KORS GĦALL-UNIVERSITY UNDERGRADUATE 
CERTIFICATE IN TOURISM STUDIES EDUCATION ġ L.S.327.179 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.179
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-UNIVERSITY 
UNDERGRADUATE CERTIFICATE IN TOURISM 
STUDIES EDUCATION
5 ta’ Novembru, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 188 ta’ l-1999.
Titolu u tifsir.
Kors għall-University Undergraduate Certificate in Tourism
Studies Education.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Bord ta’ l-Istudji" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur mill-
Bord għall-kors;
"iċ-Ċertifikat" tfisser il-University Undergraduate Certificate in
Tourism Studies Education;
"il-Fakultà " tfisser il-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni; u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ l-istudji li jwassal għall-University
Undergraduate Certificate in Tourism Studies Education.
Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 1999 jew wara.
Eliġibbilità  għaċ-
Ċertifikat.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti taċ-Ċertifikat, l-istudenti
għandhom:
(a) itemmu b’suċċess il-kors ta’ l-istudji, jgħaddu mill-
eżami finali u jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha
preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(b) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti fi statuti,
f’regolamenti u f’ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Dħul u rekwiżiti 
speċjali għall-kors.
4. (1) L-applikanti għandhom japplikaw għall-kors fuq il-
formola preskritta u fiż-żmien speċifikat mill-Uffiċċju tar-
Reġistratur.
(2) Biex ikunu reġistrati bħala studenti regolari fil-kors, l-
applikanti għandhom ikunu nominati mill-Bord ta’ l-Institute of
Tourism Studies tal-Ministeru tat-Turiżmu minn fost l-għalliema
impjegati ma’ dan l-Istitut meta jibda l-kors u għandu jkollhom il-
kwaliflki li ġejjin:
(a) grad minn l-Università  ta’ Malta jew minn università
rikonoxxuta mis-Senat għal dan il-għan; jew
(b) Diploma/Ċertifikat minn istituzzjoni rikonoxxuta fil-
Hotel Catering jew fil-Catering Management; jew
(ċ) ikunu membri ta’ l-HCMA, u jkollhom mill-anqas
erba’ snin esperjenza fis-sengħa/fit-tagħlim fil-qasam
2 L.S.327.179 ħ
KORS GĦALL-UNIVERSITY UNDERGRADUATE 
CERTIFICATE IN TOURISM STUDIES EDUCATION
ta’ speċjalizzazzjoni.
It-tul tal-kors. 5. Il-kors għandu jinfirex fuq perijodu ta’ tliet semestri ta’
studju fuq bażi part-time.
Il-kors ta’ studji. 6. (1) Il-kors għandu jikkonsisti mill-komponenti li ġejjin, li
għalihom mhux anqas minn 20 kredtu huma assenjati:
(a) taqsimiet studju mgħallma fit-tliet oqsma ta’ studju li
ġejjin:
Educational Psychology (5 kredti)
Educational Studies (4 kredti)
Pedagogy (7 kredti)
(b) Pjazzament fuq il-Post taħt Superviżjoni(2 kredti); u
(ċ) Proġett (2 kredti).
(2) L-istudenti għandhom jiksbu mill-anqas l-għadd ta’ kredti
li ġej fit-taqsimiet studju mgħallma:
Educational Psychology (4 kredti)
Educational Studies (3 kredti)
Pedagogy (6 kredti).
L-attendenza. 7. L-attendenza regolari għat-taqsimiet studju kollha tal-kors
hija obbligatorja. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ attendenza għal raġuni li l-
Bord ta’ l-Istudji jqis valida, huwa jista’ jħalli lill-istudenti
jkomplu l-kors sakemm isiru arranġamenti alternattivi biex ipattu
għal konferenzi li ntilfu.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
8. Il-Bord għandu jħejji katalogu ta’ taqsimiet studju. Il-
katalogu għandu jindika l-kodiċi, it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip
ta’ kull taqsima studju, il-kredti assenjati għal kull taqsima studju,
liema taqsimiet studju huma obbligatorji, liema għandhom jittieħdu
flimkien jew meħtieġa jittieħdu qabel taqsimiet studju oħra, u l-
metodi ta’ tagħlim u valutazzjoni. Il-Bord għandu jippublika l-
katalogu għall-kors qabel il-bidu tiegħu, wara l-approvazzjoni tas-
Senat.
Il-valutazzjoni u l-
progress.
9. (1) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li
ġejjin li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed
weħel. Xogħol inkomplut għal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza
approvata, eċċ.) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra
kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmuma għandhom
jidhru bħala F. Il-gradi mogħtija għandhom iqisu l-livell milħuq
mill-istudenti f’wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif il-Bord
iqis xieraq: xogħol matul il-kors, u valutazzjonijiet prattiċi, bil-
miktub u/jew orali.
