KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS - 
B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS) - IN EUROPEAN STUDIES ġ L.S.327.183 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.183
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF ARTS - B.A. - U BACHELOR OF ARTS 
(HONOURS) - B.A. (HONS) - IN EUROPEAN STUDIES
4 ta’ Frar, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 22 ta’ l-2000, kif emendat bl-Avviżi Legali 139 ta’ l-
2001 u 215 ta’ l-2002.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Arts - B.A. - u Bachelor of Arts
(Honours) - B.A. (Hons) - in European Studies.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-European Documentation and
Research Centre;
"iċ-Ċentru" tfisser il-European Documentation and Research
Centre;
"il-kors" tfisser il-kors ta’ studji li jwassal għal wieħed mill-
Gradi; u
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Bachelor of Arts - B.A. - in European
Studies jew il-Grad ta’ Bachelor of Arts (Honours) - B.A. (Hons) -
in European Studies, skond il-każ.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 139 ta’ l-
2001;
A.L. 215 ta’ l-
2002.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2003 jew wara.
Eliġibbilità  għall-
Grad.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti ta’ xi wieħed mill-Gradi, l-
istudenti għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari f’wieħed mill-
korsijiet skond ir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-
Università ;
(b) itemmu l-kors ta’ studji xieraq, jiksbu l-kredti kollha
indikati fir-regolament 10, u jissodisfaw xi rekwiżiti
oħra preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti fi statuti,
regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Id-dħul u r-
rekwiżiti speċjali 
għall-kors.
Emendat:
A.L. 139 ta’ l-
2001;
A.L. 215 ta’ l-
2002.
4. (1) L-applikanti għandhom japplikaw biex jirreġistraw
għal xi wieħed mill-korsijiet fuq il-formola preskritta u fiż-żmien
speċifikat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur. L-applikanti għandhom
jindikaw l-għażla tagħhom bejn il-kors tal-B.A. u l-kors tal-B.A.
(Hons).
(2) Biex jiġu rreġistrati bħala studenti regolari f’wieħed mill-
korsijiet, l-applikanti għandhom, minharra li jissodisfaw ir-
2 L.S.327.183 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS - 
B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS) - IN EUROPEAN STUDIES
rekwiżiti ġenerali għad-dħul kif speċifikati fir-Regolamenti għad-
Dħul ta’ l-Università , ikollhom ukoll ir-rekwiżiti speċjali għall-
kors li ġejjin:
(a) ċertifikat fil-Livell Avanzat fl-Ingliż; u
(b) ir-rekwiżiti speċjali għall-kors tal-fakultà  li qed toffri
l-qasam jew l-oqsma ta’ studju skond ir-regolament
6.3.2 tar-Regolamenti għad-Dħul, fejn dan japplika.
L-oqsma ta’ studju. 5. (1) Minbarra l-European Studies, l-istudenti f’xi wieħed
mill-korsijiet għandhom jagħżlu qasam ta’ studju ieħor mill-oqsma
ta’ studju approvati mill-Bord u li huma mniżżla fir-regolamenti
rilevanti tal-gradi undergraduate fil-Fakultà  ta’ l-Arti u fil-Fakultà
ta’ l-Ekonomija, Management u Accountancy jew minn programmi
ta’ gradi oħra organizzati minn entitajiet oħra ta’ l-Università , wara
qbil ma’ dawn l-entitajiet.
(2) Il-Bord jista’ jindika abbinament ta’ taqsimiet studju
speċifiċi biex jistabbilixxi għażla identifikabbli għal kors ta’ studji.
(3) L-oqsma ta’ studju indikati fis-subregolamenti (1) u (2) u
abbinamenti ta’ oqsma ta’ studju għandhom ikunu offruti jekk
jippermettu r-riżorsi u skond l-ghadd ta’ applikanti li jagħżluhom.
(4) L-istudenti li jagħżlu oqsma ta’ studju offruti minn
fakultajiet oħra għandhom joqogħdu għar-regolamenti relatati ma’
dawk l-oqsma ta’ studju fil-kors rilevanti sa fejn huma konċernati
r-rekwiżiti speċjali tal-kors u t-taqsimiet studju.
It-tul tal-korsijiet. 6. (1) Il-korsijiet jinfirxu fuq perijodu ta’ tliet snin ta’ studju
fuq bażi full-time. Il-Bord jista’ jħalli studenti jtemmu l-korsijiet
f’mhux aktar minn erba’ snin, minn meta jidħlu l-ewwel darba fil-
kors, taħt dawk il-kondizzjonijiet li hu jista’ jimponi.
