KORS GĦAD-DIPLOMA IN THE TEACHING OF PHYSICAL 
EDUCATION (PRIMARY LEVEL) - DIP. P.E. (PRIMARY) ġ L.S.327.181 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.181
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
THE TEACHING OF PHYSICAL EDUCATION 
(PRIMARY LEVEL) - DIP. P.E. (PRIMARY)
4 ta’ Frar, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 18 ta’ l-2000.
Titolu u tifsir.
Kors għad-Diploma in the Teaching of Physical Education
(Primary Level) - Dip. P.E. (Primary).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Bord ta’ l-Istudji" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għall-
kors;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in the Teaching of Physical
Education (Primary Level) - Dip. P.E. (Primary); u
"il-kors" tfisser il-kors għad-Diploma in the Teaching of
Physical Education (Primary Level) - Dip. P.E. (Primary).
Applikabilità .
jibda f’Ottubru 1996.
Eliġibbilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tad-Diploma, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari fil-kors skond
it-termini tar-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) itemmu b’suċċess il-kors ta’ l-istudji, li jinkludi x-
xogħol matul il-kors, il-prattika tat-tagħlim u essay
twil/proġett, jgħaddu mill-eżami finali u jissodisfaw xi
rekwiżiti oħra preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha mniżżla f’xi
statuti, regolamenti u ordinamenti oħra rilevanti ta’ l-
Università .
Dħul fil-kors.
għall-kors fuq il-formola preskritta u fiż-żmien speċifikat mill-
Uffiċċju tar-Reġistratur.
(2) Biex ikunu rreġistrati bħala studenti regolari fil-kors, l-
applikanti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali għad-dħul
speċifikati fir-Regolamenti għad-Dhul ta’ l-Università .
(3) L-applikanti jistgħu jintalbu jattendu għal intervista bil-
għan li jkunu valutati d-disposizzjonijiet u l-background meħtieġa.
Tul tal-kors.
time.
(2) Il-kors ikun maqsum f’żewġ partijiet, kull parti testendi
fuq perijodu ta’ sena.
2 L.S.327.181 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN THE TEACHING OF PHYSICAL 
EDUCATION (PRIMARY LEVEL) - DIP. P.E. (PRIMARY)
Kors ta’ l-istudji. 6. (1) Il-kors ta’ l-istudji għandu jikkonsisti fi:
(a) taqsimiet studju, inklużi 1-practicum/s, li għalihom
total ta’ mhux anqas minn għoxrin kredtu għandhom
ikunu assenjati;
(b) prattika tat-tagħlim li għaliha erba’ kredti għandhom
ikunu assenjati;
(ċ) essay twil/proġett; u
(d) eżami finali.
(2) Katalogu ta’ taqsimiet studju, bil-kredti assenjati għal kull
waħda, għandu jkun ippubblikat qabel il-bidu tal-kors, wara li jkun
approvat mis-Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
Attendenza. 7. L-istudenti li, wara twissija xierqa mogħtija bil-miktub,
jonqsu konsistentement milli jattendu għal konferenzi u/jew għas-
sessjonijict tutorjali jew b’xi mod ieħor ma jaqdux id-dmirijiet
akkademiċi tagħhom mingħajr ġustifikazzjoni adegwata, jistgħu
jkunu miżmuma mill-Bord milli joqogħdu għal xi eżami jew għall-
eżamijiet kollha.
Valutazzjoni. 8. (1) L-istudenti għandhom itemmu b’suċċess l-Ewwel Parti
tal-kors qabel ma jkomplu għat-Tieni Parti.
(2) Biex itemmu b’suċċess l-Ewwel Parti u t-Tieni Parti tal-
kors, l-istudenti għandhom jiksbu mill-anqas ħdax-il kredtu f’kull
Parti. L-istudenti li ma jiksbux mill-anqas disa’ kredti f’kull Parti
m’għandhomx jitħallew ikomplu l-kors.
