KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A. ġ L.S.327.175 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.175
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A.
3 ta’ Settembru, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 152 ta’ l-1999, kif emendat bl-Avviż Legali 302 ta’ l-
2002.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Arts - M.A.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Arti;
"il-Fakultà " tfisser il-Fakultà  ta’ l-Arti;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Arts - M.A.; u
"il-kors" ifisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-Grad ta’
Master of Arts - M.A.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 302 ta’ l-
2002.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2002 jew wara.
Eliġibbilità  għall-
Grad.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università  u jissodisfaw
ir-Rekwiżiti għad-Dħul stipulati fir-regolament 4;
(b) itemmu l-kors ta’ l-istudji xieraq, jiksbu l-kredti kollha
meħtieġa, jgħaddu mid-dissertazzjoni u jissodisfaw xi
rekwiżiti oħra preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti fi statuti,
regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Rekwiżiti għad-
dħul.
4. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 5, il-kors
ikun miftuħ għal applikanti li għandhom waħda mill-kwaliflki li
ġejjin:
(a) il-grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) - B.A. (Hons) -
bi klassifikazzjoni ta’ l-Ewwel Klassi bl-Unuri jew it-
Tieni Klassi bl-Unuri f’qasam ta’ studju rilevanti; jew
(b) il-grad ta’ Bachelor of Arts - B.A. - b’mill-anqas Grad
B fl-istess qasam ewlieni ta’ studju bħal dak magħżul
għall-kors jew f’qasam ta’ studju meqjus mill-Bord
rilevanti għal dak magħżul għall-kors; jew
(ċ) grad minn l-Università  ta’ Malta jew minn università
oħra li l-Bord iqis bħala komparabbli għal xi wieħed
mill-gradi ndikati fil-paragrafi (a) u (b) ta’ dan ir-
regolament.
2 L.S.327.175 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A.
Il-kors 
preparatorju.
5. (1) L-applikanti għar-reġistrazzjoni taħt ir-regolament 4(b)
u (ċ) huma meħtieġa, barra li jissodisfaw xi kondizzjonijiet speċjali
mitluba mill-Bord, li jsegwu kors preparatorju li jinfirex fuq sena
ta’ studju fuq bażi full-time jew l-ekwivalenti tagħha fi studju fuq
bażi part-time u li jgħaddu eżami ta’ kwalifika fil-livell ta’ mill-
anqas it-Tieni Klassi bl-Unuri. L-eżami ta’ kwalifika għandu
normalment ikun bħall-eżami sinottiku tal-kors għall-Bachelor of
Arts (Honours) fil-qasam ta’ studju konċernat jew bħal parti minnu.
(2) Matul il-kors preparatorju l-istudenti għandhom
jirreġistraw għal għadd ta’ taqsimiet studju li għalihom total ta’
mhux anqas minn għoxrin u mhux aktar minn ħamsa u għoxrin
kredtu huma assenjati. Fid-diskrezzjoni tad-dipartiment
ikkonċernat, l-għadd ta’ kredti meħtieġ jista’ jinkludi dissertazzjoni
li għaliha seba’ kredti huma assenjati.
(3) Fit-tmiem tal-kors preparatorju, l-istudenti għandhom
joqogħdu għall-eżami sinottiku li għandu jikkonsisti f’żewġ karti
ta’ tliet sigħat-il waħda.
(4) Ir-riżultat finali għandu jqis il-livell ta’ l-istudenti fit-
taqsimiet studju u fl-eżami sinottiku skond il-piż kif ġej:
Taqsimiet studju  50%
Eżami sinottiku  50%.
(5) Ir-riżultat finali ta’ l-istudenti kollha jkun ippublikat f’lista
f’ordni alfabetiku u juri I-ismijiet ta’ l-istudenti li għaddew u li
weħlu.
Ir-reġistrazzjoni 
għall-kors.
Sostitwit:
A.L. 302 ta’ l-
2002.
