KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER 
OF SCIENCE - M.SC. ġ L.S.327.174 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.174
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF SCIENCE - M.SC.
3 ta’ Settembru, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 151 ta’ l-1999.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Science - M.Sc.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  tax-Xjenza;
"il-Fakultà " tfisser il-Fakukltà  tax-Xjenza;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Master of Science - M.Sc.; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ studji li jwassal għall-Grad ta’ Master
of Science - M.Sc.
Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 1999 jew wara.
L-Eliġibbilità  
għall-Grad.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università  u jissodisfaw
il-kwalifiki għad-dħul stipulati fir-regolament 4;
(b) itemmu l-kors ta’ studji xieraq, jiksbu l-kredti kollha
meħtieġa, id-dissertazzjoni tkun approvata (jekk
japplika) u jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti
f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti fi statuti,
regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Il-kwalifiki għad-
dħul.
4. (1) Il-kors huwa miftuħ għall-applikanti li għandhom il-
grad ta’ Bachelor of Science (Honours) ta’ l-Università  ta’ Malta,
normalment miksub bit-Tieni Klassi bl-Unuri jew aħjar, jew grad
ieħor li l-Bord jikkunsidra li l-istudji għalih huma komparabbli
għal dawk għall-Bachelor of Science (Honours).
(2) L-applikanti li għandhom il-grad ordinarju ta’ Bachelor of
Science ta’ l-Università  ta’ Malta, bil-Kategorija II jew aħjar, jew li
għandhom grad komparabbli jew relatat, jistgħu jitħallew
jirreġistraw biss wara li jtemmu b’suċċess Kors Preparatorju kif
stipulat mill-Bord fuq il-parir tad-Dipartiment/i kkonċernat/i,
sakemm il-Kors Preparatorju jikkonsisti f’mhux anqas minn sitt
kredti f’qasam rilevanti ta’ studju.
Il-kors ta’ studji.
toffri gwida esperta u superviżjoni u jekk ikun hemm ir-riżorsi
meħtieġa kif determinat mid-Dipartiment/i li joffri/u l-qasam ta’
studju. L-oqsma ta’ studju għandhom ikunu ndikati mill-Bord qabel
2 L.S.327.174 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER 
OF SCIENCE - M.SC.
il-bidu tal-kors.
Ir-reġistrazzjoni 
għall-kors.
6. L-applikanti li jixtiequ jirreġistraw għall-kors għandhom
japplikaw fuq il-formola preskritta u fiż-żmien speċifikat mill-
Uffiċċju tar-Reġistratur. L-applikanti li jagħżlu d-Dissertazzjoni
bħala mod ta’ studju jew ix-Xogħol matul il-kors u d-
Dissertazzjoni bħala mod ta’ studju għandhom jinkludu titolu
proviżorju tad-dissertazzjoni, proposta ta’ 300 kelma u
dikjarazzjoni favur tagħha minn membru tal-Fakultà  li qabel li jkun
is-superviżur.
It-tul tal-kors. 7. (1) Il-kors għandu normalment jinfirex fuq perijodu ta’
tnax-il xahar kalendarji ta’ studju fuq bażi full-time jew l-
ekwivalenti fuq bażi part-time.
(2) Il-Bord jista’ jħalli studenti jestendu l-istudji tagħhom
b’mhux aktar minn sitt xhur jew l-ekwivalenti tagħhom fi studju
fuq bażi part-time.
L-istruttura tal-
kors.
 8. L-istudenti għandhom jirreġistraw għal għadd ta’ taqsimiet
studju (li jinkludu d-dissertazzjoni fejn japplika) li għalihom total
ta’ mill-anqas 30 kredtu huma assenjati f’xi wieħed mill-modi ta’
studju li ġejjin kif determinat mill-Bord, fuq il-parir tal-Kap tad-
Dipartiment tal-qasam ta’ studju kkonċernat:
(a) Id-Dissertazzjoni bħala Mod ta’ Studju: tikkonsisti fil-
kitba ta’ dissertazzjoni bbażata fuq xogħol ta’ natura
avanzata jew oriġinali li l-istudenti jagħmlu matul il-
kors u l-preżentazzjoni akkademika tal-konkluzjonijiet
tagħhom, li għalihom 28 kredtu huma assenjati;
assenjament ta’ seminar kif imfisser fir-regolament 9,
li għalih 2 kredti huma assenjati.
(b) Ix-Xogħol matul il-Kors u d-Dissertazzjoni bħala Mod
ta’ Studju: taqsimiet studju f’livell ogħla, li għalihom
bejn 6 u 10 kredti huma assenjati; il-kitba ta’
dissertazzjoni, li għaliha bejn 18 u 22 kredtu huma
assenjati biex jirriflettu r-riċerka ta’ l-istudenti;
assenjament ta’ seminar kif imfisser fir-regolament 9,
li għalih 2 kredti huma assenjati.
(ċ) Ix-Xogħol matul il-Kors bħala Mod ta’ Studju:
taqsimiet studju f’livell ogħla, li għalihom mhux anqas
minn 28 kredti huma assenjati u li jistgħu jinkludu
komponent ta’ prattika; assenjament ta’ seminar kif
imfisser fir-regolament 9, li għalih 2 kredti huma
assenjati.
