KORS GĦALL-UNIVERSITY UNDERGRADUATE
CERTIFICATE IN MENTORING ġ L.S.327.182 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.182
REGOLAMENTI TAL-KORS 
GĦALL-UNIVERSITY UNDERGRADUATE 
CERTIFICATE IN MENTORING
4 ta’ Frar, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 21 ta’ l-2000.
Titolu u tifsir.
Kors għa1l-University Undergraduate Certificate in Mentoring.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Bord ta’ l-Istudji" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji maħtur għall-
kors;
"iċ-Ċertifikat" tfisser il-University Undergraduate Certificate in
Mentoring;
"il-kors" tfisser il-kors li jwassal għall-University
Undergraduate Certificate in Mentoring.
Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 1999 jew wara.
Eliġibbilità  għaċ-
Ċertifikat.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti taċ-Ċertifikat, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari fil-kors skond
ir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università  u
jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fir-regolament 4(1);
(b) itemmu b’suċċess il-kors ta’ l-istudji kif speċifikat fir-
regolament 7, inklużi t-taqsimiet studju, il-ġurnal, u l-
Mentoring Practicum, u jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra
kollha preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti fi statuti,
f’regolamenti u f’ordinamenti rilevanti ta’ l-
Università .
Rekwiżiti għad-
dħul.
4. (1) L-applikanti jistgħu japplikaw biex jirreġistraw fil-kors
jekk huma korrentement qegħdin jgħallmu fi skejjel primarji/
sekondarji rikonoxxuti u jissodisfaw ir-rekwiżiti għad-dħul li
ġejjin:
(a) ikollhom ċertifikat ta’ għalliem mill-Kulleġġ għat-
Taħriġ ta’ l-Għalliema u għandbom ħames snin
konsekuttivi ta’ esperjenza fit-tagħlim; jew
(b) ikollhom il-grad ta’ Bachelor of Education (Honours)
u għandhom ħames snin konsekuttivi ta’ esperjenza
fit-tagħlim; jew
(ċ) ikollhom il-Postgraduate Certificate in Education u
għandhom ħames snin konsekuttivi ta’ esperjenza fit-
tagħlim; jew
2 L.S.327.182 ħ
KORS GĦALL-UNIVERSITY UNDERGRADUATE
CERTIFICATE IN MENTORING
(d) ikollhom grad ta’ Master fl-Edukazzjoni u għandhom
ħames snin konsekuttivi ta’ esperjenza fit-tagħlim.
(2) Il-Bord għandu jirrakkomanda lis-Senat l-għadd ta’
applikanti li jistgħu jitħallew jirreġistraw fil-kors, skond ir-riżorsi
disponibbli. L-għadd ta’ postijiet disponibbbli għandu jkun
imħabbar meta toħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Kriterji għall-
għażla.
5. (1) L-applikanti għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni bil-
miktub ta’ l-interess u l-oġġettivi tagħhom u għandhom
jissottomettu l-ismijiet u l-indirizzi ta’ żewġ persuni li jistgħu
jagħmlu referenza dwar il-potenzjal ta’ l-applikanti bħala mentors.
L-applikanti huma meħtieġa jattendu għal intervista.
(2) Jekk ikun hemm aktar applikanti eliġibbli milli jkun hemm
postijiet disponibbli, l-applikanti għandhom jintgħażlu wara
intervista mill-Bord ta’ l-Istudji. Il-Bord ta’ l-Istudji għandu jqis il-
kriterji li ġejjin li għandhom jingħataw piż kif indikat hawn taħt:
(a) tagħrif u dispożizzjoni professjonali 30%
(b) abiltajiet ta’ tutur  40%
(ċ) personalità 30%.
Tul tal-kors. 6. Il-kors għandu jestendi fuq sena ta’ studju fuq bażi part-
time.
