KORS GĦAD-DIPLOMA IN NURSING U 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY ġ L.S.327.172 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.172
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
NURSING U GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY
15 ta’ Ġunju, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 105 ta’ l-1999, kif emendat bl-Avviż Legali 49 ta’ l-
2003.
Titolu u tifsir.
Kors għad-Diploma in Nursing u għad-Diploma in Midwifery.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa;
"l-Istitut" ifisser l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa ta’ l-Università
ta’ Malta; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma in Nursing jew
għad-Diploma in Midwifery.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 49 ta’ l-2003.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
bdew f’Ottubru 2002 jew wara.
Eliġibbilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tad-Diploma in Nursing
jew tad-Diploma in Midwifery, l-istudenti għandhom:
(a) ikunu rreġistrati fl-Istitut għal perijodu minimu ta’
tliet snin u nofs, li minnhom għallanqas sentejn
għandhom ikunu bħala studenti regolari ta’ l-
Università  ta’ Malta; jew ikunu rreġistrati bħala
studenti regolari fl-Istitut għal perijodu minimu ta’
sentejn, sakemm huma jkunu reġistrati wkoll mal-Bord
ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel bħala Infermiera/Qwiebel
Reġistrati;
(b) ikunu spiċċaw kors ta’ studju u jkunu għaddew mill-
eżami finali komprensiv skond dawn ir-regolamenti;
(ċ) ikollhom ċertifikat ta’ kondotta tajba kif jixraq lil
persuna li għandha d-dritt li tuża t-titolu ta’
"lnfermier" jew "Qabla", liema ċertifikat għandu jkun
iffirmat mill-Kap ta’ l-Istudji ta’ Infermiera/Qwiebel;
u
(d) ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha stabbiliti f’dawn
ir-regolamenti u f’xi statuti, regolamenti u ordinamenti
rilevanti oħra ta’ l-Università .
Rekwiżiti għad-
dħul.
4. (1) Il-kandidati jistgħu jkunu reġistrati bħala studenti fil-
kors jekk huma:
(a) ma jkollhomx anqas minn 17-il sena fi żmien tlett xhur
skond il-kalendarju mid-data li fiha jibda l-kors;
(b) jissodisfaw ir-rekwiżiti bħala studenti bi prova jew
studenti regolari skond id-disposizzjonijiet tar-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università , u, jekk ikunu
2 L.S.327.172 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN NURSING U 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY
studenti bi prova, jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti għad-
dħul imniżżla fir-regolament 5; u
(ċ) jissodisfaw lill-Istitut li għandhom id-disposizzjoni
neċessarja għal infermier jew qabla. L-Istitut jista’
jesiġi lill-kandidati li jattendu għal intervista/
valutazzjoni għal dan il-għan.
(2) Il-kandidati għandu jkollhom ċertifikat mediku li juri l-
adattabilità  tagħhom biex jaqdu d-dmirijiet ta’ Infermier/Qabla.
(3) Barra milli jissodisfaw ir-rekwiżiti ndikati fis-
subregolamenti (1) u (2), il-kandidati barranin għandhom juru
kapaċità  fl-Ingliż kemm bil-miktub u kemm bil-fomm.
(4) Kandidati li għandhom kwalifika ta’ Infermiera jew
Qwiebel Reġistrati jistgħu jirreġistraw direttament fil-parti tad-
Diploma tal-kors.
Rekwiżiti għad-
dħul għal studenti 
bi prova.
5. (1) Biex jidħlu bħala studenti bi prova fil-kors, il-kandidati
għandu jkollhom waħda minn dawn li ġejjin:
(a) ikunu għaddew fil-Livell Ordinarju f’sitt suġġetti, li
jinkludu l-Malti, l-Ilsien Ingliż, il-Matematika u
suġġett ta’ xjenza; jew
(b) ikollhom ċertifikat mill-Pre-Vocational School
(Health Studies) li għaddew bi grad Ċ jew aħjar f’sitt
suġġetti, li jinkludu l-Malti, l-Ilsien Ingliż, il-
Matematika, u suġġett ta’ xjenza; jew
(ċ) ikollhom Certificate in Nursing Practice mogħti mill-
Istitut; jew
(d) ikollhom Certificate of Enrolled Nurse mogħti mid-
Dipartiment tas-Saħħa.
