KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE - M.SC. - 
FIL-FAKULTÀ  TA’ L-INĠINERIJA ġ L.S.327.173 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.173
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF SCIENCE - M.SC. - IN ENGINEERING 
FIL-FAKULTÀ  TA’ L-INĠINERIJA
15 ta’ Ġunju, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 106 ta’ l-1999, kif emendat bl-Avviżi Legali 81 ta’ l-
2001 u 18 ta’ l-2002.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Science - M.Sc. - in Engineering fil-
Fakultà  ta’ l-Inġinerija.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Inġinerija;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Science - M.Sc. - in
Engineering; u
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Master of
Science - M.Sc. - in Engineering.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 81 ta’ l-2001;
A.L. 18 ta’ l-2002.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 1999 jew wara.
Rekwiżiti għad-
dħul.
3. Il-kors huwa miftuħ għall-applikanti li għandhom waħda
mill-kwalifiki li ġejjin:
(a) il-grad ta’ Bachelor of Engineering (Honours) b’mill-
anqas it-Tieni Klassi bl-Unuri; jew
(b) il-grad ta’ Bachelor of Science (Honours) b’mill-anqas
it-Tieni Klassi bl-Unuri f’suġġetti xierqa kif approvat
mill-Bord; jew
(ċ) kwalifiki ekwivalenti approvati mis-Senat fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord.
Il-kors ta’ l-istudji.
Fakultà  tista’ toffri gwida esperta u superviżjoni. L-oqsma ta’
studju għandhom ikunu indikati mill-Bord qabel il-bidu ta’ kull
kors.
Taqsimiet studju u 
dissertazzjoni.
Sostitwit:
A.L. 81 ta’ l-2001.
5. Il-kors jikkonsisti f’taqsimiet studju mgħallma, li għalihom
total ta’ mhux anqas minn 24 kredtu għandu jkum assenjat, u
dissertazzjoni li għaliha mhux inqas minn 8 kredti għandhom ikunu
assenjati. L-istudenti għandhom ikunu meħtieġa jiksbu l-kredti
kollha fil-perijodu stipulat.
Tul tal-kors.
Sostitwit:
A.L. 18 ta’ l-2002.
6. Il-kors għandu jinfirex fuq perijodu ta’ tnax-il xahar ta’
studju fuq bażi full-time jew fuq tliet snin akkademiċi ta’ studju fuq
bażi part-time. Jista’ jkun offrut fuq bażi part-time filgħaxija biss.
Studenti fuq bażi 
part-time.
7. L-istudenti li jsegwu l-kors fuq bażi part-time għandhom
ikunu meħtieġa jirreġistraw fil-bidu ta’ kull sena akkademika.
2 L.S.327.173 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE - M.SC. - 
IN ENGINEERING FIL-FAKULTÀ  TA’ L-INĠINERIJA
Katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
8. Il-Bord għandu jħejji l-programm ta’ l-istudji għall-kors u
għandu jippublika katalogu ta’ taqsimiet studju. Il-katalogu għandu
jindika l-kodiċi, it-itolu, id-deskrizzjoni u t-tip tat-taqsima studju,
il-kredti assenjati għal kull waħda, u l-metodi ta’ tagħlim u
valutazzjoni. Il-Bord għandu jippublika l--katalogu għall-kors
qabel il-bidu tiegħu, wara l-approvazzjoni tas-Senat.
Progress u 
valutazzjoni.
9. Taqsimiet studju mgħallma għandhom ikunu valutati
permezz ta’ xogħol matul il-kors u eżamijiet li jsiru fl-aħħar tas-
semestru li fihom saru.
Bordijiet ta’ l-
Eżaminaturi.
10. Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi għandhom jiġu maħtura għal
kull taqsima studju skond id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti ta’
l-Università  dwar l-Eżamijiet.
Studenti li jeħlu 
f’taqsimiet studju li 
għalihom mhux 
aktar minn tliet 
kredti huma 
assenjati.
11. L-istudenti li jeħlu f’taqsimiet studju li għalihom mhux
aktar minn tliet kredti huma assenjati għandhom jerġgħu jiġu
eżaminati permezz ta’ eżami supplimentari viva voce mhux aktar
tard minn Awissu.
Studenti li jeħlu 
f’taqsimiet studju li 
għalihom aktar 
minn tliet kredti 
huma assenjati.
12. L-istudenti li jeħlu f’taqsimiet studju li għalihom aktar
minn tliet kredti huma assenjati jew li jeħlu fl-eżami supplimentari
viva voce jitqiesu li weħlu mill-kors.