6. (1) L-applikanti li jixtiequ jirreġistraw għall-kors jew
għall-kors preparatorju għandhom japplikaw fuq il-formola
preskritta u fiż-żmien speċifikat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur. L-
applikazzjonijiet għall-kors għandhom jinkludu dan li ġej:
(a) it-titolu propost tad-dissertazzjoni;
(b) proposta ta’ riċerka dettaljata, normalment ta’ madwar
500 kelma;
(ċ) dikjarazzjoni dwar jekk l-istudju se jsir fuq bażi full-
time jew part-time, u, jekk part-time, l-għadd ta’
sigħat li se jkunu dedikati għal dan ix-xogħol ta’
riċerka;
(d) l-isem ta’ membru tal-korp akkademiku ta’ l-
Università  li qabel li jagħmilha ta’ superviżur wara li
l-applikant ikun ikkonsulta mal-kap tad-dipartiment.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 4, l-
applikazzjoni tkun aċċettata biss jekk il-Bord, fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-kap tad-dipartiment jew tal-koordinatur tad-
diviżjoni, wara konsultazzjoni mal-membri tad-dipartiment jew
mal-Bord ta’ l-Istudji, ikun sodisfatt li s-suġġett tar-riċerka huwa
aċċettabbli, u li l-istudent huwa f’posizzjoni li jsegwi studji
postgraduate fil-linja ta’ studju u riċerka li qed jipproponi.
L-istruttura tal-
kors.
7. (1) Il-kors huwa offrut f’oqsma ta’ studju fejn il-Fakultà
tista’ tipprovdi gwida esperta u superviżjoni. Il-Bord għandu
jindika liema oqsma ta’ studju jistgħu jittieħdu permezz tar-riċerka
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A. ġ L.S.327.175 3
biss u liema permezz tar-riċerka u taqsimiet studju mgħallma qabel
il-bidu ta’ kull kors. Huwa għandu jindika wkoll l-oqsma ta’ studju
offruti fil-korsijiet fuq bażi full-time u f’dawk fuq bażi part-time.
(2) Il-kors għandu jikkonsisti f’komponenti li għalihom mhux
anqas minn 30 kredtu huma assenjati. Il-komponenti huma:
(a) riċerka u l-kitba ta’ dissertazzjoni li għalihom 28
kredtu huma assenjati, u taqsimiet studju li għalihom 2
kredti huma assenjati; jew
(b) għadd ta’ taqsimiet studju li għalihom mhux anqas
minn 16-il kredtu huma assenjati, u riċerka u l-kitba
ta’ dissertazzjoni li għalihom mhux anqas minn 14-il
kredtu huma assenjati.
It-tul tal-kors.
il xahar u mhux aktar minn tmintax-il xahar ta’ studju fuq bażi full-
time jew l-ekwivalenti tiegħu fi studju fuq bażi part-time.
(2) Il-Bord jista’ jħalli lill-istudenti jtawlu l-istudji tagħhom
b’mhux aktar minn sitt xhur.
(3) L-istudenti kollha, kemm jekk fuq bażi full-time kemm
jekk fuq bażi part-time, għandhom jirreġistraw fil-bidu ta’ kull
sena akkademika.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
9. Il-Bord għandu jħejji programm ta’ studji għall-kors u
għandu jippublika katalogu ta’ taqsimiet studju. Il-katalogu għandu
jindika l-kodiċi, it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip ta’ kull taqsima
studju, il-kredti assenjati għal kull taqsima studju, liema taqsimiet
studju huma obbligatorji, liema għandhom jittieħdu flimkien jew
għandhom jittieħdu qabel taqsimiet studju oħra, u l-metodi ta’
tagħlim u valutazzjoni. Il-Bord għandu jippublika l-katalogu għall-
kors qabel jibda, wara l-approvazzjoni tas-Senat.
Il-progress u l-
valutazzjoni.
10. (1) It-taqsimiet studju huma valutati permezz ta’ xogħol
matul il-kors u eżamijiet li jsiru fit-tmiem tas-semestru meta saru.
(2) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed weħel.
Xogħol inkomplut għal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza
approvata, eċċ.) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra
kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju inkompluti għandhom jidhru
bħala F. Il-gradi mogħtija għandhom iqisu l-livell milħuq mill-
istudenti f’wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif il-Bord iqis
xieraq: xogħol matul il-kors, ħidma fuq il-post, riċerka, u
valutazzjonijiet prattiċi, bil-miktub u/jew orali.
(3) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju għandu jkollhom
valutazzjoni supplimentari. Normalment l-istess mod ta’
valutazzjoni għandu jintuża għal valutazzjonijiet supplimentari.
Valutazzjoni supplimentari ta’ taqsima studju għandha ssir fis-
sessjoni ta’ l-eżamijiet li jmiss (Mejju jew Settembru) skond il-każ.