(2) F’ċirkostanzi speċjali, is-Senat jista’ jippermetti estensjoni
oħra ta’ sena, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
(3) Is-Senat, li jaġixxi fuq il-parir tal-Bord, jista’ jħalli
studenti, għal raġuni valida, jissospendu l-istudji tagħhom għal
mhux aktar minn tnax-il xahar.
Ir-reġistrazzjoni 
għall-korsijiet u 
għat-taqsimiet 
studju.
7. (1) L-istudenti għandhom jirreġistraw qabel il-bidu ta’ kull
sena akkademika u jirreġistraw għat-taqsimiet studju qabel il-bidu
ta’ kull semestru fiż-żmien stipulat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
(2) L-istudenti jingħataw grad għal taqsima studju biss jekk
ikunu rreġistraw għaliha fuq il-Formola ta’ Reġistrazzjoni għat-
Taqsimiet Studju. Fil-bidu ta’ kull semestru, l-istudenti jistgħu
jżidu jew inaqqsu xi taqsima studju fuq il-formola preskritta u fiż-
żmien stipulat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
(3) L-istudenti huma mistennija jinfurmaw lir-Reġistratur bil-
miktub jekk huma jirriżenjaw mill-kors, u jagħtu d-data tar-riżenja
tagħhom.
Il-korsijiet ta’ l-
istudji.
8. Kull kors għandu jikkonsisu f’taqsimiet studju li għalihom
mill-anqas 76 kredtu huma assenjati u għandu jkun strutturat kif
ġej:
(a) L-Ewwel Sena għandha tkun komuni għall-istudenti li
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS - 
B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS) - IN EUROPEAN STUDIES ġ L.S.327.183 3
jidħlu f’xi wieħed mill-korsijiet u għandha tikkonsisti
f’taqsimiet studju fil-Livell 1 u fil-Livell 2 fil-
European Studies u f’qasam ta’ studju ieħor;
(b) It-Tieni u t-Tielet Sena tal-kors tal-B.A. għandhom
jikkonsistu f’taqsimiet studju fil-Livell 2 u fil-Livell 3
fil-European Studies u f’qasam ta’ studju ieħor;
(ċ) It-Tieni u t-Tielet Sena tal-kors tal-B.A. (Hons)
għandhom jikkonsistu f’taqsimiet studju fil-Livell 2 u
fil-Livell 3 fil-European Studies;
(d) Taqsimiet studju obbligatorji fl-Istorja taċ-Ċivilità  tal-
Mediterran għandhom jinkisbu matul l-Ewwel u t-
Tieni Sena; u
(e) Taqsimiet studju fakultattivi f’xi qasam ta’ studju
approvat mill-Università , anke fl-oqsma ta’ studju
magħżula diġà , li għandhom jinkisbu matul it-Tieni u
t-Tielet Sena.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
9. Il-Bord għandu jħejji kataogu ta’ taqsimiet studju. Il-
katalogu għandu jindika l-livell, il-kodiċi (ES), it-titolu, id-
deskrizzjoni u t-tip ta’ kull taqsima studju, il-kredti assenjati għal
kull taqsima studju, liema taqsimiet studju huma obbligatorji, liema
għandhom jittieħdu flimkien jew għandhom jittieħdu qabel
taqsimiet studju oħra, u l-metodi ta’ tagħlim u valutazzjoni. Il-Bord
għandu jippublika l-katalogu qabel il-bidu ta’ kull kors, wara l-
approvazzjoni tas-Senat.
Il-progress u l-
valutazzjoni.
10. (1) F’kull sena taż-żewġ korsijiet l-istudenti għandhom
jiksbu l-kredti li ġejjin:
(a) fl-Ewwel Sena: 10 kredti fil-European Studies, 10
kredti fil-qasam ta’ studju l-ieħor u 6 kredti fl-Istorja
taċ-Ċivilità  tal-Mediterran;
(b) fit-Tieni Sena tal-kors:
- tal-B.A.: 10 kredti fil-European Studies, 10
kredti fil-qasam ta’ studju l-ieħor u 4 kredti fl-
Istorja taċ-Ċivilità  tal-Mediterran;
- tal-B.A. (Hons): 20 kredtu fil-European Studies
u 4 kredti fl-Istorja taċ-Ċivilità  tal-Mediterran;
(ċ) fit-Tielet Sena tal-kors:
- tal-B.A.: 11-il kredtu fil-European Studies u 11-
il kredtu fil-qasam ta’ studju l-ieħor;
- tal-B.A. (Hons): 22 kredtu fil-European Studies.
