GĦOTJIET TA’ MANTENIMENT GĦAL 
STUDENTI POST-SEKONDARJI U TERZJARJI ġ L.S.327.178 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.178
REGOLAMENTI DWAR GĦOTJIET TA’ 
MANTENIMENT GĦAL STUDENTI POST-
SEKONDARJI U TERZJARJI
1 ta’ Ottubru, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 165 ta’ l-1999, kif emendat bl-Avviżi Legali 171 ta’ l-
1999, 180 ta’ l-2000, 193 ta’ l-2001 u 204 ta’ l-2003.
Titolu, 
applikabilità  u bidu 
fis-seħħ.
Emendat:
A.L. 204 ta’ l-
2003.
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti dwar
Għotjiet ta’ Manteniment għal Studenti Post-Sekondarji u Terzjarji.
(2) (a) Salv għal kif provdut hawn aktar ’il quddiem, dawn ir-
regolamenti għandhom ikunu japplikaw għal -
(i) studenti full-time li jibdew xi kors post-
sekondarju fi jew wara l-1 ta’ Ottubru, 1999, kif
indikat fil-Parti I ta’ l-Iskeda;
(ii) studenti full-time li jidħlu fl-Università  ta’ Malta
fi jew wara l-1 ta’ Ottubru, 1999, biex isegwu xi
kors undergraduate kif indikat fil-Parti II ta’ l-
Iskeda;
(iii) studenti full-time li jidhlu fl-Università  ta’ Malta
fi jew wara l-1 ta’ Ottubru, 1999, biex isegwu xi
wieħed mill-korsijiet għal grad post-graduate
indikati fil-Parti II ta’ l-Iskeda.
(b) Dawk l-istudenti full-time bħalma huma msemmija fil-
paragrafu (a) ta’ dan ir-regolament u li jkomplu l-kors
ta’ studji tagħhom jew parti minnu barra l-pajjiż taħt
skemi approvati mill-Ministru, ikomplu jkunu
intitolati għal għotja ta’ manteniment għal studenti kif
provdut hawn aktar ’il quddiem.
(ċ) Dawn ir-regolamenti għandhom jibdew iseħħu fl-1 ta’
Settembru, 2003.
Tifsir.
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ Tmexxija dwar l-Għotjiet ta’
Manteniment għal Studenti, imwaqqaf skond ir-regolament 17;
"Ministru" ifisser il-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni;
"għotja ta’ manteniment" iflsser il-benefiċċji finanzjarji mħallsa
lil studenti post-sekondarji u terzjarji biex jiffaċilitaw u jħeġġu l-
kontinwazzjoni ta’ kull għamla ta’ edukazzjoni post-sekondarja
full-time.
Parti I - Eliġibilità  ta’ Studenti Post-Sekondarji għal 
Għotja ta’ Manteniment
Għotja ta’ 
manteniment għal 
studenti post-
sekondarji.
3. Għandha titħallas għotja ta’ manteniment lil studenti full-
time li jkunu rreġistraw u/jew ġew aċċettati biex isegwu kors ta’
studji kif indikat fil-Parti I ta’ l-Iskeda, u illi -
(a) ikunu ċittadini ta’ Malta, jew studenti li għallinqas
ikollhom ġenitur wieħed li jkollu ċittadinanza Maltija;
2 L.S.327.178 ħ
GĦOTJIET TA’ MANTENIMENT GĦAL 
STUDENTI POST-SEKONDARJI U TERZJARJI
u
(b) kienu residenti Malta għal perijodu ta’ mhux anqas
minn ħames snin mid-data tal-bidu tal-kors ta’ studju
rilevanti; u
(ċ) ikunu temmew iż-żmien tagħhom ta’ edukazzjoni
obbligatorja; u
(d) ikunu qegħdin jattendu l-kors tagħhom regolarment u
jagħmlu progress sodisfaċenti:
Iżda dawk l-istudenti li jkollhom jirrepetu xi sena mill-kors
