﻿KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS ġL.S.327.180 1 
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.180 
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRADI TA’ 
BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) - B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS 
5 ta’ Novembru, 1999 
L-AVVIŻ LEGALI 189 ta’ l-1999, kif emendat bl-Avviż Legali 104 ta’ l- 
2002. 
Titolu u tifsir. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti tal- 
Kors għall-Gradi ta’ Bachelor of Arts - B.A. - u Bachelor of Arts 
(Honours) - B.A. (Hons.) - tal-Link Campus. 
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma 
teħtieġx xort’oħra - 
"il-Bord ta’ l-Istudji" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għal kull 
programm ta’ studju kif indikat fl-Iskeda 1; 
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Bachelor of Arts - B.A. - jew il-Grad 
ta’ Bachelor of Arts (Honours) - B.A. (Hons.) - kif xieraq; 
"il-kors" tfisser il-programmi ta’ studju li jwasslu għall-Grad kif 
approvati mis-Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord 
Akkademiku; 
"kredtu/kredti" tfisser kredtu/kredti mogħtija skond il-linji ta’ 
gwida tal-European Credit Transfer System; 
"il-Link Campus" tfisser il-Link Campus ta’ l-Università ta’ 
Malta stabbilit f’Ruma, l-Italja; 
"il-programm ta’ studju" tfisser il-programm ta’ studju relatat 
ma’ qasam ta’ studju offrut fil-kors; u 
"l-Università" tfisser l-Università ta’ Malta. 
(3) Għal kull eventwalità li mhix koperta minn dawn irregolamenti, 
l-istatuti, ir-regolamenti u l-ordinamenti ta’ l- 
Università għandhom japplikaw, kif xieraq. 
Applikabilità. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li 
bdew f’Ottubru 1999 jew wara. 
Glossarju ta’ 
termini. 3. It-termini wżati f’dawn ir-regolamenti għandhom jittieħdu 
li jfissru kif indikat fl-Iskeda 2 li għandha titqies bħala parti minn 
dawn ir-regolamenti. Fejn dawn ir-regolamenti jirreferu għal 
termini li mhumiex inklużi fl-Iskeda 2, l-istatuti, ir-regolamenti u lordinamenti 
ta’ l-Università għandhom japplikaw, kif xieraq. 
Eliġibbilità għall- 
Grad. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
4. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad, l-istudenti 
għandhom: 
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti matrikolati fil-kors 
skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti; 
(b) jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha biex itemmu b’suċċess 
il-programm ta’ studju xieraq, u jissodisfaw

2 L.S.327.180ħ 
KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS 
kwalunkwe oħra preskritti f’dawn ir-regolamenti; u 
(ċ) jissodisfaw kwalunkwe rekwiżiti oħra preskritti f’xi 
statuti, regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l- 
Università. 
Rekwiżiti għaddħ
ul. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
5. (1) L-applikanti għad-dħul fil-kors għandhom ikollhom ilkwalifika 
li hija meħtieġa għad-dħul fi programm ta’ studji f’livell 
universitarju fil-pajjiż li joħroġ id-diploma jew iċ-ċertifikat. Barra 
minn hekk, l-Università trid tkun sodisfatta li l-kwalifiki ta’ lapplikanti 
huma biżżejjed għad-dħul fil-programm ta’ studju 
magħżul u li l-applikanti għandhom l-isfond akkademiku 
neċessarju biex isegwu l-programm ta’ studju. 
(2) Id-dħul fi programm ta’ studju partikolari tal-kors jista’ 
jkun fuq il-bażi ta’ rekwiżiti addizzjonali, li għandhom ikunu 
speċifikati fil-katalogu tal-moduli għall-programm ta’ studju. 
(3) Konsiderazzjoni speċjali tista’ tingħata lill-applikanti li 
jkunu laħqu l-età ta’ 23 sena sal-bidu tal-kors. 
(4) L-applikanti għandhom jissodisfaw lill-Università li huma 
għandhom ħakma adegwata ta’ l-Ingliż biex ikunu kapaċi jsegwu lkors 
bi profitt. 
(5) L-applikanti għandhom jersqu għall-Eżami għad-Dħul ta’ 
l-Università, normalment darba biss f’xi sena waħda. Tista’ 
ssirilhom jew offerta ta’ dħul mingħajr kondizzjonijiet jew offerta 
ta’ dħul taħt xi kondizzjonijiet, jew jistgħu jiċċaħħdu mid-dhul filkors. 
(6) L-Università tista tiċħad id-dħul lill-applikanti li ma 
jitqisux adattati biex jagħmlu l-kors, kemm jekk dan ġie muri middokumenti 
sottomessi ma’ l-applikazzjoni jew permezz ta’ l-Eżami 
għad-Dħul ta’ l-Università. 
Twettiq tarrekwiż
iti talprogramm 
ta’ 
studju. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
6. (1) L-applikanti jistgħu jidħlu fi programm ta’ studju 
partikolari u jingħataw kredtu għal tagħlim xieraq li jkun sar qabel 
sakemm, fl-opinjoni tad-Direttur tad-Dipartiment/i Akkademiku/ċi 
rilevanti, hemm stennija raġjonevoli li huma se jkunu jistgħu 
jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-programm ta’ studju billi jtemmu lmoduli 
neqsin fil-perijodu permess mir-regolament 8(1). 
(2) L-applikanti li jidħlu skond id-disposizzjonijiet tassubregolament 
(1) ma jitħallewx jittrasferixxu aktar minn żewġ 
terzi tal-kredti meħtieġa biex jikkwalifikaw għall-Grad. 
Studenti assoċjati. 7. L-applikanti jistgħu jidħlu bħala studenti assoċjati biex 
jattendu għal parti minn programm ta’ studju, normalment għal 
semestru wieħed u għal mhux aktar minn żewġ semestri. Jekk listudenti 
assoċjati jitolbu biex jidħlu bħala studenti kompletament 
matrikolati aktar tard, l-applikazzjonijiet tagħhom jiġu kkunsidrati 
bhal ta’ l-applikanti l-oħra. 
Tul tal-kors. 
Sostitwit: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
8. (1) Il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Bachelor of Arts għandu jinfirex fuq perijodu ta’ tliet snin ta’ studju fuq bażi fulltime 
jew l-ekwivalenti fi studju fuq bażi part-time. 
(2) Il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Bachelor of Arts

KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS ġL.S.327.180 3 
(Honours) għandu jinfirex fuq perijodu ta’ erba’ snin ta’ studju fuq 
bażi full-time jew l-ekwivalenti fi studju fuq bażi part-time. 
(3) Il-Bord ta’ l-Istudji jista’ jħalli studenti jtemmu lprogramm 
ta’ studju f’sena ta’ studju żejda. F’ċirkostanzi speċjali, 
is-Senat, li jaġixxi fuq il-parir tal-Bord Akkademiku, u fuq irrakkomandazzjoni 
tal-Bord ta’ l-Istudji, jista’ jippermetti 
estensjoni oħra ta’ sena. 
Gwida għallistudenti. 
9. L-istudenti jkunu assenjati konsulent akkademiku li 
għandu jagħti pariri u gwida dwar materji akkademiċi. 
Attendenza. 10. L-istudenti huma meħtieġa jattendu għal mill-anqas 80% 
tal-lezzjonijiet u tas-sessjonijiet tutorjali u jtemmu x-xogħol matul 
il-kors assenjat lilhom kollu biex jitħallew jersqu għall-eżami ta’ xi 
modulu. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, u fil-każ ta’ studenti fuq bażi 
part-time, il-Bord ta’ l-Istudji jista’ jħalli studenti ma jattendux 
għal aktar minn 20% tal-lezzjonijiet u tas-sessjonijiet tutorjali taħt 
dawk il-kondizzjonijiet li huwa jista’ jimponi biex jiżgura li ssillabu 
tal-modulu jkun kopert adegwatament. 
Programm ta’ 
studju. 11. Il-kors għandu jikkonsisti fi programmi ta’ studju fl-oqsma 
ta’ studju li ġejjin u f’xi oqsma ta’ studju oħra kif approvat mis- 
Senat: 
International Management 
International Studies 
Communication Management 
International Legal Affairs. 
Approvazzjoni talprogramm 
ta’ 
studju. 
Miżjud: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
12. Il-programm ta’ studju għal kull qasam ta’ studju fil-Grad 
għandu jkun approvat mis-Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord 
Akkademiku u ppubblikat qabel il-bidu ta’ kull kors. 
Il-programm ta’ 
studju għandu 
jinkludi l-moduli. 
Miżjud: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
13. Kull programm ta’ studju għandu jinkudi l-moduli għal 
kull sena ta’ studju, inklużi xi moduli ta’ proġett, essay twil, 
dissertazzjoni, esperjenza ta’ xogħol jew pjazzament ta’ xogħol 
skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 14. 
Kredti għallprogrammi 
ta’ 
studju. 
Sostitwit: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
14. (1) Kull programm ta’ studju li jwassal għall-Grad ta’ 
Bachelor of Arts għandu jkun magħmul minn dan li ġej: 
(a) 60 kredtu f’Livell 1, normalment miksuba fl-Ewwel 
Sena; 
(b) 60 kredtu f’Livell 2, nomalment miksuba fit-Tieni 
Sena; u 
(ċ) 60 kredtu f’Livell 3, nomalment miksuba fit-Tielet 
Sena. 
(2) Kull programm ta’ studju li jwassal għall-Grad ta’ 
Bachelor of Arts (Honours) għandu jkun magħmul minn dan li ġej: 
(a) 60 kredtu f’Livell 1, normalment miksuba fl-Ewwel 
Sena; 
(b) 60 kredtu f’Livell 2, nomalment miksuba fit-Tieni

4 L.S.327.180ħ 
KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS 
Sena; 
(ċ) 60 kredtu f’Livell 3, li minnhom 30 kredtu għandhom 
jinkisbu f’istituzzjoni ta’ l-edukazzjoni ogħla, barra 
mil-Link Campus, approvata mill-Bord ta’ l-Istudji, u 
30 kredtu għal pjazzament industrijali; u 
(d) 60 kredtu fil-Livell 3, normalment miksuba fir-Raba’ 
Sena. 
Moduli. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
15. (1) Il-moduli għandhom normalment ikunu kklassifikati 
bħala Livell 1, 2 jew 3. Xi moduli jistgħu jkunu xierqa għal studju 
jew fil-Livell 1 jew 2 jew fil-Livell 2 jew 3, f’liema każ huma 
jkunu deskritti bħala Livell 1/2 jew 2/3. Dawn il-moduli għandhom 
ikunu allokati skond is-sena tal-programm ta’ studju li ttieħdu fiha. 
(2) Il-proġett għandu normalment isir fl-aħħar sena ta’ kull 
programm ta’ studju u għandu jkun ikklassifikat bħala tat-Tielet 
Livell. 
Għażla millistudent. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
16. Kull programm ta’ studju għandu jħalli lill-istudent 
element ta’ għażla bejn il-moduli. 
Mexxej talprogramm. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
17. (1) Il-mexxej tal-programm rilevanti għandu japprova 
programm ta’ studju individwali għal kull student, b’lista ta’ 
moduli li għandhom jiġu studjati kull semestru f’kull livell skond 
id-disposizzjonijiet tar-regolament 14. L-istudenti jistgħu jattendu 
u jkunu valutati biss fil-moduli approvati għalihom. 
(2) L-aħħar data biex tinkiseb l-approvazzjoni għal bdil filprogramm 
ta’ studju individwali matul semestru għandha 
normalment tkun l-aħħar tat-tieni ġimgħa ta’ tagħlim. 
(3) Fid-diskrezzjoni tal-mexxej tal-programm rilevanti u 
b’konsultazzjoni mal-Konsulenti akkademiċi tagħhom, l-istudenti 
jistgħu f’xi semestru wieħed jitħallew jirreġistraw għal moduli li 
għalihom aktar minn 30 kredtu huma assenjati f’każ li huma 
jixtiequ jbiddlu l-programm ta’ studju tagħhom jew fejn dan ikun 
meħtieġ li jsir biex l-istudenti jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kredti 
għall-programm ta’ studju kurrenti tagħhom. 
Bdil tal-programm 
ta’ studju. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
18. L-istudenti li jixtiequ jbiddlu l-programm ta’ studju 
tagħhom għandhom jitolbu l-approvazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji, li 
għandu jqis konsiderazzjonijiet akkademiċi ġenerali, il-postijiet 
disponibbli, u l-parir tal-konsulent akkademiku u tal-mexxej talprogramm. 
Dawn l-istudenti għandhom ikunu meħtieġa jtemmu lmoduli 
kollha li jonqoshom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti talprogramm 
ta’ studju l-ġdid skond skeda approvata mill-mexxej talprogramm. 
Trasferiment ta’ 
kredti. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
19. L-istudenti li jittrasferixxu għal programm ta’ studju ġdid 
jistgħu jitħallew mill-Bord ta’ l-Istudji jittrasferixxu l-kredti għallmoduli 
li diġà għaddew minnhom, sakemm dawn jikkontribwixxu 
għar-rekwiżiti tal-programm ta’ studju l-ġdid. L-għadd ta’ moduli 
ġodda li għandhom jiġu studjati għandu jkun determinat millmexxej 
tal-programm rilevanti.

KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS ġL.S.327.180 5 
Katalogu talmoduli. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
20. (1) Il-katalgu tal-moduli għal kull programm ta’ studju 
għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar kull modulu: 
It-Titolu, il-Kodiċi u l-Livell 
It-Tip (obbligatorju jew fakultattiv) 
Liema moduli għandhom jittieħdu qabel moduli oħrajn, 
jew liema meħtieġa jittieħdu flimkien, jekk ikun il-każ 
L-Oġġettivi 
Il-Metodu ta’ Tagħlim 
Il-Lingwa tat-tagħlim u tal-valutazzjoni 
Is-Sillabu 
Il-Bibljografija u l-qari meħtieġ 
Il-Metodu/i ta’ valutazzjoni. 
(2) Il-katalgu tal-moduli għandu jindika wkoll kwalunkwe 
rekwiżiti addizzjonali għad-dhul fi programm ta’ studju partikolari. 
Il-Bordijiet ta’ l- 
Eżaminaturi. 
Sostitwit: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
21. Il-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi għandhom ikunu maħtura 
għal kwalunkwe eżami fil-programmi ta’ studju skond iddisposizzjonijiet 
tar-Regolamenti għall-Eżamijiet ta’ l-Università. 
Il-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi għall-moduli ta’ l-aħħar seana jistgħu 
jinkludu eżaminaturi barranin. 
Valutazzjoni u 
eżamijiet. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
22. (1) Il-livell milħuq mill-istudenti f’kull modulu għandu 
jkun valutat fis-semestru li fih intemm u skond il-kriterji ta’ 
valutazzjoni stipulati fis-subregolament (2). 
(2) L-istudenti għandhom jingħataw punti għal modulu skond 
il-kriterji ta’ valutazzjoni li ġejjin: 
Punti % tal-marka 
massima 
L-ekwivalenti 
Taljan 
Deskrizzjoni 
16 
15 
14 
87 - 100 
83 - 86 
80 - 82 
30/30 e lode 
29 
28 
Xogħol ta’ kwalità eċċezzjonali. 
Livell eċċezzjonali li juri ħakma 
w i e s g ħ a u k a p a ċ i t à g ħ a l l - 
a p p l i k a z z j o n i t a s - s u ġ ġ e t t . 
Evidenza ta’ qari, riċerka, u 
xogħol addizzjonali. 
13 
12 
11 
77- 79 
73 - 76 
70 - 72 
27 
26 
25 
Xogħol ta’ kwalità tajba ħafna. 
Livell li juri li l-istudent ikun 
f e h e m t a j j e b i s - s u ġ ġ e t t . 
Evidenza ta’ ammont ta’ qari, 
riċerka, u xogħol addizzjonali. 
10 
98 
67 - 69 
63 - 66 
60 - 62 
24 
23 
22 
Xogħol ta’ kwalità mhux ħażin. 
Ħ a k m a k o n s i d e r e v o l i i ż d a 
inkompluta tas-suġġett. Ftit 
evidenza ta’ qari, riċerka u 
xogħol addizzjonali. 
765 
57 - 59 
53 - 56 
50 - 52 
21 
20 
19 
Xogħol ta’ kwalità anqas minn 
o r m a l m i s t e n n i . Ħ a k m a 
m i n i m a t a s - s u ġ ġ e t t . F t i t 
evidenza ta’ qari, riċerka u 
xogħol addizzjonali. 
4 45 - 49 18 Livell marġinali. Bil-kemm 
biżżejjed għal aktar studju flistess 
qasam.

6 L.S.327.180ħ 
KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS 
(3) 4 punti jew aħjar jindikaw li modulu ntemm b’suċċess. 
(4) Il-valutazzjoni ta’ kull modulu tingħata piż għallkalkolazzjoni 
tal-punti globali skond l-għadd ta’ kredti assenjati 
għall-modulu. 
(5) Il-metodu ta’ valutazzjoni għal kull modulu għandu jkun 
approvat mid-Dipartiment Akkademiku xieraq u għandu jkun 
indikat fil-katalogu tal-moduli. 
(6) Normalment l-istudenti huma meħtieġa jippruvaw ilkomponenti 
kollha tal-valutazzjoni speċifikati għal modulu. Listudenti 
li jonqsu li jippruvaw komponent tal-valutazzjoni fejn ma 
hemmx rekwiżiti speċjali m’għandhomx jingħataw marki għal dak 
il-komponent. L-għoti tal-punti għandu jkun maħdum bħas-soltu, 
inkluża l-marka żero għal komponent nieqes, li jkompli jġorr il-piż 
rilevanti tal-valutazzjoni kkonċernata. 
L-eżamijiet huma 
obbligatorji. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
23. (1) L-eżamijiet kollha huma obbligatorji u l-istudenti li 
ma jkunux jistgħu jattendu għal xi eżami għandhom jinfurmaw lillmexxej 
tal-programm rilevanti jew lir-reġistratur assoċjat millanqas 
24 siegħa qabel il-ħin stabbilit għall-eżami. 
(2) Jekk l-istudenti ma jattendux għal xi eżami għal raġunijiet 
mediċi jew għal raġunijiet oħra mhux fil-kontroll tagħhom, l-eżami 
għandu jiġi differit u l-istudenti għandhom jingħataw opportunità oħra biex jagħmlu dan l-eżami. 
(3) Eżamijiet riparatorji għandhom ikunu kklassifikati jew 
bħala eżamijiet riferuti jew bħala eżamijiet differiti, kif ġej: 
(a) eżamijiet riferuti għandhom jittieħdu jew meta listudenti 
jeħlu f’modulu u huma meħtieġa jkunu 
valutati mill-ġdid, f’liema każ l-ogħla punti li jistgħu 
jingħataw huma 5; jew meta l-istudenti jixtiequ jiġu 
valutati mill-ġdid biex itejbu l-punti tagħhom, f’liema 
każ kwalunkwe punti jistgħu jingħataw u jidhru filkopja 
tar-rekord akkademiku ta’ l-istudenti, iżda lpunti 
oriġinali biss għandhom jitqiesu għallklassifikazzjoni 
finali; u 
(b) eżamijiet differiti għandhom jittieħdu minn studenti li 
għad ma ġewx valutati f’ċodulu għal raġunijiet medi‘i 
jew għal raġunijiet oħra mhux fil-kontroll tagħhom. 
Dawn isiru fis-sessjoni ta’ l-eżamijiet stabbilita li 
£4 £45 £18 L i v e l l m h u x s o d i s f a ċ e n t i . 
Evidenza ta’ kapaċità akkademika m’hix biżżejjed 
biex wieħed jgħaddi u 
akkademikament fqira. 
3 31 - 44 13 - 17 Livell marġinali iżda m’hemmx 
preparazzjoni biżżejjed fissuġġ
ett. 
2 15 - 30 6 - 12 Livell fqir ħafna. 
1 1 - 14 1 - 5 Nuqqas totali ta’ preparazzjoni 
fis-suġġett. 
0 0 0 Ma jingħatax klassifika

KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS ġL.S.327.180 7 
jmiss u l-punti kollha jistgħu jingħataw. 
(4) F’ċirkostanzi speċjali, l-istudenti li ma jgħaddux minn 
modulu għal ftit waqt eżami riparatorju jista’ jkollhom dan ilmodulu 
"kkumpensat" jekk huma jkunu marru tajjeb fil-moduli loħ
ra. Fi kwalunkwe każ, din il-possibiltà għandha tingħata darba 
biss lill-istess student matul il-kors u 4 punti biss għandhom 
jingħataw għall-modulu "kkumpensat". 
Progressjoni matul 
il-kors. 
Sostitwit: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
24. L-istudenti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għallvalutazzjoni 
li ġejjin biex jipproċedu mill-Ewwel għat-Tieni Sena u 
mit-Tieni għat-Tielet Sena rispettivament kif ukoll biex itemmu 
b’suċċess it-tielet u l-aħħar sena tal-kors għall-Bachelor of Arts: 
(a) L-istudenti għandhom jgħaddu mill-moduli kollha talprogramm 
ta’ studju individwali (inklużi l-moduli tallingwi 
u l-moduli ta’ appoġġ). Il-punti għandhom 
jingħataw skond il-kriterji ta’ valutazzjoni indikati firregolament 
22(2). 
(b) L-istudenti jistgħu jkunu riferuti f’sa tliet moduli, li 
għalihom mhux aktar minn 16-il kredtu huma 
assenjati, f’xi sena fid-diskrezzjoni tal-Bord ta’ l- 
Istudji. L-eżamijiet riferuti għandhom isiru matul issessjoni 
riparatorja ta’ l-eżamijiet. 
(ċ) Jekk ma jgħaddux minn modulu wieħed riferut, listudenti 
jistgħu jitħallew jerġgħu jagħmlu l-eżami 
għal dak il-modulu s-sena ta’ wara, kif approvat mill- 
Bord ta’ l-Istudji taħt dawk il-kondizzjonijiet li huwa 
jista’ jimponi. L-istudenti għandhom ikunu meħtieġa 
joqogħdu għall-eżami li jrid jittieħed mill-ġdid fi 
tmiem l-ewwel semestru tat-Tieni jew tat-Tielet Sena 
jew f’sena żejda ta’ studju wara t-tielet u l-aħħar sena 
tal-kors għall-Bachelor of Arts, skond il-każ. Listudenti 
li jkunu qed jieħdu modulu mill-ġdid skond 
id-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandhom 
ikollhom l-istatus ta’ progressjoni kondizzjonali u 
għandhom jitħallew ikomplu bl-istudji tagħhom fit- 
Tieni jew fit-Tielet Sena jew jingħataw il-Grad ta’ 
Bachelor of Arts, skond il-każ biss jekk huma jgħaddu 
minn dan l-eżami. 
(d) L-istudenti li jeħlu f’aktar minn tliet moduli (sa 16-il 
kredtu) jew li jeħlu minn aktar minn modulu wieħed 
fis-sessjoni riparatorja għandhom normalment ikunu 
meħtieġa jerġgħu jagħmlu il-modulu/i li weħlu fihom 
matul sena żejda ta’ studji, qabel ikomplu għat-Tieni 
jew għat-Tielet Sena jew qabel jingħataw il-Grad ta’ 
Bachelor of Arts, skond il-każ. Dawn l-istudenti 
jistgħu jkunu meħtieġa wkoll jattendu għallezzjonijiet 
u/jew għas-sessjonijiet tutorjali fil-moduli 
li għaddew minnhom iżda ma jerġgħux ikunu valutati 
fihom.