L-istudenti jistgħu jagħżlu li jiktbu
dissertazzjoni li għaliha sitt kredti huma
assenjati; u
(d) Matul it-Tieni u fit-Tielet Sena taż-żewġ korsijiet, 4
kredti fil-Franċiż jew, jekk il-Franċiż intgħażel diġà ,
f’lingwa Ewropea approvata mill-Bord, jew fil-
European Studies.
(2) L-istudenti għandhom jiksbu l-kredti li ġejjin għal
taqsimiet studju fil-Livell 3 fil-kors:
4 L.S.327.183 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS - 
B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS) - IN EUROPEAN STUDIES
(a) tal-B.A.: mill-anqas 8 kredti fil-European Studies u
mill-anqas 8 kredti fil-qasam ta’ studju l-ieħor; u
(b) tal-B.A. (Hons): mill-anqas 24 kredtu fil-European
Studies.
Studenti meħtieġa 
jirreġistraw għal 
taqsimiet studju.
11. (1) F’kull sena l-istudenti ghandhom ikunu meħtieġa
jirreġistraw għal taqsimiet studju li għalihom mhux anqas mill-
għadd ta’ kredti indikat fir-regolament 10 u mhux aktar minn 30
kredtu huma assenjati.
(2) Il-Bord jista’ jħalli lill-istudenti jbiddlu t-tieni qasam ta’
studju matul l-Ewwel Sena tal-kors, sakemm huma jissodisfaw ir-
rekwiżiti kollha mniżżla f’dawn ir-regolamenti.
(3) Il-Bord jista’ jħalli lill-istudenti li daħlu fil-kors tal-B.A.
jagħżlu żewġ oqsma sekondarji ta’ studju minflok it-tieni qasam ta’
studju. F’każijiet bħal dawn, ir-rekwiżiti għal kull qasam
sekondarju ta’ studju jkunu nofs ir-rekwiżiti għat-tieni qasam ta’
studju stipulati f’dawn ir-regolamenti.
Studenti li ma 
jissodisfawx ir-
rekwiżiti kollha.
12. (1) L-istudenti fl-Ewwel Sena jew fit-Tieni Sena ta’ xi
wieħed mill-korsijiet li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti kollha stipulati
fir-regolament 10(1)(a) jew (b) jistgħu jitħallew mill-Bord ikomplu
għas-sena ta’ wara, sakemm huma jkunu kisbu mhux anqas minn 22
kredtu. Il-kredti neqsin għandhom jinkisbu matul is-sena ta’ wara.
(2) L-istudenti fit-Tielet Sena li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti
kollha stipulati fir-regolament 10(1)(ċ) iżda jiksbu mhux anqas
minn 14-il kredtu jistgħu jitħallew mill-Bord jestendu l-istudji
tagħhom b’sena jekk permess skond ir-regolament 6(1), sakemm
matul din is-sena żejda dawn l-istudenti jkunu meħtieġa jiksbu
mhux anqas minn 16-il kredtu (li jinkludu l-kredti li jonqos tat-
Tielet Sena).
(3) L-istudenti tat-Tielet Sena li jiksbu anqas minn 14-il kredtu
m’għandhomx jitħallew ikomplu l-kors, ħlief f’ċirkostanzi speċjali,
fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord u bil-permess tas-Senat.
Taqsimiet studju 
meħtieġa li 
jittieħdu qabel.
13. L-istudenti ma jistgħux jirreġistraw għal taqsima studju li
għaliha ma għandhomx it-taqsima jew it-taqsimiet studju li
meħtieġa jittieħdu qabel jew mingħajr ma jirreġistraw ukoll għat-
taqsima jew għat-taqsimiet studju li jridu jittieħdu flimkien
magħha, ħlief bil-permess tal-Bord.
Assenjazzjoni ta’ 
kredti.
14. (1) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li
ġejjin li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D. F tindika li wieħed
weħel. Xogħol inkomplut għal raġunijiet ġustifikati (mard, assenza
approvata, eċċ.) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet l-oħra
kollha r-riżultati ta’ taqsimiet studju inkompluti għandhom jidhru
bħala F. Il-gradi mogħtija għandhom iqisu l-livell milħuq mill-
istudenti f’wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif il-Bord iqis
xieraq: xogħol matul il-kors, ħidma fuq il-post, valutazzjonijiet
prattiċi, bil-miktub u/jew orali.