magħżul ta’ studji tagħhom, ma jkollhomx jedd jirċievu l-għotja ta’
manteniment matul dik is-sena li huma jkunu qegħdin jirrepetu:
Iżda wkoll dawk l-istudenti li jkollhom element ta’ xogħol
imħallas bħala parti mill-kors tagħhom, għandhom jirċievu għotja
ta’ manteniment pro rata applikabbli biss għal dawk il-perjodi ta’
studju matul żmien il-kors li ma jirċevux ħlas għalihom:
Iżda wkoll, studenti li l-progress tagħhom (kif meqjus
permezz ta’ proċeduri perjodiċi ta’ stima) jitqiesu li ma jkunux
sodsifaċenti, jew li ma jkunux qegħdin jattendu dak il-kors
regolarment, jitilfu d-dritt li jirċievu l-għotja ta’ manteniment sa
dak iż-żmien meta l-Kap tal-kors konċernat jiċċertifika li tali
studenti jkunu reġgħu qed jagħmlu progress sodisfaċenti jew li
jkunu qed jattendu regolarment:
Iżda wkoll li, studenti jistgħu jitħallew jirċievu xi
remunerazzjoni oħra jekk jiġi ddikjarat bil-miktub mill-awtoritajiet
edukattivi kompetenti li x-xogħol li jkunu qegħdin iwettqu ma
jfixkilx id-dmirijiet tagħhom bħala studenti full-time, u li meta
jingħata permess, fil-każ li r-remunerazzjoni għal dak ix-xogħol
tkun teċċedi s-somma ta’ l-għotja ta’ manteniment, ammont
ekwivalenti għad-differenza bejn ir-remunerazzjoni għax-xogħol u
l-ammont imħallas bħala għotja ta’ manteniment għandu jiġi
mnaqqas mill-għotja tal-manteniment. Barra minn hekk, jekk
studenti li jkunu qegħdin jagħmlu xi xogħol remunerattiv ieħor
jonqsu milli jagħmlu din id-dikjarazzjoni u/jew jonqsu milli
jiddikjaraw l-ammont korrett ta’ remunerazzjoni riċevuta, huma
jitilfu d-dritt li jirċievu l-għotja ta’ manteniment għal matul dik is-
sena akkademika.
Rati ta’ l-għotja ta’ 
manteniment għal 
studenti post-
sekondarji.
4. Studenti li jikkwalifikaw għal għotja ta’ manteniment taħt
ir-regolament li jiġi minnufih qabel dan, jiġu mħallsa għotja ta’
manteniment kif preskritt fil-Parti I ta’ l-Iskeda.
Għotja ta’ 
manteniment 
speċjali.
5. Il-Ministru jista’, bi ftehim mal-Ministru responsabbli
għall-finanzi, jippreskrivi fil-Parti I ta’ l-Iskeda, dawk il-korsijiet li
għalihom tista’ titħallas għotja ta’ manteniment speċjali.
Għotja ta’ 
manteniment 
supplimentari.
6. Studenti li, minħabba xi tbatija li dwarha jinġiebu l-provi,
jitqiesu mill-Bord li jikkwalifikaw għal għotja ta’ manteniment
supplimentari, għandhom jirċievu rata fissa u addizzjonali darba
fix-xahar kif indikat fil-Parti I ta’ l-Iskeda.
Perjodi ta’ ħlas. 7. (1) Il-parti fissa ta’ kull xahar ta’ l-għotja ta’ manteniment
titħallas matul is-sena akkademika, inklużi il-vaganzi tal-Milied u
ta’ l-Għid, iżda esklużi l-vaganzi tas-Sajf.
GĦOTJIET TA’ MANTENIMENT GĦAL 
STUDENTI POST-SEKONDARJI U TERZJARJI ġ L.S.327.178 3
(2) Fejn l-istruttura ta’ xi kors partikolari hekk titlob, il-
Ministru jista’ japprova l-ħlas ta’ għotja ta’ manteniment matul il-
vaganzi tas-Sajf.
Parti II - Eliġibilità  ta’ Studenti Universitarji għal 
Għotja ta’ Manteniment
Għotja ta’ 
manteniment għal 
studenti 
universitarji.