It-tul tal-kors. 6.(1) (a) Il-kors għandu jinfirex fuq perijodu ta’ tlett snin u sitt
xhur. L-istudenti ma jistgħux joqogħdu għall-eżami
finali komprensiv qabel tlett snin u sitt xhur jew aktar
tard minn erba’ snin u sitt xhur mid-data tal-bidu tal-
kors ħlief bil-permess tal-Bord.
(b) L-istudenti li jidħlu taħt ir-regolament 4(4) ma jistgħux
joqogħdu għall-eżami finali komprensiv qabel sentejn
jew aktar tard minn tlett snin mid-data tal-bidu tal-
kors, ħlief bil-permess tal-Bord.
(2) Il-programm ta’ bażi fl-istudji ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel
jinfirex fuq l-ewwel tmintax-il xahar tal-kors.
(3) L-istudenti li jtemmu b’suċċess il-programm ta’ bażi
jkollhom id-dritt li jiġu rreġistrati bħala studenti regolari ta’ l-
Università .
(4) Wara t-tmiem b’suċċess tal-programm ta’ bażi l-istudenti
għandhom ikomplu l-istudji tagħhom jew għal Infermiera jew għal
Qwiebel għal sentejn oħra.
KORS GĦAD-DIPLOMA IN NURSING U 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY ġ L.S.327.172 3
Għażla ta’ l-istudji 
għal Infermier jew 
Qabla.
Emendat:
A.L. 49 ta’ l-2003.
7. (1) L-istudenti għandhom jagħżlu li jistudjaw jew għal
Infermiera jew għal Qwiebel fil-bidu tal-kors. L-istudenti li jagħżlu
biex jistudjaw għal Qwiebel għandhom jiksbu grad Ċ fil-modulu
"Maternal Health and Care of the Newborn" kif ukoll jgħaddu
mill-valutazzjoni klinika ta’ dak il-modulu.
(2) L-istudenti ma jitħallewx ibiddlu l-għazla minn Infermiera
għal Qwiebel jew viċi versa wara t-tieni semestru tal-programm ta’
bażi mingħajr ir-rakkomandazzjoni bil-miktub tal-Kap ta’ l-lstudji
ta’ Infermiera/Qwiebel lill-Bord, li jista’ jagħti l-permess. L-
istudenti jkunu meħtieġa jtemmu l-moduli rilevanti wara li ssir din
il-bidla.
(3) L-istudenti fil-kors għad-diploma ta’ l-Infermiera jistgħu
jagħzlu l-Psychiatric Nursing bħala qasam ewlieni ta’ studju fil-
bidu tal-kors għad-Diploma.
(4) Qabel il-bidu tal-Programm tad-Diploma, lill-istudenti li
jagħżlu Midwifery Studies jew Psychiatric Nursing bħala l-qasam
ta’ studju tagħhom, issirilhom valutazzjoni oħra biex jiġi aċċertat li
għandhom id-disposizzjoni biex isegwu l-qasam ta’ studju li
għażlu.
Programm ta’ bażi.
ppreparati fit-tagħrif fundamentali, fil-kapaċitajiet u fid-
disposizzjonijiet marbuta mal-prattika ta’ l-Infermiera jew
Qwiebel. L-istudenti għandhom ikunu ppreparati wkoll għall-
iżvilupp professjonali u akkademiku tagħhom aktar ’il quddiem.
(2) Il-kors għandu jikkonsisti f’moduli, li kull wieħed
minnhom għandu jkun jikkonsisti f’parti teorika u parti klinika, u
għandu jikkonċentra fuq qasam ta’ prattika ta’ Infermiera/Qwiebel.
(3) Is-suġġetti studjati f’kull wieħed mill-moduli huma
interrelatati u għalhekk jiġu valutati bħala qasam ta’ tagħlim
wieħed.
(4) Kif itemmu modulu, l-istudenti jingħataw grad li jindika l-
livell milħuq minnhom fil-valutazzjonijiet teoriċi. Il-gradi
għandhom ikunu dawn li ġejjin:
A - Xogħol ta’ kwalità  eċċezzjonali
B - Xogħol ta’ kwalità  ’il fuq mill-medja
Ċ - Xogħol ta’ kwalità  medja
D - Xogħol ta’ kwalità  taħt il-medja
F - Weħel.
(5) L-istudenti jitħallew jerġgħu jagħmlu l-valutazzjonijiet
meħtieġa darba oħra jekk jeħlu f’modulu. Jekk jgħaddu fir-
riparatorju, l-ogħla grad li jista’ jingħata hu l-grad D.