(3) L-istudenti li f’xi Parti tal-kors jiksbu mill-anqas disa’
kredti iżda ma jiksbux ħdax-il kredtu għandhom ikunu valutati
mill-ġdid fit-taqsima/taqsimiet studju li weħlu fiha/fihom darba, fi
żmien perijodu ta’ tnax-il xahar mill-bidu tal-Parti rilevanti tal-
kors. Jekk jgħaddu, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
(4) L-istudenti għandhom ikunu kkunsidrati li ssodisfaw il-
kriterji tal-valutazzjoni tal-kors jekk huma:
(a) jtemmu b’suċċess l-Ewwel u t-Tieni Partijiet tal-kors;
(b) jgħaddu mill-eżami finali; u
(ċ) jtemmu b’suċċess l-essay twil/proġett u l-prattika tat-
tagħlim.
(5) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. F tfisser li l-istudent weħel
u I tfisser li xogħol l-istudent ikun inkomplet. Biex ikunu eliġibbli
għall-għoti ta’ kredtu, l-istudenti għandhom ukoll jattendu
regolarment għal konferenzi f’kull taqsima studju.
Essay twil/proġett. 9. (1) L-istudenti għandhom jissottomettu essay twil ta’
mhux anqas minn tmint elef kelma u mhux aktar minn għaxart elef
kelma, jew proġett, dwar tema approvata, meqjus ta’ livell
akkademiku ekwivalenti.
(2) L-istudenti li jeħlu fl-essay twil/proġett għandhom
jithallew jerġgħu jissottomettuh darba fi żmien tnax-il xahar.
Prattika tat-
tagħlim.
10. (1) L-istudenti għandhom itemmu b’suċċess perijodu ta’
sitt ġimgħat ta’ prattika tat-tagħlim fi skola primarja. L-ewwel
KORS GĦAD-DIPLOMA IN THE TEACHING OF PHYSICAL 
EDUCATION (PRIMARY LEVEL) - DIP. P.E. (PRIMARY) ġ L.S.327.181 3
perijodu ta’ tliet ġimgħat għandu jsir fit-tieni semestru, waqt li t-
tieni perijodu ta’ tliet ġimgħat għandu jsir fit-tielet semestru.
(2) L-istudenti li jeħlu minn xi perijodu ta’ prattika tat-tagħlim
għandhom jitħallew jirrepetuh darba fir-raba’ semestru.
Eżami finali.
sinottiċi. L-istudenti għandhom jiksbu grad minimu aggregate li
għaddew fl-eżami finali.
(2) L-istudenti li jehlu fl-eżami finali għandhom jitħallew
jerġgħu jagħmlu l-eżami kollu darba biss fi żmien perijodu ta’ tnax-
il xahar minn tmiem il-kors. L-ogħla grad li jista’ jingħata wara din
is-sessjoni riparatorja huwa l-grad D.
Riżultat finali.
istudenti fit-taqsimiet studju, fl-essay twil/proġett u fl-eżami finali
li jingħataw piż kif ġej:
Taqsimiet Studju 40%
Essay Twil/Proġett 20%
Eżami Finali 40%.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tad-
Diploma għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Ghadda b’Distinzjoni
Ghadda.
Bord ta’ l-Istudji.
Bord ta’ l-Istudji, propost mill-Bord u approvat mis-Senat.
Status tad-
Diploma.
14. Il-kors għad-Diploma huwa maħsub għal min hu interessat
li jgħallem l-Edukazzjoni Fiżika, l-isport rikreattiv u l-attivitajiet
tal-ħin liberu lil tfal ta’ l-età  ta’ l-iskola primarja. Il-kors għad-
Diploma m’hux ekwivalenti għall-korsijiet li jħarrġu l-għalliema li
jintitolaw lil kandidati li jtemmuhom b’suċċess għal warrant ta’
għalliem.
