STATUT 04 - STATUT DWAR L-EŻAMIJIET TAL-MATRIKOLA 
U TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-EDUKAZZJONI SEKONDARJA ġ L.S.327.18 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.18
STATUT 04 - STATUT DWAR L-EŻAMIJIET
TAL-MATRIKOLA U TAĊ-ĊERTIFIKAT
TA’ L-EDUKAZZJONI SEKONDARJA
5 ta’ Frar, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 11 ta’ l-1991.
Titolu.
Eżamijiet tal-Matrikola u taċ-Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni
Sekondarja.
Ġenerali.
fil-livell Avanzat (AM) u fil-livell Intermedjarju (IM), u Eżami
għaċ-Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja (SEC).
1.2 Kull sena jkun hemm żewġ sessjonijiet ta’ l-eżamijiet.
1.3 L-eżamijiet ikunu taħt il-kontroll ta’ Bord ta’ l-Eżamijiet
tal-Matrikola u taċ-Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja (M &
SEC Bord), maħtur skond il-paragrafu 2.2.
Il-Bord ta’ l-
Eżamijiet tal-
Matrikola u taċ-
Ċertifikat ta’ l-
Edukazzjoni 
Sekondarja.
2.1 Il-funzjonijiet tal-Bord ta’ l-Eżamijiet tal-Matrikola u taċ-
Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja jkunu:
(i) li jagħmel rakkomandazzjonijiet lis-Senat biex
jipprovdi r-regolamenti meħtieġa għat-tmexxija ta’ l-
eżamijiet;
(ii) li jmexxi l-eżamijiet skond ir-Regolamenti magħmulin
mis-Senat;
(iii) li jagħmel rakkomandazzjonijiet lis-Senat dwar is-
sillabi, li jiġu ppreparati wara konsultazzjoni ma’
esperti fil-curriculum, skejjel u d-Dipartiment ta’ l-
Edukazzjoni;
(iv) li jagħmel rakkomandazzjonijiet lis-Senat dwar il-
ħatra ta’ Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi;
(v) li jissottometti lis-Senat rapport ġenerali fuq l-
eżamijiet li jkunu saru matul is-sena ta’ qabel;
(vi) li jagħmel rakkomandazzjonijiet lis-Senat dwar il-
materji kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn l-
eżamijiet, u dwar il-materji li jiġu riferuti lilu mis-
Senat jew minn Bordijiet oħra ta’ l-Università ;
(vii) li jagħmel rakkomandazzjonijiet lis-Senat u lill-
Kunsill biex jinħatar Segretarjat b’poteri eżekuttivi, li
jkun magħmul minn sezzjoni akkademika u minn
sezzjoni amministrattiva; u
(viii)li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill biex
jipprovdi l-fondi neċessarji, inklużi dawk għas-
Segretarjat.
2.2 (a) Il-Bord ta’ l-Eżamijiet tal-Matrikola u taċ-Ċertifikat
2 L.S.327.18 ħ
STATUT 04 - STATUT DWAR L-EŻAMIJIET TAL-MATRIKOLA 
U TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-EDUKAZZJONI SEKONDARJA
ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja jkun magħmul minn disa’ membri kif
ġej:
(i) Chairman (ir-Rettur jew xi ħadd nominat minnu);
(ii) tliet membri mill-impjegati akkademiċi maħtura mis-
Senat ta’ l-Università ;
(iii) tliet membri mid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni
maħtura mid-Direttur ta’ l-Edukazzjoni;
(iv) membru nominat mill-membri ta’ l-Assoċjazzjoni ta’
l-Iskejjel Privati u minn fosthom;
(v) ir-Reġistratur.
(b) Is-Segretarju tal-Bord ikun ir-Reġistratur jew xi ħadd
nominat minnu.
(ċ) L-għadd tal-membri meħtieġ biex jifforma quorum hu
ħamsa.
(d) Viċi-Chairman ikun maħtur mill-Bord ta’ l-Eżamijiet
tal-Matrikola u taċ-Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja minn
fost dawk il-membri maħtura skond il-paragrafu 2.2(a)(iii).
(e) Il-membri jinħatru għal perijodu ta’ tliet snin:
Iżda l-ewwel tliet membri maħtura taħt il-paragrafu
2.2(a)(ii) jew taħt il-paragrafu 2.2(a)(iii) ikunu maħtura, wieħed
għal perijodu ta’ sentejn, wieħed għal perijodu ta’ tliet snin, u l-
ieħor għal perijodu ta’ erba’ snin:
Iżda iktar illi jekk membru maħtur taħt il-paragrafu
2.2(a)(ii) jew taħt il-paragrafu 2.2(a)(iii) jirriżenja, il-persuna
maħtura biex timla din il-vakanza għandha żżomm din il-kariga
għall-bqija taż-żmien ta’ dak il-membru li din il-persuna tkun
bidlet.
Regolamenti u 
sillabi.
3. Ir-regolamenti magħmulin mis-Senat għall-Eżamijiet tal-
Matrikola u għall-Eżamijiet taċ-Certifikat ta’ l-Edukazzjoni
Sekondarja, u s-sillabi għal kull suġġett, jiġu normalment
ippubblikati kull sena u mill-anqas sentejn qabel id-data ta’ l-eżami
li jirreferu għalih.