(6) L-istudenti jiġu valutati kemm fit-teorija kif ukoll fil-
prattika ta’ Infermiera jew Qwiebel permezz ta’ valutazzjoni
kontinwa.
(7) Il-prattika klinika għandha tiġi valutata mill-għalliema ta’
l-infermiera/qwiebel jew minn infermiera/qwiebel kliniċi mill-
oqsma rilevanti tal-prattika.
4 L.S.327.172 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN NURSING U 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY
Temm tal-
programm ta’ bażi.
9. (1) Biex itemmu b’suċċess il-programm ta’ bażi u jkomplu
l-kors, l-istudenti għandhom jiksbu dan li ġej:
(a) grad li għaddew fil-valutazzjonijiet teoriċi b’medja ta’
grad Ċ;
(b) grad li għaddew fil-valutazzjonijiet kliniċi kollha; u
(ċ) jgħaddu mill-eżami komprensiv tal-programm ta’ bażi.
(2) L-istudenti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stipulati fis-
subregolament (1) għandhom jitħallew jerġgħu jidħlu mill-ġdid fil-
programm ta’ bażi, sakemm il-Bord jista’ jeżentahom minn sa
wieħed minn kull tlieta tat-taqsimiet studju li jkunu temmew
b’suċċess.
(3) L-istudenti li ma jgħaddux mill-eżami komprensiv tal-
programm ta’ bażi jkunu meħtieġa jirrepetu l-eżami darba waħda
biss, normalment fi żmien tliet xhur minn mindu jtemmu l-
programm ta’ bażi.
(4) L-istudenti li jtemmu b’suċċess il-programm ta’ bażi
jingħataw Ċertifikat fl-Istudji ta’ Bażi (Infermiera u Qwiebel).
Programm tad-
Diploma.
10. (1) Wara l-programm ta’ bażi għandu jkun hemm sentejn
oħra ta’ studju sabiex tinkiseb id-Diploma in Nursing jew id-
Diploma in Midwifery skond il-kors ta’ studju li jkun ġie segwit.
(2) Il-programm tad-Diploma għandu jikkonsisti f’żewġ
partijiet:
(a) Studji Professjonali - taqsimiet studju f’livell ta’
diploma dwar it-teorija u l-prattika jew ta’ Infermiera
Ġenerali jew Infermiera Psikjatriċi jew tal-Qwiebel; u
(b) Studji tad-Diploma - taqsimiet studju tax-xjenzi ta’ l-
imġieba u biomediċi u tagħrif professjonali
applikabbli kemm għal studenti għal Infermiera
Ġenerali jew Psikjatriċi kif ukoll għal studenti
Qwiebel.
Diploma in 
Nursing - studji 
professjonali.
11. (1) L-istudji professjonali huma mfassla f’moduli ta’
tagħlim.
(2) Kull modulu huwa meqjus bħala taqsima studju separata li
tinkorpora fiha komponent teoriku u ieħor prattiku.
(3) Il-Kap ta’ l-Istudji ta’ Infermiera/Qwiebel għandu
jiddeċiedi l-ordni ta’ moduli li student għandu jsegwi.
Komponent 
teoriku.
12. (1) Kull modulu ta’ l-infermiera jiġi mogħti għadd
speċifiku ta’ kredti teoriċi.
(2) Ikun hemm sebgħa u għoxrin kredtu teoriku assenjati għall-
istudji professjonali għal infermiera.
(3) Is-suġġetti li kull wieħed mill-moduli jkopri huma relatati
wieħed ma’ l-ieħor u għalhekk jiġu valutati bħala qasam ta’ tagħlim
wieħed.
(4) Meta jtemmu modulu l-istudenti jigu mogħtija grad li
jindika l-livell li jkunu kisbu fil-valutazzjonijiet teoriċi. Il-gradi
għandhom ikunu dawn li ġejjin:
KORS GĦAD-DIPLOMA IN NURSING U 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY ġ L.S.327.172 5
A - Xogħol ta’ kwalità  eċċezzjonali
B - Xogħol ta’ kwalità  ’il fuq mill-medja
Ċ - Xogħol ta’ kwalità  medja
D - Xogħol ta’ kwalità  taħt il-medja
F - Weħel.