Fil-każ ta’ assenjamenti, il-valutazzjoni supplimentari għandha ssir
bi ftehim mal-lettur ikkonċernat. Fil-valutazzjoni supplimentari, l-
ogħla grad li jista’jingħata huwa l-grad D.
(4) Jekk jeħlu fil-valutazzjoni supplimentari, l-istudenti ma
jistgħux ikomplu l-kors, ħlief f’ċirkostanzi speċjali u bil-permess
4 L.S.327.175 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A.
tas-Senat.
(5) Jekk il-kredtu għal taqsima studju jkun ġie mogħti, l-
istudenti ma għandhomx jerġgħu jiġu valutati mill-ġdid għaliha.
Id-dissertazzjoni. 11. (1) L-istudenti li jirreġistraw għall-kors mgħallem
għandhom jissottomettu t-titolu u proposta ta’ riċerka għad-
dissertazzjoni għall-approvazzjoni tal-Bord fi żmien erba’ xhur
mir-reġistrazzjoni tagħhom għall-kors. L-istudenti li jirreġistraw
għall-kors bir-riċerka għandhom jissottomettu t-titolu u proposta
ta’ riċerka għad-dissertazzjoni mar-reġistrazzjoni tagħhom. Fiż-
żewġ każijiet, il-proposta ta’ riċerka għandha tkun dettaljata kemm
jista’ jkun biex il-Bord ikun jista’ jqis il-validità  tagħha sewwa.
(2) Id-dissertazzjonijiet għandhom ikunu jew rekord ta’
xogħol oriġinali jew espressjoni ordinata u kritika ta’ data eżistenti
dwar suġġett partikolari, u għandha tissodisfa lid-Dipartiment
konċernat dwar il-lingwa u l-preżentazzjoni letterarja.
(3) Il-Bord għandu jistabbilixxi t-tul tad-dissertazzjoni f’kull
qasam ta’ studju skond l-għadd ta’ kredti assenjati lilha.
(4) L-ebda dissertazzjoni ma tkun milqugħa jekk tkun identika
fis-sustanza għal dissertazzjoni diġà  sottomessa għal grad ta’ l-
Università  ta’ Malta jew ta’ università  oħra. Iżda, l-istudenti ma
jinżammux milli jinkorporaw xogħol għal dissertazzjoni li sar
qabel li jista’ jkun meħtieġ għall-preżentazzjoni u għal ftehim isħeħ
ta’ l-espożizzjoni tagħhom, basta li x-xeħta u l-medda tax-xogħol
inkorporat ikunu ndikati biċ-ċar fid-dissertazzjoni stess.
(5) Il-Bord għandu jaħtar superviżur għal kull student. L-
istudenti għandhom jirrapporataw għand is-superviżuri tagħhom
mill-anqas darba kull xahrejn u, barra minn hekk, kemm-il darba s-
superviżuri jidhrilhom li hemm bżonn. Is-superviżuri jistgħu
jirreferu lill-Bord studenti li jqisu li x-xogħol tagħhom mhux
sodisfaċenti u għandhom jirreferu għall-approvazzjoni tal-Bord xi
tibdil sostanzjali fit-titolu jew fil-kontentut tad-dissertazzjoni. L-
ebda dissertazzjoni m’għandha tkun sottomessa lill-Bord ta’ l-
Eżaminaturi mingħajr ċertifikat, iffirmat mis-superviżur, li
jikkonferma l-oriġinalità  tax-xogħol u l-qbil ma’ dawn ir-
regolamenti.
(6) L-istudenti għandhom jagħmlu eżami viva voce dwar id-
dissertazzjoni tagħhom u dwar il-qasam ġenerali ta’ tagħrif li taqa’
fih. L-eżaminatur barrani m’għandux għalfejn ikun preżenti għall-
eżami viva voce.
Sottomossjoni 
mill-ġdid tad-
dissertazzjoni.
12. Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi il-
Bord jista’ jħalli lill-istudenti li d-dissertazzjoni tagħhom tinstab
mhux sodisfaċenti jerġgħu jissottomettuha f’għamla riveduta fi
żmien perijodu ta’ mhux anqas minn sitt xhur u mhux aktar minn
tmintax-il xahar mill-jum li fih tkun intbagħtitilhom lura.
Il-format u l-
preżentazzjoni.