8. Għandha titħallas għotja ta’ manteniment lil studenti li
jkunu rreġistraw u ġew aċċettati mill-Università  ta’ Malta bħala
studenti regolari għal kors full-time ta’ matul il-jum f’kors ta’
studji kif indikat fil-Parti II ta’ l-Iskeda li- 
(a) ikunu ċittadini ta’ Malta; u
(b) kienu residenti Malta għal perijodu ta’ mhux anqas
minn ħames snin mid-data tal-bidu tal-kors ta’ studju
rilevanti; u
(ċ) ma jkunux għalqu 30 sena meta jibda l-kors; u
(d) ikunu qegħdin jattendu regolarment u jagħmlu
progress sodisfaċenti:
Iżda dawk l-istudenti li jkunu għalqu 30 sena meta jibda l-
kors u li jkunu ssodisfaw il-kondizzjonijiet l-oħra ta’ hawn aktar
qabel jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali, jikkwalifikaw għal għotja ta’
manteniment meta dawk l-istudenti jkunu s-sors prinċipali ta’
għajxien fil-familja tagħhom u l-Bord iqis li jkun jistħoqqilhom dik
l-għotja ta’ manteniment:
Iżda wkoll li studenti li jkollhom jirrepetu xi sena mill-kors
ta’ studju li jkunu għażlu, ma jkollħomx jedd għal għotja ta’
manteniment matul dik is-sena li jkunu qed jirrepetu:
Iżda wkoll, studenti li l-progress tagħhom (kif meqjus
permezz ta’ proċeduri perjodiċi ta’ stima) jitqiesu li ma jkunux
sodisfaċenti, jew li ma jkunux qegħdin jattendu dak il-kors
regolarment, jitilfu d-dritt li jirċievu l-għotja ta’ manteniment sa
dak iż-żmien li l-Università  tiċċertifika li tali studenti jkunu reġgħu
qed jagħmlu progress sodisfaċenti jew li jkunu qed jattendu
regolarment:
Iżda wkoll, studenti jistgħu jitħallew jirċievu xi
remunerazzjoni oħra jekk jiġi ddikjarat mill-awtoritajiet ta’ l-
Università  li x-xogħol li jkunu qed jagħmlu ma jkunx ifixkel id-
dmirijiet tagħhom bħala studenti full-time, u li meta jingħata
permess, jekk irremunerazzjoni għal dak ix-xogħol tkun teċċedi s-
somma ta’ l-għotja ta’ manteniment, ammont ekwivalenti għad-
differenza bejn ir-remunerazzjoni għax-xogħol u l-ammont
imħallas bħala għotja ta’ manteniment għandu jiġi mnaqqas mill-
għotja tal-manteniment. Barra minn hekk, jekk studenti li jkunu
qed jagħmlu xi xogħol ieħor rimunerattiv jonqsu milli jagħmlu dik
id-dikjarazzjoni u/jew jonqsu milli jiddikjaraw l-ammont korrett ta’
rimunerazzjoni riċevuta, huma jitilfu d-dritt li jirċievu għotja ta’
manteniment matul dik is-sena akkademika.
Rati ta’ l-għotja ta’ 
manteniment għal 
studenti 
universitarji.
9. Studenti li jikkwalifikaw għal għotja ta’ manteniment taħt
ir-regolament preċedenti, jiġu mħallsa għotja ta’ manteniment kif
preskritt fil-Parti II ta’ l-Iskeda.
4 L.S.327.178 ħ
GĦOTJIET TA’ MANTENIMENT GĦAL 
STUDENTI POST-SEKONDARJI U TERZJARJI
Għotja ta’ 
manteniment lil 
studenti 
undergraduate.
10. Għandha titħallas għotja ta’ manteniment indikata fil-Parti
II(A) ta’ l-Iskeda lil studenti li jkunu qed isegwu korsijiet
undergraduate fl-Università .
Għotja ta’ 
manteniment 
supplimentari.
11. Studenti li, minħabba f’xi tbatija li dwarha jinġiebu l-
provi, jitqiesu mill-Bord li jikkwalifikaw għal għotja ta’
manteniment supplimentari, għandħom jirċievu rata fissa u
adizzjonali darba fix-xaħar kif indikat fil-Parti II ta’ l-Iskeda.
Għotja ta’ 
manteniment 
speċjali.
12. Il-Ministru jista’, bi ftehim mal-Ministru responsabbli
mill-finanzi, jippreskrivi fil-Parti II(B) ta’ l-Iskeda, dawk il-
korsijiet li għalihom tista’ titħallas għotja ta’ manteniment speċjali.