(5) L-istudenti li jeħlu f’modulu jistgħu jerġgħu jagħmlu ;-
valutazzjonijiet meħtieġa darba. Jekk jgħaddu fir-riparatorju, l-
ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad D. Jekk jeħlu, l-istudenti
jkollhom dritt jirrepetu l-modulu kollu darba waħda biss fl-aħħar
tal-kors. L-istudenti li jeħlu f’modulu t-tieni darba ma jitħallewx
ikomplu l-kors, ħlief f’ċirkostanzi speċjali u bil-permess tal-Bord.
Modulu wieħed biss jista’ jiġi ripetut.
(6) L-istudenti li ma jgħaddux f’żewġ moduli ma jitħallewx
ikomplu l-kors, ħlief f’ċirkostanzi speċjali u bil-permess tal-Bord.
Komponent 
kliniku.
13. (1) Il-komponent kliniku tal-kors għad-Diploma għandu
jikkonsisti f’taqsimiet studju ta’ prattika klinika li għalihom jiġu
assenjati mhux anqas minn tmienja u għoxrin kredtu klinici ta’ l-
infermiera.
(2) L-istudenti jkunu meħtieġa jagħmlu pjazzamenti kliniċi
f’oqsma speċifikati mill-Bord fl-ordni speċifikat minnu.
(3) It tmiem b’suċċess ta’ taqsima studju klinika jiġi stabbilit
b’valutazzjoni kontinwa minn żmien għal żmien.
(4) L-istudenti li jeħlu f’modulu kliniku jkollhom dritt jirrepetu
l-modulu darba waħda biss fl-aħħar tal-kors.
(5) L-istudenti li jeħlu f’aktar minn modulu kliniku wieħed
f’xi sena waħda ma jitħallewx ikomplu l-kors jew ma jkunux
eliġibbli biex joqogħdu għall-eżami finali komprensiv, ħlief
f’ċirkostanzi speċjali u bil-permess tal-Bord.
Kapaċità  
professjonali.
14. L-istudenti ma jitħallewx joqogħdu għall-eżami finali
komprensiv jekk ma jkunux kisbu l-kapaċità  ta’ Infermier
Reġistrat, jiġifieri:
(a) juru li għandhom it-tagħrif u l-kapaċitajiet neċessarji
biex jilħqu r-rekwiżiti tas-saħħa u l-mard ta’ individwi
u ta’ gruppi f’qasam partikolari ta’ prattika;
(b) jagħrfu l-fatturi komuni li jikkontribwixxu għal, u
dawk li għandhom effett ħażin fuq is-saħħa fiżika,
mentali u soċjali ta’ pazjenti jew klijenti u li jafu
jieħdu azzjoni xierqa;
(ċ) jidentifikaw l-implikazzjonijiet soċjali u ta’ saħħa ta’
diżabilità  jew mard fiżiku u mentali, tqala u twelid, ta’
l-individwu, il-ħbieb tiegħu, il-familja u l-komunità ;
(d) juru li għandhom it-tagħrif dwar l-iżvilupp normali tal-
fetu, tat-tarbija, tat-tfal, ta’ l-adolexxent u ta’ persuni
ta’ età  zgħira u medja u ta’ l-anzjani;
(e) juru apprezzament għar-riċerka u għall-użu ta’
letteratura u riċerka rilevanti bħala għajnuna għall-
prattika;
6 L.S.327.172 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN NURSING U 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY
(f) juru responsabbiltà  professjonali u ħajra għall-
edukazzjoni u l-iżvilupp kontinwu;
(g) juru nteress għall-fatturi soċjali u politiċi li għandhom
x’jaqsmu mal-ħarsien tas-saħħa;
(h) juru li għandhom tagħrif biex jissodisfaw ir-rekwiżiti
ta’ leġislazzjoni li hija rilevanti għall-prattika;
(i) jagħrfu u jirrispettaw id-drittijiet personali u
konfidenzjali tal-pazjenti u tal-klijenti;
(j) jiżviluppaw relazzjonijiet ta’ għajnuna u kura mal-
pazjenti, klijenti u l-familji jew ħbieb tagħhom;
jibdew, ikomplu u jtemmu relazzjonijiet terapewtiċi
mal-pazjenti billi jużaw kapaċitajiet inter-personali u
komunikattivi xierqa;
(k) jidentifikaw il-bżonnijiet ta’ tagħlim relatati mas-
saħħa tal-pazjenti, tal-klijenti, tal-familji jew tal-ħbieb
u jipparteċipaw fl-edukazzjoni u tagħrif dwar is-saħħa;
(l) juru li jifhmu l-funzjonijiet tal-membri individwali tal-
grupp li jipprovdi aspetti ta’ kura ta’ pazjenti/klijenti,
jaħdmu effiċjentement fi grupp u jassistu f’mod ta’
trattament multi-dixxiplinarju kif jixraq;
(m) jassenjaw xogħol xieraq lil min jgħin u jagħmlu
superviżjoni u jsegwu x-xogħol hekk assenjat;
(n) jidentifikaw il-bżonnijiet fiżiċi, psikoloġiċi, soċjali u
spiritwali tal-pazjent jew tal-klijent; jifhmu u
japprezzaw il-konċett ta’ kura individwalizzata, ifasslu
pjan ta’ kura, jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni
u valutazzjoni tiegħu billi jipprattikaw metodi ta’
soluzzjonijiet għall-problemi;
(o) jgħinu pazjenti jew klijenti skond il-każ biex jagħmlu
progress f’livelli differenti minn dipendenza sa
indipendenza massima, jew għall-mewta paċifika.