8 L.S.327.180ħ 
KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS 
Disposizzjonijiet 
speċjali għat-Tielet 
u r-Raba’ sena talkors 
għall- 
Bachelor of Arts 
(Honours) biss 
(regolamenti 25 - 
27). 
Sostitwit: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
25. (1) Matul l-ewwel jew it-tieni semestru tat-Tielet Sena listudenti 
għall-Bachelor of Arts (Honours) huma meħtieġa 
jistudjaw f’istituzzjoni ta’ l-edukazzjoni ogħla approvata, barra 
mil-Link Campus, għal perijodu li matulu huma mistennija jiksbu 
kredti ekwivalenti għal mhux anqas minn 30 kredtu. Dawn il-kredti 
huma meħtieġa biex jgħaddu għar-Raba’ Sena iżda ma jintużawx 
għall-klassifikazzjoni finali tal-Grad. Il-programm ta’ l-istudji flistituzzjoni 
l-oħra għandu jkun approvat mill-Bord ta’ l-Istudji 
rilevanti b’konsultazzjoni mal-koordinatur tal-programmi barranin. 
(2) Jekk l-istudenti għall-Bachelor of Arts (Honours) jiksbu 
bejn 22 u 29 kredtu mill-istituzzjoni l-oħra, il-Bord ta’ l-Istudji 
jista’ jħallihom jieħdu moduli addizzjonali li għalihom sa 8 kredti 
huma assenjati fir-Raba’ Sena. Dawn il-moduli jkunu valutati bħala 
moduli li reġgħu ttieħdu. 
(3) Jekk l-istudenti għall-Bachelor of Arts (Honours) jiksbu 
anqas minn 22 kredtu fl-istituzzjoni l-oħra, il-Bord ta’ l-Istudji 
jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jew iħallihom jagħmlu semestru 
ieħor f’dik l-istituzzjoni jew f’istituzzjoni oħra, barra mil-Link 
Campus, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huwa jista’ jimponi jew 
jitlobhom jirtiraw mill-kors. 
Pjazzament 
industrijali. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
26. (1) Matul is-semestru l-ieħor tat-Tielet Sena l-istudenti 
għall-Bachelor of Arts (Honours) huma meħtieġa jagħmlu 
pjazzament industrijali li għalih 30 kredtu huma assenjati. Ilpjazzament 
industrijali huwa parti integrali ta’ kull programm ta’ 
studju. L-approvazzjoni tal-pjazzamenti industrijali tingħata mill- 
Bord ta’ l-Istudji rilevanti b’konsultazzjoni mal-koordinatur talprogrammi 
ta’ pjazzament. 
(2) Fit-tmiem tal-pjazzament industrijali l-istudenti għandhom 
jissottomettu rapport bil-miktub li jkun valutat internament. 
(3) Jekk l-istudenti jeħlu fil-pjazzament industrijali, il-Bord 
ta’ l-Istudji jista’ jew jitlobhom jagħmlu pjazzament industrijali 
ieħor jew jagħmlu moduli addizzjonali li għalihom 30 kredtu huma 
assenjati matul sena żejda ta’ studji, sakemm dan huwa permess fi 
ħdan id-disposizzjonijiet tar-regolament 8. 
Eżamijiet tar- 
Raba’ sena. 
Sostitwit: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
27. (1) Fir-Raba’ Sena l-istudenti għall-Bachelor of Arts 
(Honours) għandhom jgħaddu mill-eżamijiet ta’ sitt moduli elettivi, 
li għal kull wieħed 6 kredti huma assenjati, u jgħaddu mill-eżami 
ta’ dissertazzjoni li għaliha 24 kredtu huma assenjati. 
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 29(1), listudenti 
li, wara sessjoni riparatorja ta’ l-eżamijiet, jkun 
jonqoshom sa 18-il kredtu biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Raba’ 
Sena jistgħu jkunu rakkomandati għal klassifikazzjoni ogħla mit- 
T i e l e t K l a s s i b l - U n u r i f i d - d i s k r e z z j o n i t a l - B o r d t a l - 
Klassifikazzjoni tal-Grad u sakemm dawn ikunu kisbu mhux anqas 
mill-punti meħtieġa skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 
29(2). 
(3) L-istudenti li, sa l-aħħar tar-Raba’ Sena, ma jkunux 
iddikjarati eliġibbli għall-għoti tal-Grad skond id-disposizzjonijiet 
tas-subregolament (2) jew skond id-disposizzjonijiet tar

KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS ġL.S.327.180 9 
regolament 29(2), jistgħu jitħallew mill-Bord ta’ l-Istudji 
jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Raba’ Sena matul sena żejda ta’ studji, 
sakemm dan huwa permess fi ħdan id-disposizzjonijiet tarregolament 
8. L-ogħla punti li jistgħu jingħataw matul din is-sena 
żejda ta’ studju jkunu 5. 
Sena ta’ 
ripetizzjoni. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
28. L-istudenti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti meħtieġa biex 
ikomplu għas-sena ta’ wara jistgħu jirrepetu s-sena biss fiddiskrezzjoni 
tal-Bord ta’ l-Istudji. Il-Bord ta’ l-Istudji għandu 
jirrakkomanda wkoll jekk dawn l-istudenti għandhomx jiġu 
reġistrati bħala studenti li qed jirrepetu jew bħala studenti esterni li 
qed jirrepetu. Studenti li qed jirrepetu għandhom jattendu għallezzjonijiet, 
itemmu x-xogħol matul il-kors assenjat kollu u 
jagħmlu l-eżamijiet rilevanti. Studenti esterni li qed jirrepetu huma 
eżentati milli jattendu għal-lezzjonijiet. 
Riżultat finali. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
29. (1) Biex jikkwalifikaw biex ikunu rakkomandati lill- 
Università għall-għoti tal-Grad ta’ Bachelor of Arts (Honours), listudenti 
għandhom jgħaddu, jiġu kreditati jew kumpensati blgħ
add ta’ kredti li ġej: 
- 60 kredtu fil-Livell 1 
- 60 kredtu fil-Livell 2 
- 60 kredtu fil-Livell 3 
- 60 kredtu fil-Livell 3 meħudin fil-Link Campus. 
(2) Biex tkun ikkalkolata l-klassifikazzjoni finali għandu 
jintuża l-metodu ta’ ġabra tal-punti fejn għandu jitiqies il-piż talkredti 
assenjati. Il-kredti ta’ Livell 1 u l-kredti miksuba fit-Tielet 
Sena m’għandhomx jitqiesu. Skond dan il-metodu, it-total tal-punti 
li l-istudenti jkunu ġabu għal moduli tal-Livelli 2 u 3 għandhom 
jiġu kklassifikati kif ġej: 
1680 punt jew aktar L-Ewwel Klassi bl-Unuri 
1320-1679 punt It-Tieni Klassi bl-Unuri 
(Taqsima Superjuri) 
960-1319 punt It-Tieni Klassi bl-Unuri 
(Taqsima Inferjuri) 
600- 959 punt It-Tielet Klassi bl-Unuri 
480- 599 punt Grad li għadda 
(mingħajr Unuri). 
(3) Il-Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Grad jista’ jagħti klassi 
ogħla lill-istudenti li jiksbu mill-anqas 909 punt u li jeħtieġu mhux 
aktar minn 50 punt biex jaqgħu fil-klassi ogħla li jmiss. Biex jasal 
għal deċiżjoni bħal din il-Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Grad 
għandu jqis il-livell milħuq mill-istudenti matul ir-Raba’ Sena. 
Riżultat finali - 
studenti tal-B.A. 
Miżjud: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
30. (1) Biex jikkwalifikaw biex ikunu rakkomandati lill- 
Università għall-għoti tal-Grad ta’ Bachelor of Arts, l-istudenti 
għandhom jgħaddu, jiġu kreditati jew kumpensati bl-għadd ta’ 
kredti li ġej: 
- 60 kredtu fil-Livell 1

10 L.S.327.180ħ 
KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS 
- 60 kredtu fil-Livell 2 
- 60 kredtu fil-Livell 3. 
(2) Biex tkun ikkalkolata l-klassifikazzjoni finali għandu 
jintuża l-metodu ta’ ġabra tal-punti fejn għandu jitiqies il-piż talkredti 
assenjati. Il-kredti ta’ Livell 1 m’għandhomx jitqiesu. Skond 
dan il-metodu, it-total tal-punti li l-istudenti jkunu ġabu għal 
moduli tal-Livelli 2 u 3 għandhom jiġu kklassifikati kif ġej: 
1680 punt jew aktar Kategorija I 
1320-1679 punt Kategorija IIA 
960-1319 punt Kategorija IIB 
600- 959 punt Kategorija III 
480- 599 punt Grad li għadda 
(mingħajr klassifikazzjoni). 
(3) Il-Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Grad jista’ jagħti kategorija 
ogħla lill-istudenti li jeħtieġu mhux aktar minn 50 punt biex jaqgħu 
fl-ogħla kategorija li jmiss. Biex jasal għal deċiżjoni bħal din il- 
Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Grad għandu jqis il-livell milħuq millistudenti 
matul it-Tielet Sena. 
Responsabiltajiet 
ta’ l-istudenti 
matul l-eżamijiet. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
31. Hija r-responsabiltà ta’ l-istudenti li: 
(a) jinfurmaw ruħhom u jsegwu dawn ir-regolamenti u xi 
statuti, regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l- 
Università; u 
(b) jattendu għall-eżamijiet u jissottomettu x-xogħol għal 
valutazzjoni kif meħtieġ. 
Nuqqas ta’ 
attendenza għalleż
amijiet. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
32. Jekk l-istudenti ma jattendux għall-eżamijiet jew ma 
jissottomettux ix-xogħol għal valutazzjoni mingħajr raġuni tajba, 
il-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi għandhom l-awtorità li jqisu lillistudenti 
li weħlu mill-eżamijiet jew mill-valutazzjonijiet 
ikkonċernati. 
Attendenza għalleż
amijiet. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
33. L-istudenti għandhom isegwu l-proċeduri li ġejjin: 
(a) Huma għandhom jaslu barra l-kamra ta’ l-eżami millanqas 
ħmistax-il minuta qabel il-bidu ta’ l-eżami. 
(b) Huma m’għandhomx jidħlu fil-kamra ta’ l-eżami qabel 
ma l-inviġilatur iħallihom jidħlu. 
(ċ) Fil-kamra ta’ l-eżami huma għandhom joqogħdu għallawtorità 
ta’ l-inviġilaturi u għandhom jimxu ma’ listruzzjonijiet 
tagħhom. 
(d) Jekk l-istudenti jaslu tard, iżda matul l-ewwel tletin 
minuta, huma jistgħu jitħallew jidħlu fil-kamra ta’ leż
ami, u wara dan huma jistgħu jitħallew jidħlu biss 
bil-permess tar-reġistratur assoċjat jew tad-deputat/a 
nominat/a tiegħu/tagħha. F’dan il-każ, huma 
għandhom jirrappurtaw l-ewwel jew personalment, 
jew bit-telefon, għand l-uffiċċju tar-reġistratur 
assoċjat għall-istruzzjonijiet.

KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS ġL.S.327.180 11 
(e) Normalment ma jingħata l-ebda ħin żejjed lil min jasal 
wara l-bidu ta’ l-eżami. 
(f) L-istudenti kollha għandhom jiffirmaw ir-reġistru ta’ 
l-attendenza meta mitluba jagħmlu dan millinviġ
ilatur. 
Proprjetà 
personali. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
34. Kull proprjetà, barra mill-għodda tal-kitba u tad-disinn ta’ 
l-individwu, għandha titħalla fil-post indikat mill-inviġilatur, ħlief 
jekk, f’xi eżami fejn l-istudenti jkunu ġew avżati minn qabel, 
jistgħu jintużaw matul l-eżami għodda permessi, bħalma huma 
indikati fir-regolament 37. Dawn l-għodda permessi biss jistgħu 
jittieħdu fuq il-bankijiet ta’ l-eżami. 
Proċeduri matul leż
amijiet. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
35. Waqt l-eżamijiet għandhom jitħarsu l-proċeduri li ġejjin: 
(a) L-istudenti għandhom jiktbu t-tweġibiet tagħhom billinka. 
(b) L-istudenti għandhom iniżżlu l-partikolaritajiet 
meħtieġa b’mod ċar u eżatt fuq il-qoxra ta’ kull ktieb 
tat-tweġibiet, inkluż in-numru tal-matrikola maħruġ 
mill-Link Campus. In-numru tal-matrikola għandu 
jinkiteb fuq kull karta wżata għall-eżami, eż. karti talkontinwazzjoni 
u karti tal-graffs. 
(ċ) L-istudenti m’għandhomx jibdew jiktbu, ħlief biex 
jimlew id-dettalji ta’ l-identifikazzjoni fuq il-qoxra 
tal-ktieb tat-tweġibiet, qabel l-inviġilatur javża li leż
ami beda. 
(d) L-istudenti jistgħu jużaw biss il-karti uffiċjali 
provduti. Xi karti oħra li jinstabu għand l-istudenti jew 
li jinstab li l-istudenti jkunu għamlu xogħol fuqhom 
għandhom jiġu kkonfiskati u l-istudenti jkunu suġġetti 
għal azzjoni dixxiplinarja kif speċifikat f’dawn irregolamenti. 
(e) L-istudenti għandhom jibdew kull tweġiba fil-bidu talpaġ
na u għandhom jiktbu fuq iż-żewġ naħat tal-ktieb 
jew kotba tat-tweġibiet jew materjal ieħor provdut. Ilkarti 
tal-kontinwazzjoni mehmuża mal-ktieb tattweġ
ibiet għandhom ikunu nnumerati wara xulxin (1, 
2, 3, eċċ.). 
(f) L-istudenti għandhom jiktbu kull numru tal-mistoqsija 
fil-marġni tax-xellug u għandhom iħallu l-marġni tallemin 
vojt. Kull xogħol li jwassal għas-soluzzjoni ta’ 
kull mistoqsija għandu jitniżżel fil-ktieb tat-tweġibiet. 
Noti li ma jkunux parti mit-tweġiba għandhom jiġu 
maqtugħa b’sinjal qabel jintemm l-eżami. 
Kondotta matul leż
amijiet. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
36. L-istudenti għandhom jirregolaw l-imġieba tagħhom filkamra 
ta’ l-eżami kif ġej: 
(a) It-tipjip mhux permess. 
(b) L-istudenti m’għandhomx jieklu jew jixorbu, ħlief xi 
ħlewwiet jew mediċini preskritti minn tabib. 
(ċ) L-istudenti m’għandhomx iġibu fil-kamra ta’ l-eżami

12 L.S.327.180ħ 
KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS 
kwalunkwe oġġett li jista’ jtellef lill-oħrajn (eż. 
tagħmir elettroniku li jagħmel ħoss). 
(d) L-istudenti huma mħeġġa jiġbdu l-attenzjoni ta’ linviġ
ilaturi preżenti għal xi kondizzjonijiet ambjentali 
li jtellfu (sħana, dawl, storbju, eċċ.). Huwa f’idejn linviġ
ilatur prinċipali u/jew ir-reġistratur assoċjat biex 
jiddeċiedu jekk tistax jew hemmx bżonn tittieħed 
azzjoni. 
(e) L-istudenti m’għandhomx, b’xi mezz mhux xieraq 
liema jkun, jiksbu jew jipprovaw jiksbu vantaġġ f’xi 
eżami, jew jagħtu jew jippruvaw jagħtu għajnuna lil 
studenti oħra, per eżempju billi jkollhom jew 
jippruvaw li jkollhom aċċess għal informazzjorii jew 
materjal mhux awtorizzat jew billi jikkopjaw jew 
jippruvaw jikkopjaw minn, jew billi jitkellmu jew 
jippruvaw jitkellmu ma’, xi persuna oħra waqt il-ħin 
allokat għal eżami. 
(f) L-istudenti m’għandhom jitkellmu ma’ ħadd għajr ma’ 
l-inviġilatur/i matul l-eżami. 
(g) L-istudenti m’għandhomx la jkollhom u lanqas 
jagħmlu użu minn, xi ktieb, manuskritt, noti, 
kalkulatur, jew xi għajnuna oħra li mhix permessa 
speċifikatament fir-rubrika tal-karta ta’ l-eżami. Listudenti 
li jinstabilhom, jew li jinstab li għamlu użu 
minn, oġġetti bħal dawn matul eżami jkunu suġġetti 
għal azzjoni dixxiplinarja kif speċifikat f’dawn irregolamenti. 
(h) L-istudenti li jieħdu oġġett mhux awtorizzat f’posthom 
bi żball għandhom jinfurmaw lill-inviġilatur/i malli 
jindunaw bih. 
(i) Kondotta li ttellef tirrendi lill-istudenti suġġetti għattkeċċ
ija mill-kamra ta’ l-eżami għal bqija ta’ l-eżami. 
(j) L-istudenti m’għandhomx iħallu l-kamra ta’ l-eżami la 
matul l-ewwel tletin minuta u lanqas matul l-aħħar 
ħmistax-il minuta ta’ eżami ħlief jekk akkumpanjati 
minn xi ħadd awtorizzat. Qabel joħorġu, l-istudenti 
għandhom jinfurmaw lill-inviġilatur bl-intenzjoni 
tagħhom. L-istudenti li joħorġu mill-kamra ta’ l-eżami 
waqt li eżami għadu għaddej għandhom jagħmlu dan 
bil-kwiet kemm jista’ jkun biex itellfu mill-anqas lilloħ
rajn. 
(k) Jekk iddoqq qanpiena ta’ l-allarm matul eżami listudenti 
għandhom jieqfu jiktbu u jistennew listruzzjonijiet 
ta’ l-inviġilatur prinċipali, li jew 
jitlobhom iħallu l-kamra ta’ l-eżami jew, jekk jidher li 
ma hemm l-ebda periklu immedjat, ikomplu l-eżami. 
(l) Meta mitluba mill-inviġilatur prinċipali l-istudenti 
għandhom iħallu l-kamra b’mod ordnat. Huma 
għandhom iħallu l-materjal ta’ l-eżami kollu fuq il

KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS ġL.S.327.180 13 
bankijiet tagħhom, il-basktijiet u oġġetti oħra tagħhom 
fil-kamra, u għandhom jinġabru fil-post indikat 
apposta. 
(m) Wara li joħorġu mill-kamra l-istudenti m’għandhomx 
jiddiskutu l-karta ta’ l-eżami ma’ studenti oħra li qed 
jagħmlu l-eżami. 
(n) Wara li jkun għadda l-periklu l-istudenti għandhom 
jerġgħu jidħlu fil-kamra ta’ l-eżami meta jgħidilhom linviġ
ilatur prinċipali. 
(o) Ħin żejjed għandu jingħata biex ipatti għal dak li ntilef 
meta kellha titbattal il-kamra u/jew daqqet it-twissija. 
L-istudenti jkunu infurmati b’mod ċar mill-inviġilatur 
prinċipali bid-deċiżjonijiet li ttieħdu dwar il-ħin żejjed 
li se jingħataw. 
Oġġetti u għodda 
speċjali permessi 
jew meħtieġa 
matul l-eżamijiet. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
37. (1) Fejn ir-rubrika ta’ karta ta’ l-eżami tippermetti, listudenti 
jistgħu jġibu kalkulatur elettroniku ta’ tip xieraq għalleż
ami. 
(2) Fejn kalkulatur elettroniku programmabbli huwa permess 
huwa essenzjali li l-memorja tkun żvojtata mill-istudenti qabel ilbidu 
ta’ l-eżami. 
(3) L-istudenti li jżommu informazzjoni mhux awtorizzata filmemorja 
ta’ kalkulatur elettroniku jkunu qed jikkommettu offiża 
ta’ l-eżami serja. 
(4) Jistgħu jsiru tfittxijiet għal għarrieda fuq il-kalkulaturi ta’ 
l-istudenti mill-inviġilaturi qabel il-bidu ta’ l-eżami. 
L-eżamijiet isiru 
bl-Ingliż jew bit- 
Taljan. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
38. (1) L-eżamijiet għandhom isiru bl-Ingliż jew bit-Taljan 
(ħlief għall-eżamijiet fil-lingwi li għandhom isiru bil-lingwa 
kkonċernata) u huwa mistenni li l-istudenti kollha tal-Link Campus 
ikunu jafu biżżejjjed dawn il-lingwi. Il-lingwa tal-valutazzjoni għal 
kull modulu għandha tkun speċifikata fil-katalogu tal-moduli. 
(2) Meta l-użu tad-dizzjunarji mill-istudenti kollha huwa 
permess, dan għandu jkun indikat fir-rubrika tal-karta ta’ l-eżami. 
L-istudenti m’għandhomx jieħdu d-dizzjunarju tagħhom fil-kamra 
ta’ l-eżami ħlief bil-permess tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi mogħti 
minn qabel. Fl-eżamijiet f’lingwa barranija l-istudenti ma 
jitħallewx jużaw dizzjunarji ħlief jekk huma ġew notifikati apposta 
minn qabel. 
(3) Dizzjunarju tal-lingwa Ingliża għandu jkun provdut filkmamar 
kollha ta’ l-eżami u wieħed jista’ jirreferi għalih billi jitlob 
lill-inviġilatur. 
(4) F’każijiet eċċezzjonali, fejn studenti assoċjati qed 
joqogħdu għall-eżamijiet bħala parti minn kors ta’ studju qasir ta’ 
anqas minn sitt xhur, huma jistgħu jitħallew iġibu d-dizzjunarju tallingwa 
ewlenija tagħhom/l-Ingliż fil-kamra ta’ l-eżami. Dan 
għandu jsir b’arranġament magħmul bejn id-Direttur tad- 
Dipartiment Akkademiku rilevanti u l-Bord ta’ l-Eżaminaturi 
kmieni qabel l-ewwel eżami tas-sessjoni.

14 L.S.327.180ħ 
KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS 
Tmiem ta’ l-eżami. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
39. L-istudenti għandhom: 
(a) jieqfu jiktbu meta l-inviġilatur iħabbar it-tmiem ta’ leż
ami; 
(b) jiwerifikaw li kitbu n-numru ta’ kull mistoqsija li 
wieġbu fl-ispazju provdut fuq l-ewwel paġna tal-ktieb 
tat-tweġibiet prinċipali u jindikaw l-għadd ta’ karti talkontinwazzjoni, 
tal-graffs jew karti oħrajn użati; 
(ċ) iwaħħlu l-karti tal-kontinwazzjoni kollha u karti 
oħrajn mal-ktieb tat-tweġibiet xieraq qabel ma jagħtuh 
lill-inviġilatur; 
(d) ma jitkellmux u jibqgħu bilqiegħda sakemm il-kotba 
tat-tweġibiet kollha jkunu miġbura u magħduda, u 
sakemm l-inviġilatur jgħidilhom li jistgħu joħorġu; 
kontravenzjoni ta’ dan ir-regolament tfisser offiża ta’ 
l-eżami; u 
(e) iħallu fil-kamra ta’ l-eżami xi kotba tat-tweġibiet, 
xogħol preliminarju, karti uffiċjali, materjal jew 
għodda provduti għall-eżami; kontravenzjoni ta’ dan 
ir-regolament tfisser offiża ta’ l-eżami. Sakemm mhux 
speċifikat mod ieħor fil-karta ta’ l-eżami, l-istudenti 
jistgħu jieħdu magħhom il-karta ta’ l-eżami fit-tmiem 
ta’ l-eżami. 
Eżamijiet u 
valutazzjonijiet 
riferuti u differiti. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
40. Jekk il-Bord ta’ l-Eżaminaturi kkonċeda valutazzjoni 
riferuta jew differita, l-istudenti huma responsabbli biex jaċċertaw 
ruħhom meta se jsir/u l-eżami/jiet, biex jattendu l-Link Campus 
fid-data/i u l-ħin/ijiet indikati u biex jaċċertaw sa meta għandhom 
jagħtu x-xogħol meħtieġ. Id-dati għall-eżamijiet riferuti/differiti 
għandhom normalment ikunu ppublikati fil-bidu tas-sena 
akkademika u d-dati għas-sottomissjoni tax-xogħol għandhom 
normalment ikunu komunikati lill-istudenti fiż-żmien meta joħorġu 
r-riżultati. 
Studenti li ma 
jistgħux jattendu l- 
Link Campus. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
41. Jekk l-istudenti jantiċipaw li mhux se jkunu jistgħu 
jattendu l-Link Campus fiż-żmien ta’ l-eżamijiet riferuti jew 
differiti, huma għandhom javżaw lill-Uffiċċju tar-Reġistratur 
Assoċjat minnuflh wara li jiġu ppublikati d-dati ta’ l-eżamijiet. 
Normalment ma jkunx possibbli li jsiru provvedimenti speċjali 
għall-istudenti li ma jistgħux jattendu għall-eżamijiet riferuti jew 
differiti fid-dati stabbiliti. F’ċirkostanzi eċċezzjonali mhux previsti 
(eż. mard), jista’ jkun possibbli li jsiru arranġamenti biex huma 
jagħmlu l-eżamijiet barra mill-kampus. F’każijiet eċċezzjonli fejn 
l-istudenti huma fuq pjazzament industrijali barra mill-pajjiż, 
jista’jkun possibbli li l-eżamijiet riferuti jew differiti jsiru barra. 
Valutazzjoni ta’ 
xogħol matul ilkors. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
42. Meta jissottomettu x-xogħol matul il-kors l-istudenti 
għandhom isegwu l-proċeduri li ġejjin: 
(a) L-istudenti għandhom isiru jafu d-dati sa meta 
għandhom jissottomettu x-xogħol matul il-kors u rrekwiż
iti l-oħra kollha. 
(b) L-istudenti għandhom jikkuntattjaw jew lill-konsulent 
akkademiku jew lill-mexxej tal-programm jekk ma

KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS ġL.S.327.180 15 
jkunux ċerti dwar xi rekwiżiti tal-valutazzjoni taxxogħ
ol matul il-kors. 
(ċ) L-istudenti għandhom jissottomettu għall-valutazzjoni 
x-xogħol matul il-kors kollu sad-data indikata ħlief 
jekk jingħataw estensjoni taż-żmien bil-miktub millmembru 
ta’ l-istaff akkademiku xieraq. Hija rresponsabiltà 
tagħhom li jsiru jafu x’penali jistgħu 
jeħlu kemm-il darba jissottomettu xogħol matul il-kors 
tard. 
(d) Kull applikazzjoni għal estensjoni tad-data sa meta 
għandu jingħata x-xogħol matul il-kors għandha ssir 
lill-membru ta’ l-istaff akkademiku xieraq. Fejn hu 
possibbli, dan għandu jsir minn qabel, bil-miktub, u 
bl-evidenza li tikkonferma r-raguni. 
Offiżi matul ilvalutazzjonijiet 
u leż
amijiet. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
43. Dawn li ġejjin huma meqjusa bħala offiżi: 
(a) li wieħed jikseb jew jipprova jikseb aċċess mhux 
awtorizzat għall-karti ta’ l-eżami; 
(b) li wieħed idaħħal jew jipprova juża f’kamra ta’ l-eżami 
kotba, noti, karti, jew affarijiet ta’ kwalunkwe tip ħlief 
dawk permessi skond ir-rubrika tal-karta ta’ l-eżami; 
(ċ) li wieħed jikkopja jew jipprova jikkopja, ix-xogħol ta’ 
studenti oħra kemm billi jħares lejn x’kitbu jew x’qed 
jiktbu, kif ukoll billi b’xi mod jistaqsihom għal 
informazzjoni; 
(d) li wieħed jonqos li jsegwi l-istruzzjonijiet ta’ 
inviġilatur; 
(e) li wieħed ineħħi xi ktieb tat-tweġibiet jew xi materjal 
ta’ l-eżami ieħor mill-kamra ta’ l-eżami; 
(f) li wieħed ikun kompliċi f’xi arranġamenti biex 
persuna, li m’hix l-istudent, tirrappreżenta, jew ikollha 
l-ħsieb tirrappreżenta, l-istudent waqt xi eżami; 
(g) li wieħed jikkommetti plaġjariżmu, billi jgħaddi xxogħ
ol ta’ persuna oħra bħala dak ta’ l-student innifsu, 
billi jikkwota fit-tul, jiġbor fil-qosor jew jikkopja 
direttament mingħajr rikonoxximent tas-sorsi; 
(h) kollużjoni, li tkun meqjusa li saret jekk ix-xogħol bi 
sħab ma’ żewġ persuni jew aktar jiġi mgħoddi bħala xxogħ
ol indipendenti ta’ wieħed minnhom; l-ismijiet ta’ 
l-istudenti li jkunu ħadmu flimkien fuq ix-xogħol 
matul il-kors għandhom ikunu indikati ċari; 
(i) li wieħed jikseb vantaġġ mhux xieraq billi joffri xi 
rigal lil xi membru ta’ l-istaff ta’ l-Università, xi 
eżaminatur barrani, jew xi student/i oħra li għandhom 
x’jaqsmu ma’ l-eżamijiet jew mal-valutazzjonijiet; li 
wieħed ikun kompliċi f’xi arranġamenti li, jekk 
iseħħu, jikkostitwixxu ksur tar-regolamenti; billi meta 
jsir xi proġett jew investigazzjoni li tinvolvi persuna 
jew persuni, jonqsu milli josservaw ir-rekwiżiti ta’ l- 
Università dwar l-aspetti etiċi ta’ dawn il-proġetti jew

16 L.S.327.180ħ 
KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS 
investigazzjonijiet. 
Pro‘edura fil-każ 
ta’ suspett ta’ 
offiża ta’ l-eżami. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
44. (1) L-inviġilaturi għandhom jikkuntattjaw lir-reġistratur 
assoċjat jew lid-deputat nominat tiegħu biex jirrappurtaw suspett 
ta’ xi offiża ta’ l-eżami. 
(2) Fejn l-inviġilaturi jkollhom raġuni biex jaħsbu li l-istudenti 
għandhom materjal mhux awtorizzat matul eżami, huma għandhom 
id-dritt jikkonfiskaw dan il-materjal minnufih. 
(3) L-istudenti normalment għandhom jitħallew ikomplu leż
ami u/jew ikomplu b’mod normali mingħajr preġudizzju għal xi 
deċizjoni li tittieħed wara mill-Bord ta’ l-Eżaminaturi. 
(4) Fit-tmiem ta’ l-eżami l-istudenti jkunu infurmati li rapport 
dwar l-inċident se jkun sottomess liċ-Chair tal-Bord ta’ l- 
Eżaminaturi u lill-Kap Akkademiku tal-Link Campus. 
(5) Rapport dwar dak li ġara għandu jkun ippreparat millinviġ
ilatur u mir-reġistratur assoċjat u sottomess fi żmien ġurnata 
tax-xogħol mill-inċident, flimkien ma’ xi materjal ikkonfiskat, liċ- 
Chair tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi u lill-Kap Akkademiku tal-Link 
Campus. Ir-rapport għandu jkun ikkupjat miċ-Chair tal-Bord ta’ l- 
Eżaminaturi lill-istudent u lid-Direttur tad-Dipartiment 
Akkademiku kkonċernat. 
(6) L-istudenti jiġu msejħa miċ-Chair tal-Bord ta’ l- 
Eżaminaturi u għandhom permess iġibu ħabib għal din l-intervista. 
Jista’ jintalab il-parir tal-konsulenti akkademiċi tagħhom, talmexxej 
tal-programm u ta’ xi membru ieħor ta’ l-istaff xieraq. 
Proċedura fil-każ 
ta’ suspett ta’ 
offiża f’xogħol li 
jsir matul il-kors 
biex ikun valutat. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
45. (1) Fejn eżaminatur jissuspetta li student ipprova jikseb 
vantaġġ mhux xieraq fix-xogħol li jsir matul il-kors bil-miktub biex 
ikun valutat (eż. permezz ta’ plaġjariżmu), hu/hi għandu jagħmel 
nota fuq il-qoxra ta’ quddiem tal-biċċa xogħol li tindika liema 
huma l-partijiet fejn jissuspetta l-plaġjariżmu. Fil-każ ta’ forom 
oħra ta’ valutazzjoni, bħalma huma oġġetti tri-dimensjonali jew 
bidimensjonali, ir-referenza għal xi attentat biex jiġi ggwadanjat 
vantaġġ mhux xieraq għandha ssir fir-rapporti tal-valutazzjoni. 
(2) Jekk l-offiża hija kkunsidrata relattivament minuri, leż
aminatur b’konsultazzjoni maċ-Chair tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi 
u mad-Direttur tad-Dipartiment Akkademiku xieraq, jista’ jagħti 
twissija verbali u/jew inaqqas il-punti għall-biċċa xogħol. 
(3) Jekk l-offiża hija kkunsidrata serja, rapport bil-miktub 
dwar l-allegazzjoni, flimkien ma’ l-evidenza li turi dan u minn fejn 
ittieħdet, fejn xieraq, għandu jintbagħat liċ-Chair tal-Bord ta’ l- 
Eżaminaturi. Kopja tar-rapport għandha tintbagħat ukoll lill-Kap 
Akkademiku tal-Link Campus u lill-mexxej tal-programm. 
(4) L-istudenti jiġu infurmati bil-miktub li hemm suspett li 
saret offiża serja f’xogħol li sar matul il-kors biex ikun valutat, u 
kopja tar-rapport bl-allegazzjonijiet għandha tiġi mehmuża. 
(5) L-istudenti jiġu msejħa miċ-Chair tal-Bord ta’ l- 
Eżaminaturi u għandhom permess iġibu ħabib magħhom għal din lintervista. 
Jista’ jintalab il-parir tal-konsulenti akkademiċi 
tagħhom, tal-mexxej tal-programm u ta’ xi membru ieħor ta’ l-istaff

KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS ġL.S.327.180 17 
xieraq. 
Proċedura fil-każ 
ta’ xi offiża 
konnessa ma’ 
valutazzjoni. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
46. (1) Fejn student huwa suspettat li għamel xi offiża oħra 
konnessa ma’ valutazzjoni, il-persuna li tinduna bl-offiża allegata 
għandha tirrapporta l-każ liċ-Chair tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi. 
(2) Fejn l-offiża allegata hija kkunsidrata serja, rapport bilmiktub 
dwar l-allegazzjoni għandu jintbagħat liċ-Chair tal-Bord ta’ 
l-Eżaminaturi b’kopja lill-Kap Akkademiku tal-Link Campus u lillmexxej 
tal-programm. 
(3) L-istudent jiġi infurmat bil-miktub li hemm suspett ta’ 
offiża serja konnessa ma’ valutazzjoni u kopja tar-rapport blallegazzjonijiet 
għandha tiġi mehmuża. 
(4) Huwa fl-interess ta’ l-istudenti li jaraw li jkollhom 
intervista maċ-Chair tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi u huma għandhom 
permess iġibu ħabib għal din l-intervista. Jista’ jintalab il-parir talkonsulent 
akkademiku ta’ l-istudent, tal-mexxej tal-programm u ta’ 
xi membru ta’ l-istaff ieħor xieraq. 
Azzjoni dwar 
każijiet ta’ 
allegazzjoni ta’ 
ksib ta’ vantaġġ 
mhux xieraq matul 
eżamijiet u 
valutazzjonijiet. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
47. (1) Iċ-Chair tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu jinvestiga 
l - a l l e g a z z j o n i j i e t u g ħ a n d u j i s t a b i l i x x i l - f a t t i t a l - k a ż 
b’konsultazzjoni ma’ min hu/hi jidhirlu/jidhrilha xieraq. 
(2) L-istudenti għandhom id-dritt jippreżentaw il-każ tagħhom 
liċ-Chair tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi, jew personalment jew bilmiktub, 
fi żmien tmint ijiem tax-xogħol mid-data tan-notifikazzjoni 
bil-miktub tas-suspett ta’ offiża serja konnessa ma’ valutazzjoni. 
(3) Hija r-responsabbilità taċ-Chair tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi 
li jirrapporta l-każ lill-membri kollha tal-Bord, inklużi leż
aminaturi barranin. Fejn l-istudenti jkunu għamlu dikjarazzjoni 
bil-miktub, din id-dikjarazzjoni għandha titqiegħed għaddisposizzjoni 
tal-Bord. 
(4) Fejn jiġi ppruvat mingħajr ebda dubju raġjonevoli li 
student ipprova jikseb vantaġġ mhux xieraq billi jqarraq waqt xi 
eżami jew valutazzjoni, il-penali minima normali għandha tkun 
deċiżjoni li r-riżultat ta’ dak l-eżami jew valutazzjoni jkun dikjarat 
null u bla effett. Hija fid-diskrezzjoni tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi 
jekk l-istudent jitħalliex jerġa’ jagħmel l-eżami jew il-valutazzjoni, 
jew le, u jekk il-punti mogħtija wara l-valutazzjoni mill-ġdid 
għandhomx ikunu limitati b’xi mod. Meta jagħmel dawn iddeċ
iżjonijiet, il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu jieħu in 
konsiderazzjoni l-kondotta ta’ l-istudent fil-passat, is-serjetà ta’ loffiż
a, u xi ċirkostanzi attenwanti li setgħu nġiebu formalment 
għall-attenzjoni tiegħu. 
(5) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’ jitlob li jintervista lillistudent 
taħt arranġamenti li hu jiddetermina. 
(6) Fil-każ ta’ intervista formali, l-istudent għandu d-dritt li 
jkun akkumpanjat minn ħabib. 
(7) L-azzjoni meħuda mill-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandha tiġi 
notifikata bil-miktub lill-istudent. 
(8) L-istudent jista’ jitlob spjegazzjoni dwar id-deċiżjoni jew 
ir-rakkomandazzjoni.