Għotja ta’ 
manteniment lil 
studenti post-
graduate.
13. Għandha titħallas għotja ta’ manteniment indikata fil-Parti
II(Ċ) ta’ l-Iskeda lil dawk l-istudenti li jkunu qed isegwu korsijiet
post-graduate fl-Università  ta’ Malta.
Il-Ministru 
jippublika avviż.
14. Il-Ministru għandu, f’Ġunju ta’ kull sena, jippubblika
avviż fil-Gazzetta li fih jindika dawk l-oqsma ta’ studji fejn ikun
ippruvat li jkun hemm nuqqas ta’ riżorsi umani kwalifikati fihom, u
jelenka dawk il-korsijiet post-graduate ta’ l-Università  li jkunu
skedati li jibdew fix-xahar li jmiss ta’ Ottubru f’dawk l-oqsma
ta’studji li għalihom l-istudenti jkunu ntitolati għal għotja ta’
manteniment. Dak l-avviż jista’ jindika wkoll l-għadd ta’ postijiet
f’kull kors post-graduate partikolari li dwaru tkun ser titħallas
għotja ta’ manteniment.
Perjodu ta’ ħlas. 15. (1) Il-parti fissa ta’ kull xahar ta’ l-għotja ta’ manteniment
titħallas tul is-sena akkademika, inklużi il-vaganzi tal-Milied u ta’
l-Għid, iżda esklużi l-vaganzi tas-Sajf.
(2) Meta l-istruttura ta’ xi kors partikolari hekk teħtieġ, il-
Ministru jista’ japprova l-ħlas ta’ għotja ta’ manteniment matul il-
vaganzi tas-Sajf.
Parti III - Bord ta’ Tmexxija dwar Għotjiet ta’ Manteniment 
lill-Istudenti
Twaqqif tal-Bord. 16. Qiegħed jitwaqqaf Bord ta’ Tmexxija dwar Għotjiet ta’
Manteniment lill-Istudenti biex jamministra l-allokazzjoni ta’
għotjiet ta’ manteniment lil studenti f’livelli post-sekondarji u
terzjarji u biex jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar affarijiet ta’
policy.
Kompożizzjoni tal-
Bord.
Emendat:
A.L. 204 ta’ l-
2003.
17. Il-Bord ikun maħtur mill-Ministru u jkun magħmul minn -
(a) President;
(b) membru li jirrapreżenta lid-Diviżjoni ta’ l-
Edukazzjoni;
(ċ) membru nominat mill-Ministru responsabbli għall-
finanzi;
(d) membru nominat mill-Korporazzjoni ta’ Xogħol u
Taħriġ;
(e) membru nominat mir-Rettur ta’ l-Università  ta’ Malta;
(f) membru nominat mill-Principal tal-Kulleġġ Malti
għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija;
(g) membru nominat mill-Kunsill Studenti Universitarji
GĦOTJIET TA’ MANTENIMENT GĦAL 
STUDENTI POST-SEKONDARJI U TERZJARJI ġ L.S.327.178 5
(KSU);
(h) membru magħżul minn fost il-membri tal-Kunsilli ta’
l-Istudenti post-sekondarji;
(i) segretarju.
Impjegati tal-Bord.
ta’ persunal amministrattiv li jkunu jistgħu jgħinuh iwettaq id-
dmirijiet tiegħu b’mod effettiv u effiċjenti.
Funzjonijiet tal-
Bord.