Diploma in 
Midwifery - studji 
professjonali.
15. (1) L-istudji professjonali huma mfassla f’temi li
għandhom jittieħdu flimkien.
(2) Kull waħda mit-temi għandu jkollha komponent teoriku u
ieħor kliniku.
(3) Il-Kap ta’ l-Istudji ta’ Infermiera/Qwiebel għandu
jiddeċiedi l-ordni tat-temi li l-istudenti għandhom jieħdu.
Komponent 
teoriku.
16. (1) Kull tema għandha għadd ta’ taqsimiet studju, li għal
kull waħda għadd speċifiku ta’ kredti huwa assenjat.
(2) Sebgħa u għoxrin kredtu teoriku għandhom jiġu assenjati
għall-istudji professjonali ta’ qabla.
(3) Meta jtemmu taqsima studju l-istudenti għandhom
jingħataw grad li jindika l-livell li jkunu kisbu fil-valutazzjonijiet
tat-teorija. Il-gradi għandhom ikunu dawn li ġejjin:
A - Xogħol ta’ kwalità  eċċezzjonali
B - Xogħol ta’ kwalità  ’l fuq mill-medja
KORS GĦAD-DIPLOMA IN NURSING U 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY ġ L.S.327.172 7
Ċ - Xogħol ta’ kwalità  medja
D - Xogħol ta’ kwalità  taħt il-medja
F - Weħel.
(4) L-istudenti jistgħu jerġgħu jagħmlu l-valutazzjonijiet/
testijiet darba biss jekk jeħlu minn taqsima studju. Jekk jgħaddu
fir-riparatorju, l-ogħla grad li jista’ jingħata għandu jkun il-grad D.
Jekk jeħlu, l-istudenti għandhom ikunu meħtieġa jirrepetu t-
taqsima studju kollha u jekk itemmuha b’suċċess ikunu eliġibbli
għal grad D.
(5) L-istudenti li f’xi sena waħda ma jiksbux 80% jew aktar tal-
kredti assenjati ma jitħallewx ikomplu l-kors jew joqogħdu għall-
eżami finali komprensiv, ħlief f’ċirkostanzi speċjali u bil-permess
tal-Bord.
Komponent 
kliniku.
17. (1) Il-komponent kliniku tal-kors għad-Diploma għandu
jikkonsisti fi pjazzamenti kliniċi li għalihom għandhom jiġu
assenjati mhux anqas minn tmienja u għoxrin kredtu.
(2) Il-pjazzamenti kliniċi għandhom jiġu speċifikati mill-Kap
ta’ l-Istudji ta’ Infermiera/Qwiebel. Għandhom jippermettu
flessibilità  f’każijiet meta l-ħtiġiet ta’ tagħlim ta’ l-istudenti jistgħu
jkunu moqdija aħjar.
(3) L-istudenti għandhom iżommu record tal-prattika klinika li
għandu jiġi ffirmat mis-superviżur tagħhom.
(4) It-tmiem b’suċċess ta’ taqsima studju klinika għandu jiġi
stabbilit permezz ta’ valutazzjoni kontinwa.
(5) L-istudenti li ma jirnexxilhomx jilħqu grad li bih jgħaddu
globalment fil-prattika klinika fl-aħħar ta’ kull sena tad-diploma
ma jitħallewx itemmu l-kors jew jagħmlu l-eżami finali
komprensiv, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali u bil-permess tal-Bord.