18 L.S.327.180ħ 
KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS 
(9) Rapport bil-miktub dwar l-azzjoni meħuda mill-Bord ta’ l- 
Eżaminaturi għandu jintbagħat lill-Kap Akkademiku tal-Link 
Campus u lir-reġistratur assoċjat. 
(10) Il-Link Campus għandu jibda proċeduri dixxiplinarji. 
Talbiet għal 
spjegazzjoni dwar 
deċiżjonijiet li 
jirrigwardaw 
valutazzjoni, 
progressjoni u 
għotjiet 
akkademiċi. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
48. Il-Link Campus jaċċetta li minn żmien għal żmien listudenti 
jkunu jixtiequ jitolbu spjegazzjoni dwar il-valutazzjonijiet 
tagħhom u dwar id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal- 
Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi. Għalhekk il-politika u r-regolamenti 
tal-Link Campus jinkludu mekkaniżmi biex jitqajmu u jiġu riżolti 
mistoqsijiet bħal dawn. 
Mistoqsijiet b’mod 
informali. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
49. L-istudenti jistgħu jagħmlu mistoqsijiet b’mod informali 
lill-għalliema u lill-mexxejja tal-programm fi kwalunkwe żmien. 
Mistoqsijiet informali bħal dawn f’livell dipartimentali għandhom 
isiru kmieni kemm jista’ jkun, u jistgħu fil-prattika, jsolvu ħafna 
nuqqas ta’ ftehim, mingħajr preġudizzju għall-jedd ta’ l-istudenti li 
jitolbu reviżjoni formali mill-Panel għall-Appelli dwar l-Eżamijiet. 
Madankollu, l-istudenti għandhom ikunu jafu li hemm perijodi fissi 
li fihom jistgħu jsiru talbiet formali għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet 
tal-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi. 
Proċeduri biex 
ikunu kkunsidrati 
ċirkostanzi 
attenwanti. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
50. Ċirkostanzi attenwanti huma ċirkostanzi li jkunu ġraw 
qabel ma tkun saret il-valutazzjoni, u li setgħu wasslu biex il-livell 
milħuq ma jkunx rappreżentattiv meta mqabbel mal-kapaċitajiet li 
l-istudent ikun wera qabel. 
Diskussjoni dwar 
problemi jew 
diffikultajiet. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
51. (1) Jekk l-istudenti jkollhom problemi jew diffikultajiet li 
jeffettwaw il-livell tagħhom fil-programm ta’ studju, huma 
għandhom jiddiskutuhom mal-membri ta’ l-istaff xierqa (ilkonsulent 
akkademiku tagħhom, id-Direttur tad-Dipartiment 
Akkademiku jew xi membru ieħor ta’ l-istaff, kif xieraq) . Lgħ
alliema u/jew l-eżaminaturi jistgħu jieħdu azzjoni xierqa, bħalma 
hi li jestendu d-data għas-sottomissjoni ta’ xi biċċa xogħol. 
(2) L-istudenti għandhom iħejju dikjarazzjoni bil-miktub taċ- 
cirkostanzi attenwanti fejn jagħtu dettalji sħaħ u jinkludu evidenza 
u xhieda supplimentari kemm jista’ jkun minn persuni indipendenti 
jew minn terzi persuni (eż. ċertifikat mediku, ittra minn min 
iħaddem jew parir minn membru ta’ l-istaff xieraq). Jekk l-istudenti 
huma mħassba dwar in-natura personali ta’ l-informazzjoni jew 
isibuha bi tqila biex jiksbu evidenza, huma għandhom jikkonsultaw 
liċ-Chair tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi qabel is-sottomissjoni taddikjarazzjoni. 
(3) L-istudenti jistgħu jibqgħu ċerti li ċ-Chairs tal-Bordijiet ta’ 
l-Eżaminaturi jiżvelaw biss informazzjoni ta’ natura personali lill- 
Bord ta’ l-Eżaminaturi fid-diskrezzjoni tagħhom, u biss fejn din 
t i s t a ’ t a g ħ m e l d i f f e r e n z a g ħ a d - d e ċ i z j o n i j e w g ħ a r - 
rakkomandazzjoni li tolqothom. Iċ-ċirkostanzi speċjali kollha huma 
konfidenzjali għall-Bord ta’ l-Eżaminaturi u ma jiġux żvelati barra 
mil-laqgħat tiegħu.

KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS ġL.S.327.180 19 
(4) L-istudenti għandhom ikunu jafu li meta jiddiskutu ddiffikultajiet 
tagħhom ma’ l-istaff dan fih innifsu ma jitqiesx li 
huwa s-sottomissjoni ta’ ċirkostanzi attenwanti. Għalkemm l-istaff li jattendu għal-laqgħat tal-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi jistgħu jkunu 
jafu b’diffikultajiet, huma m’għandhomx permess isemmu aneddoti 
jew materjal ad hoc u xhieda li sserraħ fuq għajdut. Hija rresponsabiltà 
ta’ l-istudenti li jissottomettu evidenza ta’ xi 
ċ i r k o s t a n z i a t t e n w a n t i l i h u m a j i x t i e q u l i j i t t i e ħ d u i n 
konsiderazzjoni malajr kemm jista’ jkun wara li jinqalgħu ċ- 
ċirkostanzi u fi kwalunkwe każ qabel ma jittieħed l-eżami. 
(5) Jekk wieħed ikun għamel eżami l-ebda ċirkostanzi 
attenwanti ma jistgħu jittieħdu in konsiderazzjoni dwar il-marki/ilpunti 
mogħtija għal dak l-eżami partikolari. 
Lamministrazzjoni 
akkademika. 
Emendat: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
52. L-amministrazzjoni akkademika tal-programmi ta’ studju 
tal-Link Campus għandha tkun fdata lill-bordijiet u lill-uffiċjali li 
r-responsabiltajiet tagħhom huma mniżżla fl-Iskeda Numru 1, li 
għandha titqies li tifforma parti minn dawn ir-regolamenti. 
Provvediment 
għall-għoti ta’ 
Grad konġunt ma 
Università oħra. 
Miżjud: 
A.L. 104 ta’ l- 
2002. 
53. (1) Fejn l-Università, bl-approvazzjoni tas-Senat, tagħmel 
ftehim ma’ università oħra biex jagħtu GRad flimkien, il-kredti 
meħtieġa għall-kwalifikazzjoni għall-Grad jistgħu jittieħdu jew 
parti fil-LInk CAmpus u parti fl-università l-oħra, jew kollha 
f’waħda miż-żewġ istituzzjonijiet, kif provdut fi ftehim bħal dan. 
(2) Il-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi u l-Bord tal-Klassifikazzjoni 
tal-Grad għandhom, fil-każijiet imsemmija fis-subregolament (1), 
jkunu kkostitwiti skond id-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi rilevanti 
taż-żewġ istituzzjonijiet u kif provdut fil-ftehim bejn luniversitajiet. 
(3) Il-programm ta’ studju, inkluż il-katalogu ta’ taqsimiet 
studju, għall-Grad konġunt għandu jkun approvat miż-żewġ 
universitajiet. 
(4) L-istudenti jistgħu jirreġistraw għall-GRad konġunt jekk 
ikunu aċċettati miż-żewġ universitajiet skond ir-regolamenti għaddħ
ul ta’ kull waħda mill-universitajiet u skond id-disposizzjonijiet 
dwar ir-reġistrazzjoni fi programm ta’ studju għall-Grad konġunt 
kif speċifikat fil-ftehim bejn l-universitajiet. 
(5) Il-ftehim għall-għoti tal-Grad konġunt mill-Università u 
minn università oħra jista’ jippremetti li ċ-ċertifikat jinkludi t-titolu 
ekwivalenti kif normalment mogħti mill-università l-oħra flimkien 
mat-titolu ta’ Bachelor of Arts - B.A. - jew Bachelor of Arts 
(Honours) - B.A. (Hons.), skond il-każ.

20 L.S.327.180ħ 
KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS 
SKEDA NUMRU 1 
IL-BORDIJIET U L-UFFIĊJALI TAL-LINK CAMPUS 
Senat 
1. Is-Senat huwa s-Senat ta’ l-Università ta’ Malta. Huwa jista’ jaħtar Sotto- 
Kumitat tas-Senat b’poteri delegati biex iqis materji li għandhom x’jaqsmu mal-Link 
Campus. 
Bord Akkademiku 
2. (1) Il-Bord Akkademiku għandu jkun magħmul mir-Rettur, il-Kap 
Akkademiku ex officio, id-Diretturi tad-Dipartimenti Akkademiċi, tliet membri oħra 
maħtura mis-Senat, u rappreżentant ta’ l-istudenti. 
(2) Ir-Rettur u fl-assenza tiegħu, il-Kap Akkademiku, għandu jippresiedi llaqgħ
at tal-Bord Akkademiku. 
3. Il-Bord Akkademiku għandu l-funzjonijiet li ġejjin taħt l-awtorità globali 
tas-Senat: 
(a) biex jiddraftja u jissorvelja l-operazzjoni ta’ l-istrateġija akkademika 
tal-Link Campus; 
(b) biex jirrakkomanda l-ħatra ta’ l-istaff akkademiku lis-Senat; 
(ċ) biex isegwi mill-qrib il-kwalità akkademika fuq bażi annwali, u jagħti 
attenzjoni speċifika għall-koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet fl-oqsma ta’ 
studju varji; 
(d) biex japprova u jippubblika kull sena l-katalogu tal-moduli għal kull 
programm ta’ studju; 
(e) biex jistabbilixxi t-termini ta’ referenza u l-kompożizzjoni ta’ kumitati 
ad hoc u permanenti kif xieraq; 
(f) biex jissorvelja l-attivitajiet ta’ ri‘erka tal-Link Campus; 
(g) biex jirrakkomanda t-tkeċċija ta’ xi student skond il-kriterji u lproċ
eduri stabbiliti; 
(h) biex jirrakkomanda lis-Senat ir-regolamenti, l-eżamijiet, l-appelli u lproċ
eduri dixxiplinarji akkademiċi; 
(i) biex kull sena jirrakkomanda lis-Senat l-ħatra tal-Bordijiet ta’ l-Istudji, 
il-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi (inklużi l-eżaminaturi barranin fejn 
xieraq), u il-Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Grad; 
(j) biex jiddeċiedi dwar l-għadd u l-ispeċjalizzazzjoni ta’ l-eżaminaturi 
barranin, u jistabbilixxi l-kondizzjonijiet tal-ħatra tagħhom, inklużi ttermini 
tas-servizz, id-dmirijiet u l-ħlas; 
(k) biex jistabbilixxi l-Panel ta’ Appelli dwar l-Eżamijiet tal-Bord li 
għandu jkun l-arbitru finali dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu 
ma’ l-istatus akkademiku ta’ student. Fil-każ ta’ appell li jintlaqa’, ilkaż 
għandu jkun riferut lura lill-Bord ta’ l-Eżaminaturi; 
(l) biex jagħti parir lill-Bord tad-Diretturi, permezz tal-President, dwar irriż
orsi meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet imsemmija hawn fuq; 
(m) biex jisma’ l-appell ta’ studenti li huma intitolati jippreżentaw każ 
kontra xi att dixxiplinarju kontrihom, waqt li jaġixxi bħala arbitru finali 
f’xi argument bħal dan (dawn l-istudenti għandhom jibqgħu sospiżi

KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS ġL.S.327.180 21 
sakemm jinstema’ l-appell tagħhom); 
(n) biex jirrakkoanda lis-Senat il-programmi ta’ studju li se jkunu offruti; 
(o) biex ifassal kalendarju dettaljat ta’ laqgħat tal-kumitati akkademiċi 
kollha. 
4. Il-Bord Akkademiku għandu jiltaqa’ mhux anqas minn darbtejn fis-sena. 
Dipartimenti Akkademiċi 
5. (1) Għandu jkun hemm Dipartiment Akkademiku għal kull dixxiplina jew 
gruppi ta’ dixxiplini relatati. Kull Dipartiment għandu jinkludi l-għalliema kollha li 
jikkontribwixxu għat-tagħlim tad-dixxiplina/i u għandu jkun immexxi mid-Direttur 
tad-Dipartiment li l-ewwel darba jkun maħtur mis-Senat għal perijodu ta’ tlett snin u 
wara jkun maħtur mill-Bord Akkademiku wara konsultazzjoni mal-membri tad- 
Dipartiment rilevanti u bl-approvazzjoni tas-Senat. 
(2) Laqgħat dipartimentali għandhom jissejħu mill-anqas darba kull semestru u 
meta jkun meħtieġ fid-diskrezzjoni tad-Direttur tad-Dipartiment ħlief li laqgħa tista’ 
tissejjaħ ukoll jekk id-Direttur jirċievi talba bil-miktub minn terz jew aktar talmembri 
tad-Dipartiment. Laqgħa bħal din għandha tissejjaħ fi żmien ġimgħatejn 
minn meta tasal it-talba. 
(3) Id-Dipartimenti Akkademiċi għandhom kull sena jagħmlu eżerċizzju biex 
iħarsu l-kwalità għall-Bord Akkademiku liema eżerċizzju għandu jinkludi l-kwalità tat-tagħlim u l-ħtiġiet ta’ żvilupp ta’ l-istaff, u l-ambjent tat-tagħlim. 
(4) Id-Dipartimenti Akkademiċi għandhom jidentifikaw ix-xejriet u t-tibdiliet 
fil-ħtiġiet ta’ l-istudent u ta’ min iħaddem u jipproponu politika jew miżuri lill-Bord 
Akkademiku. 
(5) Il-minuti tal-laqgħat kollha ta’ kull Dipartiment Akkademiku u r-rapporti 
mid-Diretturi tad-Dipartiment għandhom ikunu sottomessi lill-Bord Akkademiku. 
(6) Id-Diretturi tad-Dipartiment għandhom jippreżentaw rapport annwali dwar 
l-operazzjoni tad-Dipartiment fl-ewwel laqgħa tal-Bord Akkademiku fis-sena ta’ 
wara dik koperta mir-rapport. Dan ir-rapport għandu jidentifika lill-Bord 
Akkademiku xi kwistjoni li teffettwa dak li jsir fil-korsijiet u l-iżvilupp tagħhom. 
Bordijiet ta’ l-Istudji 
6. Għandu jkun hemm Bord ta’ l-Istudji għal kull Programm ta’ Studju. Kull 
Bord ta’ l-Istudji għandu jkun fdat bl-amministrazzjoni akkademika ta’ Programm 
ta’ Studju li jwassal għal ċertifikat, diploma jew grad speċifiku u għandu jipproponi 
tibdiliet u modifikazzjonijiet għall-Programm ta’ Studju rilevanti biex jiġu 
kkunsidrati u approvati mill-Bord Akkademiku. 
7. (1) Il-Bordijiet ta’ l-Istudji għandhom jinħatru mis-Senat fuq irrakkomandazzjonijiet 
tal-Bord Akkademiku. 
(2) Kull Bord ta’ l-Istudji għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn ħames 
membri li jinkludu l-Mexxej tal-Programm bħala Chair, tliet membri akkademiċi 
oħra li jagħtu kontribut sinifikanti fit-tagħlim tal-Programm ta’ Studju, u 
rappreżentant ta’ l-istudenti. 
(3) Ir-Reġistratur Assoċjat għandu jagħmilha ta’ Segretarju tal-Bordijiet ta’ l- 
Istudji għan-nom tar-Reġistratur. 
8. Il-Bordijiet ta’ l-Istudji għandhom jiltaqgħu mhux anqas minn darbtejn fissena.

22 L.S.327.180ħ 
KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS 
Mexxej tal-Programm 
9. Il-Mexxej tal-Programm għandu jagħmilha ta’ koordinatur bejn iddipartimenti 
varji involuti attivament fit-tagħlim fi ħdan Programm ta’ Studju u 
għandu jkun maħtur mill-Bord Akkademiku wara konsultazzjoni mad-Diretturi tad- 
Dipartiment responsabbli għall-komponenti ewlenin ta’ Programm ta’ Studju. 
Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Grad 
10. Bord tal-Klassifkazzjoni tal-Grad għandu jiltaqa’ biex jiddeċiedi lklassifikazzjoni 
finali ta’ l-istudenti tar-Raba’ Sena. Il-Bord jista’ fl-istess ħin iqis 
każijiet problematiċi ta’ studenti minn xi snin oħra ta’ studju. Huwa jiġi maħtur kull 
sena mill-Bord Akkademiku. 
11. (1) Il-Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Grad għandu jkun magħmul kif ġej: 
Il-Kap Akkademiku bħala Chair 
Iċ-Chairs tal-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi ta’ kull Programm ta’ Studju 
L-eżaminaturi barranin. 
(2) Il-Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Grad jista’ jsejjaħ lil xi eżaminatur ieħor 
biex jieħu sehem bħala konsulent. 
12. Il-Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Grad għandu l-funzjonijiet li ġejjin: 
(a) li jqis l-aspetti kollha tal-valutazzjoni ta’ l-istudenti u għandu 
jissottometti l-ismijiet ta’ l-istudenti għall-għoti tal-Grad lill- 
Università, permezz tal-Bord Akkademiku; 
(b) biex jasal għad-deċiżjonijiet tiegħu, għandu jqis formalment xi evidenza 
medika jew ta’ natura oħra ppreżentata mill-istudenti li tista’ 
tinfluwenza l-livell milħuq waqt l-eżamijiet; 
(ċ) li jirrapporta lill-Bord Akkademiku xi kwistjoni ta’ tħassib, jew fittmexxija 
ta’ l-eżamijiet, jew fl-arranġamenti amministrattivi magħmula, 
jew f’materji li jinfluwenzaw il-kwalità tal-kors; 
(d) li jikkonferma li l-eżaminaturi barranin taw kontribut kif mistenni, li 
huma qablu mal-karti ta’ l-eżami mħejjija u li huma mmoderaw liskritti; 
li jżomm rekord u jgħaddi lill-Bord Akkademiku kull kumment 
dwar l-eżamijiet magħmul mill-eżaminaturi barranin; 
(e) li jqis fid-diskrezzjoni tiegħu jekk jagħmilx eżami viva voce żejjed fi 
kwalunkwe stadju u għal kwalunkwe student; 
(f) li jerġa’ jqis kwistjonijiet dwar l-appelli u li jieħu passi skond lindikazzjonijiiet 
mogħtija mill-Bord Akkademiku. 
Kumitat għar-Riċerka 
13. Il-Kumitat għar-Riċerka għandu jkun magħmul kif ġej: 
Il-Kap Akkademiku (jew delegat) 
Id-Diretturi tad-Dipartimenti Akkademiċi. 
14. L-għanijiet tal-Kumitat għar-Riċerka huma: 
(a) li javanza r-riċerka u jiżgura li attivitajiet ta’ riċerka ta’ l-għalliema tal- 
Link Campus ikunu koordinati; 
(b) li javanza u jorganizza seminars ta’ riċerka interdixxiplinarji;

KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS ġL.S.327.180 23 
(ċ) li jiżviluppa u jsegwi mill-qrib ir-relazzjonijiet ma’ ċentri ta’ riċerka 
oħra u li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Bord Akkademiku kif 
meħtieġ. 
Panel għall-Appelli dwar l-Eżamijiet 
15. Il-Panel għall-Appelli dwar l-Eżamijiet għandu jkun magħmul mill-Kap 
Akademiku, bħala Chair, u żewġ membri minn fost l-għalliema li ma jgħallmux lil 
min qed jappella. 
16. Il-Panel għall-Appelli dwar l-Eżamijiet m’għandux id-dritt li jbiddel xi 
deċiżjoni magħmula minn Bord ta’ l-Eżaminaturi. Il-Panel għandu madankollu 
jkollu d-dritt li javża lill-Bord ta’ l-Eżaminaturi bl-opinjoni tiegħu u jissuġġerixxi 
rrimedju, u li jeħtieġ lill-Bord ta’ l-Eżaminaturi biex jerġa’ jikkunsidra d-deċiżjoni 
tiegħu. 
17. L-istudenti jistgħu jappellaw lill-Panel kontra deċiżjoni ta’ Bord ta’ l- 
Eżaminaturi fiċ-ċirkostanzi li ġejjin biss: 
(a) jekk huma jallegaw li l-eżamijiet ma ġewx immexxija skond irregolamenti 
dwar l-eżamijiet approvati mis-Senat; u 
(b) jekk huma jallegaw li l-Bord ta’ l-Eżaminaturi naqas milli jagħti piż 
xieraq liċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li setgħu influwenzaw il-livell 
milħuq minn student; f’din il-kategorija hija r-responsabiltà ta’ listudent 
li jinforma b’dawn iċ-ċirkostanzi lill-Mexxej tal-Programm 
tiegħu/tagħha fiż-żmien xieraq. Normalment huwa mistenni li 
informazzjoni bħal din għandha tingħata qabel l-eżami involut, u l-ebda 
appell m’għandu jiġi kkunsidrat f’każijiet fejn l-informazzjoni tkun 
irrappurata wara li l-Bord ta’ l-Eżaminaturi ltaqa’; f’każijiet mediċi, il- 
Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu jara evidenza dokumentata ffirmata minn 
tabib, u f’każijiet ta’ appell, il-Panel jirriserva d-dritt li jitlob opinjoni 
oħra minn tabib nominat minnu. 
18. Skond ir-regolamenti ta’ l-Università, l-istudenti għandhom id-dritt 
jappellaw taħt il-proċeduri ta’ l-appell ta’ l-Universtà ta’ Malta wara li jkunu ġew 
eżawriti l-proċeduri kollha tal-Link Campus. 
Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi 
19. Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi għandhom jinħatru għal kull modulu. 
20. (1) Il-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi għandhom normalment ikunu magħmula 
mid-Direttur tad-Dipartiment Akkademiku bħala Chair, u minn żewġ eżaminaturi 
oħra, sakemm li s-Senat, fuq il-parir tal-Bord Akkademiku, jista’ jżid l-għadd ta’ 
eżaminaturi għal xi modulu partikolari. 
(2) Fejn is-Senat iqis xieraq, eżaminaturi addizzjonali għandhom jinħatru għal 
partijiet speċifiċi ta’ l-eżami. Dawn l-eżaminaturi addizzjonali għandhom jieħdu 
sehem fid-deliberazzjonijiet tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi iżda biss sa fejn dawn 
jikkonċernaw dawk il-partijiet ta’ l-eżami fejn huma kienu involuti. 
(3) Il-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi għall-moduli ta’ l-aħħar sena għandhom 
jinkludu wkoll eżaminatur barrani li għandu jieħu sehem fit-tfassil tal-karti ta’ leż
ami u li għandu jaġixxi ta’ moderatur. Il-Kap tad-Dipartiment Akkademiku 
responsabbli għall-modulu għandu jkun iċ-Chair tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi għal dak 
il-modulu. 
Eżaminaturi Barranin