19. Il-funzjonijet tal-Bord ikunu li:
(a) jimmaniġġa u jissorvelja l-allokazzjoni effettiva u l-
ħlas ta’ l-għotjiet ta’ manteniment lil studenti ta’
livelli post-sekondarji u terzjarji;
(b) jifformula u regolarment jirrevedi il-proċeduri għar-
rigward ta’ għemil ta’ stima, allokament, ħlas u kull
jedd għal għotjiet ta’ manteniment;
(ċ) jistabilixxi l-kriterji u jistima, jiddeċiedi dwar, u
jirrevedi applikazzjonijiet għal għotja ta’ manteniment
supplimentari, skond kif preskritti fl-Iskeda, li jkunu
saru minn studenti f’każijiet ta’ tbatija finanzjarja
speċjali;
(d) jikkonsidra rapporti li jirċievi mingħand l-awtoritajiet
edukattivi kompetenti rigward il-progress akkademiku
ta’ l-istudenti u japplika sanzjoniijet meta l-ħtiġiet
minimi ma jkunux qed jintlaħqu;
(e) jissorvelja kull remunerazzjonijiet oħra mħallsa
direttament lil studenti għal xogħol approvat taħt il-
provisos għar-regolamenti 3 u 8;
(f) jagħti b’subappalt servizzi minn entijiet oħra meta dan
ikun aktar effettiv fin-nefqa u effiċjenti għal
amministrazzjoni u ħlas aħjar ta’ l-għotjiet ta’
manteniment ta’ l-istudenti, speċjalment dawk il-
partijiet ta’ l-għotjiet li huma maħsuba li jkopru l-
ispejjeż relatati max-xiri ta’ materjal u apparat
edukattiv;
(g) jippjana u jimplementa b’mod effettiv fin-nefqa kull
skema ta’ esperjenza ta’ xogħol għal studenti li l-
Ministru jista’ minn żmien għal żmien, jiddeċiedi li
jipprovdi;
(h) jirrakkomanda tibdil fil-policy nazzjonali dwar l-
appoġġ finanzjarju fl-edukazzjoni post-sekondarja u
terzjarja.
Disposizzjoni 
ġenerali dwar 
korsijiet fl-istess 
livell.
20. Studenti li jkunu qed isegwu it-tieni kors jew kors
sussegwenti wara li jkunu lestew jew parzjalment segwew xi kors
ieħor ta’ l-istess livell, ma jkunux intitolati li jirċievu għotja ta’
manteniment għal dak il-perjodu ta’ żmien li jkun ekwivalenti
għaż-żmien kollu tal-kors ta’ qabel, jekk għall-kors ta’ qabel kienu
qed jirċievu għotja ta’ manteniment. Dawk l-istudenti jkunu
ntitolati biss għal għotja ta’ manteniment għall-perjodu li jifdal
wara t-tmiem ta’ l-ewwel perjodu mingħajr l-għotja ta’
manteniment:
6 L.S.327.178 ħ
GĦOTJIET TA’ MANTENIMENT GĦAL 
STUDENTI POST-SEKONDARJI U TERZJARJI
Iżda meta kors ikun ikompli minn diploma għal livell ta’
grad ġenerali, jew minn grad ġenerali għal livell ta’ grad bl-unuri,
jew minn grad għal dottorat fil-Liġi jew fil-Mediċina u Kirurġija,
dan ma jkunx jitqies bħala t-tieni kors jew kors sussegwenti għall-
finijiet ta’ dan irregolament.
Għotja ta’ 
manteniment 
f’ċirkostanzi 
speċjali.
21. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, il-
Ministru jista’, f’ċirkostanzi speċjali u bil-parir tal-Bord, jordna l-
ħruġ ta’ għotja ta’ manteniment skond l-Iskeda lil studenti li ma
jkunux eliġibbli għal din ħ-għotja taħt dawn ir-regolamenti, iżda li
jkunu qed isegwu xi wieħed mill-korsijiet indikati fl-Iskeda.
Studenti fuq leave 
bi ħlas jew 
b’kuntratt ma’ min 
iħaddem.
22. Studenti li jsegwu wieħed mill-korsijiet indikati fl-Iskeda,
waqt li jkunu qegħdin fuq leave għal skop ta’ studju mħallas minn
min iħaddimhom, jew li jaċċettaw offerta li jidħlu f’kuntratt ma’
min iħaddem fejn jorbtu lilhom infushom li jaħdmu ma’ dak li
jħaddimhom wara li jkunu temmew il-kors tagħhom, u li
għaldaqshekk ikunu jibbenefikaw mill-paga jew mir-
remunerazzjoni miftehma, ikunu intitolati għal dik il-paga jew
remunerazzjoni minflok l-għotja ta’ manteniment kif provdut fl-
Iskeda.
Disposizzjonijiet 
transitorji.