Id-dissertazzjoni.
Sostitwit:
A.L. 18 ta’ l-2002.
13. L-istudenti huma meħtieġa jissottomettu t-titolu u proposta
ta’ riċerka għad-dissertazzjoni sa l-aħħar ta’ l-ewwel semestru tal-
kors, jew sa l-aħħar tar-raba’ semestru jekk qed jistudjaw fuq bażi
part-time. Tibdil sostanzjali fit-titolu jew fil-kontenut għandu jkun
approvat mill-Bord.
Sottomissjoni tad-
dissertazzjoni.
14. L-istudenti jitħallew jippreżentaw id-dissertazzjoni
tagħhom wara li jiksbu l-24 kredtu indikati fir-regolament 5. Id-
dissertazzjoni għandha tikkonsisti f’mhux aktar minn 10,000 kelma
u għandha tkun sottomessa sat-tieni ġimgħa ta’ Settembru.
Superviżur. 15. Il-Bord għandu jaħtar superviżur għal kull dissertazzjoni.
Id-dissertazzjonijiet m’għandhomx normalment jiġu sottomessi
għall-eżami mingħajr l-approvazzjoni tas-superviżur. Jekk il-Bord
ta’ l-Eżaminaturi jqies li d-dissertazzjoni mhix sodisfaċenti, l-
istudent għandu jkun meqjus li weħel mill-kors.
Preżentazzjoni tad-
dissertazzjoni.
16. Il-Bord jista’ jħalli l-istudenti jippreżentaw id-
dissertazzjoni fi żmien li jkun determinat minnu, u taħt dawk il-
kondizzjonijiet li hu jista’jimponi.
Bord ta’ l-
Eżaminaturi għal 
kull dissertazzjoni.
17. Il-Bord għandu jipproponi lis-Senat Bord ta’ l-Eżaminaturi
għal kull dissertazzjoni. Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu jkun
magħmul mill-anqas minn tliet eżaminaturi, li wieħed minnhom
għandu jkun is-superviżur. Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu
jinkludi wkoll eżaminaturi addizzjonali li jipparteċipaw fid-
deliberazzjonijiet tiegħu biss sa fejn dawn jikkonċernaw oqsma li
fihom huma l-awtorità  esperta.
Kontenut u 
preżentazzjoni.
18. Id-dissertazzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-linji ta’
gwida rilevanti f’dak li għandu x’jaqsam mal-format u għandhom
jissodisfaw lill-Bord ta’ l-Eżaminaturi dwar il-kontenut u l-
preżentazzjoni.
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE - M.SC. - 
IN ENGINEERING FIL-FAKULTÀ  TA’ L-INĠINERIJA ġ L.S.327.173 3
Dissertazzjoni ma 
tkunx aċċettata 
jekk tkun identika 
fis-sustanza ma’ 
dissertazzjoni diġà  
sottomessa.
19. L-ebda dissertazzjoni ma għandha tkun aċċettata jekk hija
identika fis-sustanza ma’ dissertazzjoni diġà  sottomessa għal grad
fl-Università  ta’ Malta jew f’xi università  oħra. L-istudenti
m’għandhomx, iżda, ikunu preklużi milli jinkorporaw xogħol fuq
dissertazzjoni li sar qabel jekk dan ikun meħtieġ għall-
preżentazzjoni u l-ftehim aħjar tax-xogħol tagħhom, sakemm li n-
natura u l-firxa ta’ dan ix-xogħol ikunu indikati ċar fid-
dissertazzjoni nnifisha.
Eżami viva voce.
dissertazzjoni tagħhom jew xi materja oħra tal-kors matul eżami
viva voce.
Kopji tad-
dissertazzjoni.
21. Tliet kopji tad-dissertazzjoni għandhom ikunu sottomessi
għall-eżami. Wara li jiddefendu d-dissertazzjoni b’suċċess, l-
istudenti huma meħtieġa jissottomettu żewġ kopji tagħha bil-qoxra
iebsa, waħda minnhom għandha tiġi depositata fil-Librerija ta’ l-
Università  u l-oħra fil-librerija tad-dipartiment ikkonċernat.
Ir-riżultati.
istudenti fit-taqsimiet studju u fid-dissertazzjoni, li għandu
jkollhom il-piż kif ġej:
Taqsimiet studju 75%
Dissertazzjoni 25%.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom jiġu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