Assenjament ta’ 
seminar.
9. (1) Is-seminar, li għalih 2 kredti huma assenjati, għandu
normalment jinvolvi review tal-letteratura dwar suġġett magħżul
għall-istudenti mill-Panel ta’ Superviżjoni.
(2) L-istudenti għandhom jagħmlu preżentazzjoni orali ta’ 40-
45 minuta lil udjenza magħmula, inter alia, minn membri tal-
Fakultà  u studenti. Huma għandhom iwieġbu mistoqsijiet
magħmula mill-udjenza u qabel għandhom jissottomettu sunt ta’
madwar 300 kelma li jispjega l-kontenut tal-preżentazzjoni tas-
seminar. L-assenjament ta’ seminar għandu jkun valutat mill-
membri tal-Panel ta’ Superviżjoni.
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER 
OF SCIENCE - M.SC. ġ L.S.327.174 3
(3) L-istudenti li jeħlu fl-assenjament ta’ seminar jistgħu
jitħallew jirrepetu l-preżentazzjoni, darba biss, fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Panel ta’ Superviżjoni. F’dan il-każ, l-ogħla
grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
10. Il-Bord għandu jhħjji programm ta’ studji għall-kors u
għandu jippublika katalogu ta’ taqsimiet studju. Il-katalogu għandu
jindika l-kodiċi, it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip ta’ kull taqsima
studju, il-kredti assenjati għal kull waħda, liema taqsimiet studju
huma obbligatorji, liema għandhom jittieħdu flimkien jew
għandhom jittieħdu qabel xi taqismiet studju oħra, u l-metodi ta’
tagħlim u ta’ valutazzjoni. Il-katalogu għandu jinkludi wkoll il-linji
ta’ gwida dwar it-tmexxija tas-seminars, il-produzzjoni tad-
dissertazzjoni u d-difiża orali tagħha. Il-Bord għandu jippublika l-
katalogu għall-kors qabel il-bidu tiegħu, wara l-approvazzjoni tas-
Senat.
Il-progress u l-
valutazzjoni.
11. (1) Il-komponenti mgħallma tal-kors għandhom ikunu
valutati permezz tax-xogħol matul il-kors u eżamijiet jew permezz
ta’ eżamijiet biss; l-eżamijiet għandhom normalment isiru fit-
tmiem tas-semestru meta saru t-taqsimiet studju.
(2) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed weħel.
Xogħol inkomplut għal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza
approvata, eċċ.) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra
kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju inkompluti għandhom jidhru
bħala F. Il-gradi mogħtija għandhom iqisu l-livell milħuq mill-
istudenti f’wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif il-Bord ta’
l-Eżaminaturi jqis xieraq: xogħol matul il-kors, ħidma fuq il-post,
riċerka, u valutazzjonijiet prattiċi, bil-miktub u/jew orali.
(3) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju tal-komponent
mgħallem għandu jkollhom valutazzjoni supplimentari.
Normalment l-istess mod ta’ valutazzjoni għandu jintuża għal
valutazzjonijiet supplimentari. Valutazzjoni supplimentari ta’
taqsima studju għandha ssir fis-sessjoni ta’ l-eżamijiet li jmiss
(Mejju jew Settembru) skond il-każ. Fil-każ ta’ assenjamenti li
jridu jerġgħu jiġu ppreżentati, il-valutazzjoni supplimentari
għandha ssir bi ftehim mal-lettur ikkonċernat. Fil-valutazzjoni
supplimentari, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
(4) Jekk il-kredtu għal taqsima studju jkun ġie mogħti, l-
istudenti ma għandhomx jerġgħu jiġu valutati mill-ġdid għaliha.
Is-superviżjoni.
student normalment magħmul minn tliet membri kif ġej: il-Kap tad-
Dipartiment bħala chairman, u żewġ membri oħra, li wieħed
minnhom għandu jkun is-superviżur tar-riċerka, fejn japplika,
sakemm meta l-Kap tad-Dipartiment huwa s-superviżur, huwa
m’għandux imexxi l-Panel.
(2) Il-Panel ta’ Superviżjoni għandu jsegwi, kif jidhirlu
xieraq, il-progress ta’ l-istudenti matul il-kors, sakemm dan jiltaqa’
mill-anqas darba biex jara l-progress milħuq.
(3) L-istudenti għandhom jirrappurtaw għand is-superviżuri
tagħhom mill-anqas darba kull xahrejn u barra minn hekk kemm-il
darba s-superviżuri jidhrilhom neċessarju.
4 L.S.327.174 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER 
OF SCIENCE - M.SC.
(4) Is-superviżuri għandhom jirrappurtaw regolarment dwar l-
istudenti lill-Panel ta’ Superviżjoni. L-istudenti għandhom jitolbu
l-approvazzjoni tal-Panel ta’ Superviżjoni għal xi tibdil sostanzjali
fit-titolu jew fil-kontenut tad-dissertazzjoni. Id-dissertazzjoni
m’għandhiex normalment tiġi sottomessa lill-Bord ta’ l-
Eżaminaturi mingħajr l-approvazzjoni tas-superviżur.
