiċi ta’ Etika jiġi riferut lill-Bord ta’ Dixxiplina ad hoc maħtur
mill-Bord u jista’ jfisser tkeċċija mill-kors.
(6) Il-kredti assenjati għall-pjazzament fl-iskejjel jingħataw
jekk l-istudenti jattendu dejjem, iżda l-istudenti li, għal raġunijiet
validi, ma jattendux għal sa ħamest ijiem għandu jkollhom il-
pjazzament fl-iskejjel estiż bl-istess għadd ta’ ġranet, u dawk li ma
jattendux għal sitt ijiem jew aktar ikollhom jerġgħu jagħmlu l-
pjazzament fl-iskejjel kollu.
(7) F’każijiet eċċezzjonali, l-istudenti li ma setgħux jattendu
pjazzament fl-iskejjel jistgħu jitħallew mill-Bord jagħmlu l-
pjazzament fl-iskejjel taħt dawk il-kondizzjonijiet li hu jista’
jimponi.
Dissertazzjoni/
Proġett.
Emendat:
A.L. 304 ta’ l-
2002.
15. (1) L-istudenti huma meħtieġa jissottomettu dissertazzjoni
/proġett li għandhom jikkonformaw mal-Linji ta’ Gwida u l-Kodiċi
ta’ Etika għad-Dissertazzjonijiet approvati mill-Bord.
(2) Id-dissertazzjoni/proġett għandhom ikunu valutati skond l-
iskema ta’ l-iggradar indikata fir-regolament 13(2).
(3) L-istudenti li jeħlu fid-dissertazzjoni/proġett jistgħu
jissottometuha mill-ġdid darba fi żmien perijodu ta’ tnax-il xahar,
f’liema każ l-ogħla grad li jista’ jingħata għandu jkun grad D.
L-għoti tal-Grad.
Sostitwit:
A.L. 304 ta’ l-
2002.
16. Biex jingħataw il-Grad, l-istudenti għandhom jiksbu mhux
anqas minn 116 kredtu fl-oqsma indikati fir-regolament 11(1) u (2)
u kif imniżżla fil-katalogu tal-kors ippublikat mill-Bord.
Il-klassifikazzjoni 
tal-Grad.
Emendat:
A.L. 304 ta’ l-
2002.
17. L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
L-Ewwel Klassi bl-Unuri
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Superjuri)
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Inferjuri)
It-Tielet Klassi bl-Unuri
Għadda.