Kapaċità  
professjonali.
18. L-istudenti ma jitħallewx joqogħdu għall-eżami finali
komprensiv jekk huma ma jkunux kisbu l-kapaċità  ta’ Qwiebel
Reġistrati, jiġifieri li:
(a) jagħtu parir dwar il-promozzjoni tas-saħħa;
(b) jagħrfu sitwazzjonijiet fiżiċi, emozzjonali u soċjali li
jistgħu jinfluwenzaw is-saħħa u r-risq ta’ l-omm u t-
tarbija;
(ċ) jevalwaw, jippjanaw u jimplimentaw kura fl-isfera tal-
prattika ta’ qabla biex jilħqu l-bżonnijiet fiżiċi,
emozzjonali, edukattivi u soċjali ta’ l-omm, tat-tarbija
u tal-familja;
(d) jaġixxu fuq ir-responsabbiltà  tagħhom biex jagħtu bidu
għall-azzjoni f’dixxiplini oħra u jitolbu assistenza
meta meħtieġa;
(e) jinterpretaw u jieħdu f’idejhom il-kura preskritta minn
tabib mediku reġistrat;
(f) jkollhom komunikazzjoni effettiva ma’ ommijiet,
qraba, kollegi u dixxiplini oħra;
(g) juru l-għarfien ta’ prattika bbażata fuq ir-riċerka;
8 L.S.327.172 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN NURSING U 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY
(h) jaħdmu fi grupp multi-dixxiplinarju billi jifhmu l-
funzjonijiet tal-membri kollha; u
(i) jqassmu xogħol xieraq lil dawk li jgħinu u jipprovdu
superviżjoni u kontroll tax-xogħol li jingħata.
Studji għad-
Diploma (l-għażla 
ta’ l-Infermiera u l-
Qwiebel) - studji 
għad-Diploma.
19. (1) L-istudji għad-Diploma jkopru x-xjenzi tal-
biomediċina u ta’ l-imġieba u studji professjonali applikabbli
kemm għal studenti infermiera kif ukoll għal studenti qwiebel.
(2) L-istudji għad-Diploma huma relatati ma’ l-istudji
professjonali u ma’ sessjonijiet meħuda flimkien ma’ studenti oħra
meta xieraq. Ġurnata fil-ġimgħa għandha titħalla għal dan il-għan.
(3) L-istudji għad-Diploma għandhom jikkonsistu f’taqsimiet
studju li għalihom tlieta u tletin kredtu għandhom ikunu assenjati.
(4) Il-Bord għandu jiddeċiedi liema taqsimiet studju l-istudenti
għandhom jieħdu, u f’liema ordni, sabiex itemmu l-kors.
(5) Meta jtemmu taqsima studju l-istudenti għandhom
jingħataw grad li jindika l-livell li jkunu kisbu fil-valutazzjonijiet
tat-taqsimiet studju. Il-gradi għandhom ikunu dawn li ġejjin:
A - Xogħol ta’ kwalià  eċċezzjonali
B - Xogħol ta’ kwalità  ’l fuq mill-medja
Ċ - Xogħol ta’ kwalità  medja
D - Xogħol ta’ kwalità  taħt il-medja
F - Weħel.
(6) L-istudenti għandhom jitħallew jerġgħu jagħmlu
valutazzjoni darba biss jekk jeħlu f’taqsima studju. Jekk jgħaddu
fir-riparatorju, l-ogħla grad li jista’ jingħata għandu jkun il-grad D.
Jekk ma jgħaddux, l-istudenti jkunu meħtieġa jirrepetu t-taqsima
studju kollha u meta jtemmuha b’suċċess ikunu eliġibbli għal grad
D.
(7) L-istudenti li f’xi sena waħda ma jiksbux 80% jew aktar ta’
l-għadd totali ta’ kredti ma jitħallewx ikomplu l-kors jew jagħmlu
l-eżami finali komprensiv, ħlief f’ċirkostanzi speċjali u bil-permess
tal-Bord.