(2) L-istudenti li jeħlu f’taqsima studju għandu jkollhom
valutazzjoni supplimentari darba biss. Normalment l-istess mod ta’
valutazzjoni bħall-ewwel valutazzjoni għandu jintuża għal
valutazzjonijiet supplimentari. L-ogħla grad li jista’ jingħata huwa
l-Grad D.
(3) L-istudenti jistgħu jerġgħu jkunu valutati f’mhux aktar
minn erba’ taqsimiet studju li weħlu fihom.
KORS GĦALL-UNIVERSITY UNDERGRADUATE 
CERTIFICATE IN TOURISM STUDIES EDUCATION ġ L.S.327.179 3
(4) Fil-każ ta’ xogħol inkomplut (I) l-istudenti għandhom
ikunu valutati mill-ġdid fi żmien li jiġi stabbilit mill-Bord ta’ l-
Istudji.
Il-pjazzament fuq 
il-post taħt 
superviżjoni.
10. (1) L-istudenti għandhom jagħmlu pjazzament fuq il-post
taħt superviżjoni li jinfirex fuq sitt ġimgħat. Biex wieħed jingħata
ċ-Ċertifikat għandu jtemm b’suċċess il-pjazzament fuq il-post taħt
superviżjoni.
(2) Ir-riżultati tal-pjazzament fuq il-post taħt superviżjoni
għandhom ikunu ppublikati kif ġej: Għadda b’Distinzjoni, Għadda,
jew Weħel.
(3) L-istudenti li jeħlu fil-pjazzament fuq il-post taħt
superviżjoni jitħallew jirrepetuh darba biss fi żmien li jiġi
determinat mill-Bord ta’ l-Istudji. Jekk jgħaddu, l-istudenti jistgħu
jingħataw biss grad li għaddew.
(4) L-istudenti li jeħlu fil-pjazzament fuq il-post taħt
superviżjoni għat-tieni darba ma jkunux eliġibbli għall-għoti taċ-
Ċertifikat anki jekk ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha
preskritti f’dawn ir-regolamenti.
Il-proġett.
approvazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji l-proposta u t-titolu ta’ proġett
ta’ natura prattika pedagoġika. Biex wieħed jingħata ċ-Ċertifikat
għandu jtemm b’suċċess il-proġett.
(2) L-istudenti għandhom jissottomettu l-proġett sa mhux
aktar tard minn erba’ ġimgħat qabel it-tmiem tal-kors u dan għandu
jkun valutat skond il-gradi mniżżla fir-regolament 9(1).
(3) Il-Bord ta’ l-Istudji għandu jaħtar superviżuri għal kull
student.
(4) L-istudenti li jeħlu fil-proġett għandhom jitħallew
jissottomettuh mill-ġdid darba, fi żmien perijodu ta’ sitt xhur.
(5) L-istudenti li jeħlu fil-proġett għat-tieni darba ma jkunux
eliġibbli għall-għoti taċ-Ċertifikat anki jekk ikunu ssodisfaw ir-
rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’dawn ir-regolamenti.
L-eżami finali
oqsma ta’ studju li fihom ittieħdu t-taqsimiet studju u għandu
jikkonsisti f’mhux aktar minn tliet karti. Biex wieħed jingħata ċ-
Ċertifikat għandu jgħaddi mill-eżami finali.
(2) Biex ikunu eliġibbli biex jagħmlu l-eżami finali l-istudenti
għandhom ikunu kisbu mill-anqas l-għadd minimu ta’ kredti
speċifikat fir-regolament 6(2).
(3) L-eżami finali għandu jkun valutat skond il-gradi mniżżla
fir-regolament 9(1).
(4) L-istudenti li jeħlu fl-eżami finali għandhom jitħallew
jerġgħu jagħmlu l-eżami finali darba biss, fi żmien perijodu ta’ sitt
xhur.
Ir-riżultati.
Ċertifikat għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku.
L-istatus taċ-
Ċertifikat.
14. Il-kors għaċ-Ċertifikat huwa maħsub speċifikatament
għall-għalliema impjegati ma’ l-Institute of Tourism Studies tal-
4 L.S.327.179 ħ
KORS GĦALL-UNIVERSITY UNDERGRADUATE 
CERTIFICATE IN TOURISM STUDIES EDUCATION
Ministeru tat-Turiżmu meta jibda l-kors. Iċ-Ċertifikat ma huwiex
ekwivalenti għall-Postgraduate Certificate in Education jew għall-
grad ta’ Bachelor of Education (Honours) mogħti mill-Università ,
jew għat-Teacher’s Certificate mogħti mit-Teachers’ Training
Colleges.