23. (1) Studenti full-time li bdew kors tas-Sixth Form
rikonoxxut qabel l-1 ta’ Ottubru, 1999, u li waslu biex ilestu t-tieni
sena ta’ dan il-kors, jibqgħu jkunu eliġibbli għall-allowance ta’
kull xahar provduta fir-Regolamenti ta’ l-1996 dwar Rati ta’
Allowance għal Studenti tas-Sixth Form.
(2) Dawk l-istudenti kollha li jkunu bdew kors ta’ l-Università
ta’ Malta qabel l-1 ta’ Ottubru, 1997, u li kienu qed jirċievu
stipendju skond ir-Regolamenti ta’ l-1994 dwar Rati Riveduti ta’
Stipendji għal Studenti Universitarji, jibqgħu jkunu eliġibbli għal
dan l-istipendju.
GĦOTJIET TA’ MANTENIMENT GĦAL 
STUDENTI POST-SEKONDARJI U TERZJARJI ġ L.S.327.178 7
Emendata:
A.L. 171 ta’ l-
1999;
A.L. 180 ta’ l-
2000;
A.L. 193 ta’ l-
2001;
A.L. 204 ta’ l-
2003.
SKEDA
Għotjiet ta’ Manteniment lil Studenti fl-Edukazzjoni
Post-Sekondarja u Terzjarja
Parti I - Studenti Post-Sekondarji
Studenti li, skond id-disposizzjonijiet stabbiliti bir-regolament 3,
jkunu temmew iż-żmien ta’ edukazzjoni obbligatorja, u jkunu qed
isegwu xi wieħed mill-korsijiet full-time li ġejjin f’istituzzjonijiet
edukattivi post-sekondarji approvati, jikkwalifikaw għal għotja ta’
manteniment kif ġej għal matul il-kors ta’ studju:
Korsijiet Post-Sekondarji
Full-time
Għotja ta’ Manteniment 
lill-Istudenti
- Certificate in Banking and
Financial Services
- Certificate in
Administrative and
Secretarial Studies
L-istudenti jirċievu għotja ta’
manteniment li titħallas kif ġej:
1. Rata fissa ta’ Lm40 kull
xahar, li titħallas bejn l-1
ta’ Ottubru u t-30 ta’
Ġunju tul iż-żmien tal-
kors tagħhom ħlief għall-
korsijiet offruti mill-
Kulleġġ Malti għall-Arti,
Xjenza u Teknoloġija;
- MCAST Certificate in
Retailing
- Certificate in Insurance
Studies
- Certificate in Marketing
Studies
- MCAST/BTEC National
Certificate in Business
- Accounting Technician
Certificate
- Matriculation Certificate
Course
- MCAST Intermediate
Certificate in Business
- MCAST/BTEC Higher
National Diploma in
Business
- Certificate in Hairdressing
- ITEC Diploma for Beauty
Specialists
- MCAST/BTEC First
Diploma in Care
- MCAST/BTEC Diploma
Early Years
- MCAST/BTEC First
Diploma in Health Services
- MCAST/BTEC First
Diploma in Sports and
Exercises Science
2. F’każ ta’ studenti li jkunu
qegħdin jattendu korsijiet
offruti mill-Kulleġġ Malti
ta’ l-Arti, Xjenza u
Teknoloġija, rata fissa ta’
Lm 40 fix-xaħar li titħallas
lill-istudenti bejn l-1 ta’
Settembru u t-30 ta’
Ġunju, sakemm idum il-
kors ta’ studji.
2. Rata ta’ Lm 100 li
tingħata darba kull sena
skolastika biex
parzjalment tkopri spejjeż
relatati ma’ materjal u
apparat edukattiv.
Għotja ta’ Manteniment
Supplimentari ta’ Lm20 fix-
xahar tingħata skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament
6.
8 L.S.327.178 ħ
GĦOTJIET TA’ MANTENIMENT GĦAL 
STUDENTI POST-SEKONDARJI U TERZJARJI
Part II: Studenti Universitarji
A. Studenti f’Korsijiet Undergraduate
Studenti li, skond id-disposizzjonijiet stabbiliti bir-regolament 8,
ikunu qed isegwu kors full-time li jwassal għal grad undergraduate
fl-Università  ta’ Malta, jikkwalifikaw għal għotja ta’ manteniment
kif ġej għal matul il-kors ta’ studji tagħhom:
- OIC Navigational Watch
- OIC Engineering Watch
- Chief Mate
- Second Engineer
- Master Mariner
- Chief Engineer
- MCAST/BTEC First
Diploma for IT
Practitioners
- MCAST/BTEC National
Diploma for IT
Practitioners
- MCAST/BTEC Higher
National Diploma in
Computing
Korsijiet Għotja ta’ Manteniment
lill-Istudenti
Korsijiet full-time li jwasslu
għal diploma, degree, LL.D. u
M.D. offruti mill-Università  ta’
Malta skond l-Istatuti tagħha.