Kors ta’ l-istudji. 7. (1) Il-Kors għandu jikkonsisti f’dan li ġej:
Introduction to Counselling and Interpersonal
Skills
The Inclusive Classroom
Assessment and Supervision
Effective Planning
Classroom Management
Issues in Mentoring
Subject Specific Methodology Issues;
(b) Mentoring Practicum (2 kredti); u
(ċ) ġurnal (2 kredti).
(2) Fil-kors jintużaw varjetà  ta’ metodi ta’ tagħlim, li jinkludu
konferenzi, sessjonijiet tutorjali, xogħol prattiku, seminars fi
gruppi u self-directed learning.
(3) Katalogu ta’ taqsimiet studju, li jindika l-kodiċi, it-titlu, id-
deskrizzjoni, il-kredti assenjati għal kull waħda u l-metodu ta’
valutazzjoni, għandu jkun ippublikat qabel il-bidu tal-kors, wara l-
approvazzjoni tas-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
Valutazzjoni. 8. (1) L-istudenti għandhom ikunu valutati fit-taqsimiet
studju skond il-kriterji stabbiliti mill-Bord ta’ l-Istudji.
(2) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed weħel.
Xogħol mhux komplut għal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza
approvata, eċċ.) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra
kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmuma għandhom
jidhru bħala F. Il-gradi mogħtija għandhom iqisu l-livell milħuq
KORS GĦALL-UNIVERSITY UNDERGRADUATE
CERTIFICATE IN MENTORING ġ L.S.327.182 3
mill-istudenti f’wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin kif il-Bord
iqis xieraq: xogħol matul il-kors, u valutazzjonijict prattiċi, bil-
miktub u/jew orali.
(3) L-istudenti li jeħlu fil-valutazzjoni ta’ taqsima studju
għandhom ikollhom valutazzjoni waħda oħra. Jekk jgħaddu, l-
ogħla grad li jistgħu jingħataw huwa l-grad D.
Mentoring 
practicum.
9. (1) L-istudenti huma meħtieġa jagħmlu Mentoring
practicum li għandu jestendi fuq il-perijodu tal-pjazzament fl-
iskejjel tal-korsijiet għall-Bachelor of Education (Honours) u
għall-Postgraduate Certificate in Education, u jista’ jsir fi
kwalunkwe skola rikonoxxuta. Għall-Mentoring practicum l-
istudenti għandhom jassumu r-responsabbiltà  ta’ student għalliem
għat-tul kollu tal-pjazzament fl-iskejjel.
(2) Il-Mentoring practicum għandu jinvolvi xogħol fl-iskola
fejn l-istudenti qed iservu korrentement, u għandu l-għan li jevalwa
l-applikazzjoni tal-prinċipji, l-attitudnijiet, it-taghrif, u l-abiltajiet
akkwistati matul il-kors.
(3) Il-Mentoring practicum għandu jkun valutat fuq bażi ta’
Għadda/Weħel. Fil-każ li jeħel, l-istudent għandu jitħalla jirrepetih
darba biss matul il-perijodu determinat mili-Bord ta’ l-Istudji.
Sadanittant, dawn l-istudenti għandhom jitħallew ikomplu l-kors.
Il-ġurnal.
il-kors li għandu jinkludi riflessjonijiet dwar it-temi varji ttrattati.
(2) L-istudenti huma meħtieġa jissottomettu l-ġurnal għal
valutazzjoni sa mhux aktar tard mill-aħħar jum tal-kors.
(3) Il-ġurnal għandu jkun valutat fuq bażi ta’ Għadda/Weħel.
Jekk jeħlu, l-istudenti jkunu meqjusa li weħlu mill-kors.
Attendenza.
hija obbligatorja. Fil-każ ta’ assenza għal raġuni li l-Bord ta’ l-
Istudji jqis valida, huwa jista’ jħalli lill-istudenti jkomplu l-kors
sakemm isiru arranġamenti alternattivi biex jagħmlu tajjeb għall-
komponenti li ntilfu.
Riżultat finali.
istudenti fit-taqsimiet studju, fil-Mentoring practicum, u fil-ġurnal.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw ghall-għoti taċ-
Ċertifikat għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