13. (1) Id-dissertazzjonijiet għandhom iħarsu l-
ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
(a) Id-daqs tal-karta: id-Daqs Standard Internazzjonali A4
(29.7 ċm x 21 ċm);
(b) Ittajpjar: Spazju doppju għat-test ewlieni. Spazju
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A. ġ L.S.327.175 5
singlu għan-noti. L-ispazju singlu jista’ jintuża wkoll
għal kwotazzjonijiet twal fit-test ewlieni. Marġni fuq
ix-xellug ta’ 3.5 ċm, Marġni ta’ fuq u fuq il-lemin ta’
1.5 ċm. Marġni ta’ fuq ta’ 5 ċm jitħalla fuq l-ewwel
paġna ta’ kull diviżjoni, i.e. taqsimiet, bibljografija,
eċċ. In-nota/i għandhom jidhru fil-qiegħ tal-paġna
rilevanti jew wara kull taqsima;
(ċ) Il-paġinar: It-test ewlieni, inklużi d-daħla (jekk ikun
hemm), il-bibljografija, u xi appendiċi tad-
dissertazzjoni għandhom ikunu b’numri għarab; il-
paġna tat-titolu, id-dedika (jekk ikun hemm), il-
prefazju, ir-rikonoxximenti, il-werrej, eċċ, li jiġu qabel
it-test ewlieni, għandhom ikunu b’numri Rumani;
(d) Il-legatura: Għandhom ikunu ppreżentati tliet kopji
tad-dissertazzjoni. Wara li d-dissertazzjoni tkun difiża
b’suċċess, żewġ kopji tad-dissertazzjoni mhux illegati,
kif approvati mill-Bord ta’ l-Eżaminaturi, għandhom
ikunu meħjuta u llegati kif ġej:
bi drapp (jekk jista’ jkun iswed) b’qoxra iebsa u bil-
karti tat-tarf ta’ kwalità  tajba; b’ittri (jekk jista’ jkun
bid-deheb) fuq il-qoxra u d-dahar li juru:
(i) l-isem ta’ l-istudent;
(ii) it-titolu jew it-titolu fil-qosor tad-dissertazzjoni;
(iii) il-grad li għalih id-dissertazzjoni ġiet
sottomessa; u
(iv) is-sena meta ġiet sottomessa.
Mapep, disinji, graphs, materjal stampat, eċċ.,
għandhom ikunu llegati mad-dissertazzjoni, iżda jekk
dan ma jkunx possibbli għandhom ikunu ppreżentati
għalihom f’folders jew f’volumi speċjali u nnumerati.
(e) Kopja llegata għandha titqiegħed fil-Librerija ta’ l-
Università  u t-tieni kopja llegata għandha titqiegħed
fid-Dipartiment konċernat; u
(f) It-tifsila tal-paġna tat-titolu: It-titolu tad-dissertazzjoni
u s-sotto-titolu (jekk ikun hemm), u warajh l-isem ta’
l-istudent, is-suġġett, u d-data ta’ meta ġiet
sottomessa, eż. "Dissertazzjoni ppreżentata lill-
Fakultà  ta’ l-Arti fl-Università  ta’ Malta għall-grad ta’
Master of Arts fil- (is-suġġett, eż. l-Istorja)", imbagħad
ix-xahar u s-sena ta’ meta ġiet sottomessa.
(2) Id-dissertazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata
mill-istudenti li hija x-xogħol oriġinali tagħhom.
Il-Bordijiet ta’ l-
Eżaminaturi.
14. (1) Kull dissertazzjoni għandha tiġi eżaminata minn Bord
ta’ l-Eżaminaturi magħmul mill-anqas minn tliet membri, li wieħed
minnhom normalment għandu jkun eżaminatur barrani minn
università  ohra. Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għal xi karti bil-miktub
jista’ jkun differenti minn dak magħżul għad-dissertazzjoni.
Ir-riżultati finali.
riċerka għandu jqis il-merti tad-dissertazzjoni tagħhom.
6 L.S.327.175 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS - M.A.
(2) Ir-riżultat finali ta’ l-istudenti li jsegwu l-kors bit-taqsimiet
studju u r-riċerka għandu jqis il-komponenti kollha tal-kors li
għandhom jingħataw il-piż skond l-għadd ta’ kredti assenjati għal
kull komponent.
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordini alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