L-istudenti jirċievu għotja ta’
manteniment li titħallas kif ġej:
1. Rata fissa ta’ Lm60 fix-
xahar, li titħallas bejn l-1
ta’ Ottubru u t-30 ta’
Ġunju tul iż-żmien tal-
kors ta’ studji tagħhom;
2. Lm200 kull sena
akkademika, sabiex
parzjalment tkopri spejjeż
relatati ma’ materjal
edukattiv;
Korsijiet full-time li jwasslu
għal Degree offruti miċ-Ċentru
għall-Istudji tal-Koservazzjoni u
r-Restawr taċ-Ċentru Malti għar-
Restawr.
3. Lm400 imħallsa fuq bażi
ta’ darba biss biex
parzjalment tkopri spejjeż
relatati max-xiri ta’
apparat edukattiv.
Għotja ta’ manteniment
supplimentari ta’ Lm60 fix-
xahar tingħata skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament
11.
GĦOTJIET TA’ MANTENIMENT GĦAL 
STUDENTI POST-SEKONDARJI U TERZJARJI ġ L.S.327.178 9
B. Għotja ta’ Manteniment Speċjali
Studenti li, skond id-disposiżżjonijiet stabbiliti bir-regolament
12, ikunu qed isegwu kors full-time fl-Università  ta’ Malta minn
fost il-korsijiet elenkati li ġejjin, jikkwalifikaw għal għotja ta’
manteniment speċjali kif ġej għal matul il-kors ta’ studji tagħhom:
Ċ. Studenti Post-Graduate
Studenti full-time li, skond ir-regolamenti 13 u 14, ikunu isegwu
kors post-graduate għandhom, għal tul iż-żmien tal-kors ta’ studji
tagħhom, jitħallsu għotja ta’ manteniment kif ġej:
(a) rata fissa ta’ Lm60 fix-xahar għal tul il-kors ta’ studji
tagħhom; u
(b) jekk, minħabba fi tbatija li dwarha jinġiebu provi,
student jitqies mill-Bord li jikkwalifika għal Għotja ta’
Manteniment Supplimentari, dak l-istudent jirċievi
rata addizzjonali ta’ Lm60 fix-xahar.
Korsijiet Għotja ta’ Manteniment Speċjali 
lill-Istudenti
- B.A. (Hons.) Public Policy;
- B.Eng. (Hons.) Electrical
Engineering
L-Istudenti jirċievu għotja ta’
manteniment speċjali li titħallas
kif ġej:
- B.Sc. (Hons.) Maths and
Computer Science
- B.Sc. (Hons.) Maths and
Informatics
- B.Sc. Business and
Computing
- B.Sc. (Hons.) Information
Technology
1. Rata fissa ta’ Lm90 fix-
xahar li titħallas bejn l-1
ta’ Ottubru u t-30 ta’
Ġunju tul iż-żmien tal-
kors ta’ studji tagħhom;
2. Lm200 kull sena
akkademika, biex
parzjalment tkopri spejjeż
relatati ma’ materjal
edukattiv;
- B.Sc. (Hons.) Nursing
Studies
- B.Sc. (Hons.) Midwifery
Studies
3. Lm400 li titħallas fuq bażi
ta’ darba biss biex
parzjalment tkopri spejjeż
relatati max-xiri ta’
apparat edukattiv.
- B.Sc. (Hons.)
Communication Therapy
- B.Sc. Medical Laboratory
Science
- B.Sc. Radiography
- B.Sc. Physiotherapy
- Diploma in Nursing
- Diploma in Midwifery
Għotja ta’ manteniment
supplimentari ta’ Lm60 fix-
xahar tingħata skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament
11.