Tmiem tal-kors. 20. (1) Biex itemmu l-kors, l-istudenti li daħlu taħt ir-
regolament 4(1)(b) għandhom jiksbu dan li ġej:
(a) ċertifikat li għaddew bi grad Ċ jew aħjar fil-Programm
ta’ Bażi;
(b) 27 kredtu Professjonali (Infermiera jew Qwiebel);
(ċ) 33 kredtu tad-Diploma;
(d) 28 kredtu kliniċi ta’ Infermier jew 28 kredtu kliniċi ta’
Qabla; u
(e) kredti oħra teoriċi jew kliniċi kif minn żmien għal
żmien meħtieġ biex jaqbel mad-Direttivi ta’ l-Unjoni
Ewropea dwar l-Edukazzjoni ta’ l-Infermiera u l-
Qwiebel.
(2) Biex itemmu l-kors, l-istudenti li daħlu taħt ir-regolament
KORS GĦAD-DIPLOMA IN NURSING U 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY ġ L.S.327.172 9
4(4) għandhom jiksbu dan li ġej:
(a) 40 kredtu Professjonali/tad-Diploma kif indikat mill-
Bord; u
(b) 12-il kredtu kliniċi ta’ Infermier jew 12-il kredtu
kliniċi ta’ Qabla kif indikat mill-Bord.
(3) Il-Bord jista’ jeżenta lill-studenti mill-ħtieġa li jiksbu
ċertifikat ta’ kredtu għal taqsima studju partikolari jekk ikunu
kisbu mill-Università , jew minn istituzzjoni rikonoxxuta mis-Senat
għal dan il-għan, kwalifika ta’ studju li hija, fl-opinjoni tal-Bord,
ekwivalenti fil-kontenut u fil-livell għal dak meħtieġ għaċ-
ċertifikat ta’ kredtu kkonċernat. L-istudenti jistgħu jiġu eżentati
biss minn sa wieħed minn ħamsa tal-komponent teoriku.
Eżami finali 
komprensiv.
21. (1) L-istudenti għandhom joqogħdu għall-eżami finali
komprensiv wara li jiksbu r-rekwiziti stabbiliti fir-regolament 20.
(2) Fit tmiem tal-kors l-istudenti jkunu meħtieġa joqogħdu
għall-eżami finali komprensiv magħmul minn żewġ karti
komprensivi (fl-istess sessjoni) rilevanti għall-kors ta’ studju
tagħhom u jippreżentaw proġett kif ġej:
(a) L-Ewwel Karta: Teorija u Prattika ta’ Infermiera
Ġenerali jew Infermiera Psikjatrika jew Qwiebel,
skond kif il-każ jeħtieġ;
(b) It-Tieni Karta: Żvilupp Professjonali u Management
relatat jew ma’ Infermiera Ġenerali jew Infermiera
Psikjatrika jew Qwiebel, skond kif il-każ jeħtieġ; u
(ċ) Proġett Speċjali dwar Infermiera Ġenerali jew
Infermiera Psikjatrika jew Qwiebel, skond kif il-każ
jeħtieġ.
(3) L-istudenti jistgħu wkoll ikunu meħtieġa jagħmlu eżami
orali li fih ikunu mistennija jiddiskutu aspetti tal-Proġett Speċjali.
(4) L-eżami finali komprensiv jiġi mfassal mill-Bord u
normalment isir matul l-aħħar ġimgħa tal-kors.
(5) Il-valutazzjoni globali ta’ l-istudenti għad-Diploma in
Nursing jew għad-Diploma in Midwifery għandha tqis il-livell
tagħhom fl-eżami finali komprensiv kif ukoll iċ-ċertifikati ta’
kredtu u l-gradi miksuba matul il-kors.
(6) L-istudenti li jeħlu f’karta waħda biss għandhom jitħallew
jerġgħu jagħmlu dik il-karta. L-istudenti li jeħlu f’aktar minn karta
waħda għandhom ikunu meħtieġa jerġgħu jagħmlu l-eżami finali
komprensiv kollu fi żmien li jiġi stabbilit mill-Bord.
(7) L-istudenti jitħallew jagħmlu l-eżami finali komprensiv
tliet darbiet biss.
Riżultati.
tad-Diploma in Nursing jew tad-Diploma in Midwifery għandhom
jiġu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku fit-tliet kategoriji li
ġejjin:
Distinzjoni
Kredtu
10 L.S.327.172 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN NURSING U 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY
Għadda.
(2) L-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti ta’ xi waħda mid-
Diplomi wara li jkunu għamlu riparatorju ta’ l-eżami finali
komprensiv kollu jew parti minnu għandhom ikunu eliġibbli biss
għall-kategorija Għadda.
