GRADI TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - U 
DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - 
FL-ISTITUT TAL-LINGWISTIKA ġ L.S.327.176 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.176
ORDINAMENTI GĦALL-GRADI TA’ 
MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - U 
DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - 
FL-ISTITUT TAL-LINGWISTIKA
3 ta’ Settembru, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 154 ta’ l-1999.
Titolu u tifsir.
Gradi ta’ Master of Philosophy - M.Phil. - u Doctor of Philosophy -
Ph.D - fl-Istitut tal-Lingwistika.
(2) F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord ta’ l-Istitut tal-Lingwistika; u
"l-Istitut" tfisser l-Istitut tal-Lingwistika.
Applikabilità .
1999 ’il quddiem.
Rekwiżiti għad-
dħul.
3. (1) Il-grad ta’ M.Phil. huwa miftuħ għal applikanti li
għandhom grad ta’ Master jew kwalifiki ta’ livell komparabbli
rikonoxxuti mis-Senat għal dan il-għan f’qasam ta’ studju li l-Bord
iqis bħala relatat mill-qrib u rilevanti għal-Lingwistika.
(2) F’każijiet speċjali, il-Bord jista’ jħalli applikanti li ma
jissodisfawx ir-rekwiżiti mniżżla fil-paragrafu (1) ta’ dan l-
ordinament jirreġistraw. L-applikazzjonijiet minn dawn l-
applikanti għandhom jinkludu evidenza ta’ profiċjenza u
rakkomandazzjoni minn membru ta’ l-istaff akkademiku li qabel li
jagħmilha ta’ superviżur. Il-Bord jista’ jesiġi rekwiżiti oħra li
jistgħu jinkludu eżami jew eżamijiet ta’ kwalifika.
(3) Il-grad ta’ Ph.D. huwa miftuħ għal applikanti li għandhom
grad ta’ Master jew grad ta’ Master of Philosophy minn l-
Università  ta’ Malta jew minn università  oħra jew kwalifiki ta’
livell komparabbli rikonoxxuti mis-Senat għal dan il-għan f’qasam
ta’ studju li l-Bord iqis bħala relatat mill-qrib u rilevanti għal-
Lingwistika, iżda l-applikanti li jkollhom il-grad ta’ Master jistgħu
jintalbu jirreġistraw l-ewwel għall-grad ta’ Master of Philosophy.
Reġistrazzjoni u 
superviżjoni.
4. Il-proposta ta’ riċerka ta’ l-applikanti għandha tindika ċar
il-kwistjonijiet tar-riċerka fil-qasam tal-Lingwistika li ser jiġu
trattati. L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha tinkludi titolu
provisorju, proposta ta’ riċerka dettaljata ta’ madwar 1000 kelma,
rakkomandazzjoni bil-miktub li x-xogħol propost jista’ jsir mill-
persuna direttament responsabbli għat-tmexxija ta’ l-istituzzjoni,
laboratorju jew unit kliniku fejn ix-xogħol se jsir u
rakkomandazzjoni bil-miktub minn membru ta’ l-istaff akkademiku
li qabel li jagħmilha ta’ superviżur.
Superviżur.
rilevanti ta’ l-investigazzjoni.
2 L.S.327.176 ħ
GRADI TA’ MASTER OF PHILOSOPHY - M.PHIL. - U 
DOCTOR OF PHILOSOPHY - PH.D. - 
FL-ISTITUT TAL-LINGWISTIKA
Il-format u l-
preżentazzjoni tad-
dissertazzjoni u tat-
teżi.
6. (1) Dissertazzjoni għall-M.Phil. normalment m’għandhiex
taqbeż il50,000 kelma waqt li teżi għall-Ph.D. m’għandhiex tkun
ta’ anqas minn 70,000 kelma u ta’ mhux aktar minn 90,000 kelma.
Dan jinkludi n-noti ta’ l-aħħar, iżda ma jinkludix il-bibljografija u/
jew l-indiċi analitiku u xi appendiċi.
(2) L-istudenti għandhom jissottomettu tliet kopji tad-
dissertazzjoni jew tat-teżi llegati adegwatament għall-għan ta’ l-
eżami. Kull kopja għandu jkollha sunt ta’ mhux aktar minn 300
kelma. Fi żmien xahar minn mindu jgħaddu mill-eżami tad-
dissertazzjoni jew tat-teżi, l-istudenti għandhom jissottomettu żewġ
kopji, waħda titqiegħed fil-Librerija ta’ l-Università  u l-oħra
titqiegħed fil-librerija ta’ l-Istitut. Iż-żewġ kopji għandhom ikunu
llegati kif ġej:
bi drapp (jekk jista’ jkun iswed) b’qoxra iebsa u bil-
karti tat-tarf ta’ kwalità  tajba; b’ittri (jekk jista’ jkun
bid-deheb) fuq il-qoxra u d-dahar li juru:
(i) l-isem ta’ l-istudent;
(ii) it-titolu jew it-titolu fil-qosor tad-dissertazzjoni
jew tat-teżi;
(iii) il-grad li għalih id-dissertazzjoni jew it-teżi ġiet
sottomessa; u
(iv) is-sena meta ġiet sottomessa.
Mapep, disinji, graphs, materjal stampat, eċċ., għandhom
ikunu llegati mad-dissertazzjoni jew mat-teżi, iżda jekk dan ma
jkunx possibbli għandhom ikunu ppreżentati għalihom f’folders
jew f’volumi speċjali u nnumerati.
(3) It-test għandu jkun ittajpjat fuq karti ta’ qies A4, fuq naħa
waħda biss, bi spazju doppju, font qies 12, u b’marġni ta’ 40 mm
fuq ix-xellug u mill-anqas 20 mm minn naħa ta’ fuq, t’isfel u tal-
lemin.