(5) Il-Panel ta’ Superviżjoni jista’ jagħti parir lill-Bord, bil-
miktub, dwar il-livell milħuq minn student; parir bħal dan jista’
jirrakkomanda jew (a) estenzjoni tal-perijodu ta’ studju biex
b’hekk l-istudent ikun jista’ jgħaddi mix-xogħol matul il-kors għal
xi taqsimiet studju; jew (b) estenzjoni tal-perijodu ta’ studju biex
b’hekk l-istudent itemm id-dissertazzjoni; jew (ċ) li l-istudent
jittwaqqaf mill-istudji qabel iż-żmien jekk il-Panel iqis dan xieraq
fiċ-ċirkostanzi; sakemm l-estenzjoni tal-perijodu ta’ studju
msemmija f’(a) u (b) tkun skond ir-regolament 7(2).
Id-dissertazzjoni. 13. (1) Id-dissertazzjonijiet ippreżentati għall-Grad
għandhom:
(a) ikunu xogħol ta’ natura avanzata jew oriġinali fil-
qasam ta’ studju ta’ l-istudenti;
(b) jissodisfaw lill-Bord ta’ l-Eżaminaturi f’dak li hu
kontenut u preżentazzjoni; u
(ċ) jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-linji ta’ gwida
rilevanti f’dak li hu format u tul.
(2) L-ebda dissertazzjoni ma tkun milqugħa jekk tkun identika
fis-sustanza għal dokument diġà  sottomess għal grad ta’ l-
Università  ta’ Malta jew ta’ xi università  oħra jew għal xi materjal
ippublikat ieħor. Iżda, l-istudenti ma jinżammux milli jinkorporaw
xogħol li sar qabel li jista’ jkun meħtieġ għall-preżentazzjoni u għal
ftehim isħeħ ta’ l-espożizzjoni tagħhom, sakemm ix-xeħta u l-
medda tax-xogħol inkorporat ikunu ndikati biċ-ċar fid-
dissertazzjoni nnifisha.
(3) L-istudenti għandhom jippreżentaw tliet kopji llegati tad-
dissertazzjoni lid-dipartiment, li wahda minnhom għandha tinżamm
fil-Librerija ta’ l-Università .
L-eżami tat-
taqsimiet studju, 
tas-seminar u tad-
dissertazzjoni.
14. (1) Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu jinħatar għal kull
taqsima studju meħuda bix-xogħol matul il-kors u għas-seminar u,
fejn japplika, għad-dissertazzjoni, skond id-disposizzjonijiet tar-
Regolamenti għall-Eżamijiet ta’ l-Universià . Eżaminatur barrani
minn xi istituzzjoni oħra għandu jinħatar għal taqsimiet studju
meħuda bix-xogħol matul il-kors. Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għall-
assenjament tas-seminar għandu jkun il-Panel ta’ Superviżjoni. Il-
Bord ta’ l-Eżaminaturi għad-dissertazzjoni għandu jkun magħmul
mill-anqas minn erba’ membri u normalment għandu jinkludi t-tliet
membri tal-Panel ta’ Superviżjoni flimkien ma’ eżaminatur barrani
minn istituzzjoni oħra.
(2) L-istudenti għandhom jiddefendu d-dissertazzjoni oralment
quddiem il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għad-dissertazzjoni. L-
eżaminatur barrani m’għandux għalfejn ikun preżenti għad-difiża
orali. Il-Bord għandu jaċċerta ruħhu li l-kwalità  u s-sustanza tad-
dissertazzjoni jirriflettu l-għadd ta’ kredti assenjati lilha.
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER 
OF SCIENCE - M.SC. ġ L.S.327.174 5
Kredti obbligatorji.
kollha assenjati għax-xogħol matul il-kors, fejn japplika, u fi
kwalunkwe każ, mhux anqas minn total ta’ 28 kredtu. L-istudenti li
ma jiksbux 28 kredtu ma jkunux eliġibbli għall-għoti tal-Grad.
(2) L-istudenti li d-dissertazzjoni tagħhom ma tkunx
sodisfaċenti jistgħu jew jeħlu jew ikunu meħtieġa mill-Bord ta’ l-
Eżaminaturi għad-dissertazzjoni biex jiktbuha kollha mill-ġdid jew
parti minnha u jerġgħu jissottomettuha għall-eżami. L-istudenti
jistgħu jerġgħu jissottomettu d-dissertazzjoni mhux qabel xahrejn u
mhux aktar tard minn 6 xhur minn notifikazzjoni tad-deċizjoni tal-
Bord ta’ l-Eżaminaturi għad-dissertazzjoni.
Ir-riżultati finali.
finali billi jikkonsidra l-komponenti kollha tal-kors li għandhom
jingħataw il-piż skond l-għadd ta’ kredti assenjati għal kull
komponent. Il-Panel għandu wkoll jistabbilixxi l-klassifikazzjoni
għall-Grad u għandu jinforma lill-Bord b’dan.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