24 L.S.327.180ħ 
KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS 
21. L-eżaminaturi barranin għandhom jinħatru mis-Senat u għandhom ikunu 
b’żieda ma’ l-għadd normali ta’ Bord ta’ l-Eżaminaturi. Għandu jinħatar eżaminatur 
barrani għal kull qasam ta’ studju. 
22. L-eżaminaturi barranin għandhom jieħdu sehem sħiħ fil-proċess ta’ 
valutazzjoni, speċifikatament billi: 
(a) jipparteċipaw fit-tfassil tal-karti ta’ l-eżami u jimmoderaw l-iskritti u leż
amijiet; 
(b) jkunu preżenti għall-eżamijiet viva voce jekk dan ikun meħtieġ; 
(ċ) jagħtu pariri dwar li jsir fil-kors; 
(d) jipprovdu rapport bil-miktub lill-Bord Akkademiku dwar ilmoderazzjoni 
tagħhom ta’ l-eżamijiet; u 
(e) jinvestigaw xi kwistjonijiet akkademiċi li jistgħu jeħtieġu aktar 
konsiderazzjoni. 
23. L-eżaminaturi barranin jistgħu jitolbu xi assenjament evalwat matul il-kors, 
u jistgħu jagħżlu li jaraw għażla ta’ eżamijiet viva voce assoċjati ma’ l-esperjenza ta’ 
xogħol jew ma’ proġetti/dissertazzjonijiet li kkontribwew għall-marki totali għassessjoni 
ta’ l-eżamijiet rilevanti. 
Kap Akkademiku 
24. Il-Kap Akkademiku huwa responsabbli għall-amministrazzjoni akkademika 
u didattika kollha tal-Link Campus. 
25. Il-Kap Akkademiku għandu: 
(a) jkun maħtur mill-Bord tad-Diretturi wara li l-Kunsill ta’ l-Università jkun ta l-approvazzjoni tiegħu; 
(b) jieħu r-responsabbiltà għall-kwistjonijiet akkademiċi kollha fil-Link 
Campus u għandu, partikolarment, ikun impenjat għall-manteniment 
tal-kwalità fit-tagħlim u fir-riċerka fi ħdan il-fllosofija pedagoġika 
ġenerali tal-Link Campus; u 
(ċ) jżomm il-ħatra għal perijodu ta’ tliet snin li jista’ jiġġedded fiddiskrezzjoni 
tal-Bord tad-Diretturi wara li l-Kunsill ta’ l-Università jkun ta l-approvazzjoni tiegħu. 
Reġistratur 
26. Ir-Reġistratur ta’ l-Università ta’ Malta għandu jkun ex officio r-Reġistratur 
tal-Link Campus kif ukoll is-segretarju tal-bordijiet kollha mwaqqfa b’dawn irregolamenti. 
Reġistratur Assoċjat 
27. Ir-Reġistratur Assoċjat għandu jirrappreżenta lir-Reġistrtur ta’ l-Università ta’ Malta u jaġixxi bħala d-delegat tiegħu fil-Link Campus u għandu jkun maħtur 
mill-Bord tad-Diretturi, li jaġixxi fuq il-parir tal-Bord Akkademiku u blapprovazzjoni 
tas-Senat. 
28. Id-dmirijiet tar-Reġistratur Assoċjat għandhom jinkludu: 
(a) l-amministrazzjoni tal-proċess tad-dħul ta’ l-istudenti u ż-żamma tarrekords 
tagħhom, li jinkludu kemm ir-rekords akkademiċi kif ukoll 
dawk amministrattivi; 
(b) li jiġbor il-marki ta’ l-istudenti, inklużi l-valutazzjonijiet ta’ matul il

KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS ġL.S.327.180 25 
kors, skond skeda provduta mill-uffiċjal akkademiku rilevanti u li 
jirreġistra dawn il-marki; 
(ċ) it-tħejjija ta’ analiżi tal-marki u ta’ dokumentazzjoni għall-Bord tal- 
Klassifikazzjoni tal-Grad; u 
(d) li jkun ta’ ħolqa bejn il-Kumitati Amministrattivi u/jew il-Bordijiet 
Akkademiċi ta’ l-Università u tal-Link Campus. 
29. Ir-Reġistratur Assoċjat għandu jaqdi l-funzjonijiet kollha assenjati lilu kif 
ukoll xi funzjonijiet oħra li jistgħu jiġu delegati lilu espressament mir-Reġistratur. 
Direttur ta’ l-Uffiċċju Internazzjonali 
30. Id-Direttur ta’ l-Uffiċċju Internazzjonali ta’ l-Università ta’ Malta għandu 
jkun ex officio d-Direttur ta’ l-Uffiċċju Internazzjonali tal-Link Campus u jista’ 
jaħdem kemm personalment kif ukoll permezz ta’ delegat. 
SKEDA NUMRU 2 
GLOSSARJU TA’ TERMINI 
(skond id-disposizzjonijiet tar-reġolament 3) 
Terminu Tifsira 
Kumpens F’każijiet eċċezzjonali, studenti li jeħlu għal ftit f’modulu fissessjoni 
riparatorja jista’ jkollhom dan il-modulu "kkumpensat" 
jekk huma juru li jkunu marru tajjeb fil-moduli l-oħra. Dan jista’ 
jsir darba biss matul il-Programm ta’ Studju. Għandu jingħata lgrad 
minimu li għadda għal modulu bħal dan. 
P r o g r e s s j o n i 
Kondizzjonali 
Progressjoni kondizzjonali tindika li l-istudenti ngħataw permess 
li jkomplu għas-sena ta’ studju ta’ wara, sakemm issir ilvalutazż
joni mill-ġdid, jerġgħu jieħdu modulu mill-ġdid, jew 
jistudjaw modulu ġdid, fid-diskrezzjoni tal-Bord ta’ l- 
Eżaminaturi. 
V a l u t a z z j o n i 
Kontinwa 
Il-proċess li bih il-livell milħuq mill-istudenti jiġi rekordjat u 
segwit. Dan jista’ jsir permezz ta’ testijiet fil-klassi li jsiru 
regolarment, diskussjonijiet fi gruppi tutorjali jew b’xi mezz 
ieħor li bih l-għalliem jew it-tutur jista’ jieħu indikazzjoni ċara 
dwar il- progress ta’ l-istudenti f’xi modulu. 
Xogħol matul ilkors 
Kwalunkwe biċċa xogħol, assenjament, xogħol id-dar jew xogħol 
f u q p r o ġ e t t ( t e m i , a s s e n j a m e n t i , t e s t i j i e t , p r o ġ e t t i , 
dissertazzjonijiet, xogħol prattiku, rapporti dwar pjazzament jew 
field trip, disinji, oġġetti maħduma, analisi kompjuterizzati, 
preżentazzjonijiet, seminars immexxija mill-istudenti, u wirjiet) 
li tkun parti integrali minn modulu u li għandha tkun valutata. 
Biex itemmu modulu, l-istudenti għandhom itemmu x-xogħol 
matul il-kors kollu mitlub għall-komponenti tal-modulu. Il-piż li 
jingħata għal komponent ta’ xogħol matul il-kors għandu jkun 
indikat fil-Katalogu tal-Moduli.

26 L.S.327.180ħ 
KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS 
Kredtu Għadd ta’ kredti huma assenjati għat-tmiem b’suċċess ta’ kull 
modulu. Normalment 4 jew 6 kredti huma assenjati għal modulu. 
Total ta’ 60 kredtu huwa assenjat għall-moduli li l-istudenti fuq 
bażi full-time huma mistennija jtemmu matul sena akkademika li 
tinvolvi 1800 siegħa ta’ studju. Kredtu jkun assenjat għal kull 30 
siegħa ta’ studju, li jinkludu 10 sigħat ta’ lezzjonijiet u 
sessjonijiet tutorjali u 20 siegħa ta’ studju privat u xogħol 
assenjat. Kredti jkunu assenjati wkoll għal xogħol fuq proġetti u 
studju barra mill-pajjiż u l-valuri ta’ dawn għandhom ikunu 
indikati fil-Katalogu tal-Moduli. 
ECTS European Credit Transfer Scheme li tikklassifika programm ta’ 
studji fuq bażi full-time bħala li jiswa’ 60 kredtu ECTS, 
ekwivaienti għal ca. 1800 siegħa ta’ xogħol, inklużi xogħol 
matul il-kors, xogħol assenjat u studju liberu, kull sena 
akkademika. 
Eżamijiet L-eżamijiet għandhom isiru matul il-perijodi skedati għalleż
amijiet u għall-valutazzjonijiet. Normalment għandu jkun 
hemm tliet sessjonijiet kull sena akkademika: żewġ sessjonijiet 
ordinarji fit-tmiem ta’ kull semestru u sessjoni riparatorja 
f’Settembru. 
Differiti Eżamijiet differiti tindika li l-istudenti għadhom ma ġewx 
valutati f’modulu għal raġunijiet mediċi jew raġunijiet oħra 
mhux fil-kontroll tagħhom. L-eżamijiet differiti għandhom isiru 
matul sessjoni riparatorja ta’ l-eżamijiet. 
Riferuti Eżamijiet riferuti tindika li (a) il-livell ta’ l-istudenti f’modulu 
ġie meqjus mhux suffiċjenti biex jingħataw il-kredti assenjati 
għalih; jew (b) l-istudenti jixtiequ jkunu valutati mill-ġdid biex 
itejbu l-punti assenjati lilhom. Dawn l-istudenti għandhom ikunu 
valutati mill-ġdid matul sessjoni riparatorja ta’ l-eżamijiet. 
Li jittieħdu mill- 
ġdid 
F’ċerti ċirkostanzi u fil-każ li l-istudenti jeħlu f’eżami 
riparatorju, il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’ jiddeċiedi li listudenti 
għandhom jistudjaw modulu mill-ġdid qabel ma 
jkollhom valutazzjoni oħra. 
Punti Il-marka globali assenjata mill-Bord ta’ l-Eżaminaturi, li 
tirrappreżenta l-kwalità tal-livell milħuq mill-istudenti filvalutazzjoni 
ta’ modulu. 
Livell I l - l i v e l l a k k a d e m i k u t a ’ m o d u l u . I l - L i v e l l i 1 , 2 u 3 
jikkorrispondu għal-livell ta’ xogħol normalment mistenni li jsir 
minn studenti ta’ l-ewwel, it-tieni, u t-tielet/ir-raba’ sena 
rispettivament f’Programm ta’ Studju segwit fuq bażi full-time. 
Modulu Parti minn Programm ta’ Studju, normalment ta’ tul uniformi, bloġġ
ettivi, is-sillabu u l-iskema ta’ valutazzjoni. Modulu jista’ 
jkun modulu ta’ qasam ewlieni, normalment assenjat 6 kredti jew 
modulu ta’ lingwa jew ta’ appoġġ, normalment assenjat 4 kredti. 
Eċċezzjonalment moduli doppji jew nofs modulu jistgħu jiġu 
offruti. 
Terminu Tifsira

KORS GĦALL-GRADI TA’ BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS.) - TAL-LINK CAMPUS ġL.S.327.180 27 
Modulu 
Obbligatorju 
Modulu li huwa parti obbligatorja ta’ Programm ta’ Studju. 
Wieħed għandu normalment jgħaddi minnu, jkun ikkumpensat 
għalih jew ikkreditat bih biex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ għotja 
akkademika. 
Modulu Elettiv Modulu li jista’ jintgħażel minn lista ta’ moduli apposta. 
V a l u t a z z j o n i 
mill-ġdid 
Ir-rekwiżit li studenti jkunu valutati kompletament jew 
parzjalment darba oħra mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar studju. Dan 
jista’ jinvolvi li joqogħdu għal eżami ieħor (riparatorju) u/jew li 
jissottomettu xogħol matul il-kors ġdid. Il-metodu/i ta’ 
valutazzjoni għandhom ikunu l-istess bhal, jew ekwivalenti għal, 
il-valutazzjoni oriġinali. 
Sessjoni ta’ 
Eżamijiet 
Perijodu skedat ta’ eżamijiet u valutazzjonijiet. Normalment 
għandu jkun hemm tliet sessjonijiet kull sena akkademika: żewġ 
sessjonijiet ordinarji fit-tmiem ta’ kull semestru u sessjoni 
riparatorja f’Settembru. 
Terminu Tifsira