(2) L-istudenti li jeħlu f’i taqsima studju għandhom ikollhom
valutazzjoni supplimentari. Normalment l-istess mod ta’
valutazzjoni għandu jintuża għal valutazzjoni supplimentari.
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS - 
B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS) - IN EUROPEAN STUDIES ġ L.S.327.183 5
Valutazzjoni supplimentari ta’ taqsima studju għandha ssir fis-
sessjoni ta’ l-eżamijiet li jmiss (Mejju jew Settembru) skond il-każ.
Fil-każ ta’ assenjamenti, il-valutazzjoni supplimentari għandha ssir
bi ftehim mal-lettur konċernat. Fil-valutazzjoni supplimentari, l-
ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
(3) Jekk jeħlu fil-valutazzjoni supplimentari, l-istudenti
jistgħu jerġgħu jieħdu t-taqsima studju darba oħra biss. Meta l-
istudenti jefħu f’taqsima studju li ttieħdet mill-ġdid, huma għandu
jkollhom valutazzjoni supplimentari finali. Fil-każ ta’ taqsimiet
studju li jerġgħu jittieħdu, l-ogħla grad li jista’ jingħata fil-
valutazzjoni u fil-valurazzjoni supplimentari finali huwa l-grad D.
(4) Jekk il-kredtu għal taqsima studju jkun ġie mogħti, l-
istudenti ma għandhomx jerġgħu jiġu valutati mill-ġdid għaliha.
Trasferiment ta’ 
kredti.
15. Il-Bord jista’ jħalli studenti jittrasferixxu kredti miksuba
għal taqsimiet studju f’kors ta’ studji ta’ l-Università  ta’ Malta jew
ta’ università  rikonoxxuta għal dan il-għan mis-Senat, sakemm
dawn it-taqsimiet studju huma komparabbli fil-kontenut u fil-livell
ma’ dawk offruti f’xi wieħed mill-korsijiet. Mhux aktar minn terz
ta’ l-għadd minimu ta’ kredti meħtieġa għall-għoti tal-Grad jistgħu
jiġu trasferuti.
It-trasferiment bejn 
il-korsijiet.
16. L-istudenti li, fit-tmiem ta’ l-Ewwel Sena, kisbu l-kredti
meħtieġa għal dik is-sena, jistgħu jitħallew mill-Bord jittrasferixxu
l-istudji tagħhom għat-Tieni Sena jew tal-kors tal-B.A. u jagħżlu
European Studies u l-qasam ta’ studju l-ieħor jew tal-kors tal-B.A.
(Hons) fil-European Studies.
Dissertazzjoni.
jiktbu dissertazzjoni matul it-Tielet Sena.
(2) Id-dissertazzjoni m’għandhiex tkun itwal minn 20,000
kelma, inklużi l-footnotes iżda esklużi l-annexes u l-bibljografija,
ħlief bil-permess tal-Bord. 6 kredti huma assenjati għaliha mill-
għadd totali ta’ kredti meħtieġa għal qasam ta’ studju European
Studies.
(3) Id-dissertazzjoni għandha tkun sottomessa mhux aktar tard
mill-aħħar ta’ Mejju tat-Tielet Sena tal-kors. Id-dissertazzjoni
għandha tkun immarkata skond l-iskema ta’ l-iggradar spjegata fir-
regolament 14(1). Jekk dissertazzjoni tkun riferuta, l-istudenti
għandhom ikunu meħtieġa jerġgħu jissottomettuha mhux aktar tard
mill-aħħar ta’ Settembru.
(4) Il-Bord għandu jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li
għandhom ikunu segwiti fl-għażla tat-titolu, is-superviżur u r-
rekwiżiti stilistiċi.
(5) Qabel ma jitħallew jiggradwaw, l-istudenti għandhom
jippreżentaw żewġ kopji llegati tad-dissertazzjoni tagħhom liċ-
Ċentru, kopja għandha tinżamm fiċ-Ċentru u kopja oħra għandha
tkun depożitata fil-Librerija ta’ l-Università .
Ir-riżultat finali.
istudenti fit-taqsimiet studju, u fid-dissertazzjoni, fejn japplika.
(2) Ghall-għan tas-subregolament (1) il-piż għat-taqsimiet
6 L.S.327.183 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS - 
B.A. - U BACHELOR OF ARTS (HONOURS) - 
B.A. (HONS) - IN EUROPEAN STUDIES
studju għandu jkun ikkalkolat fuq il-bażi ta’ l-average globali tal-
kredti miksuba. Jekk jinkisbu aktar minn 76 kredtu, l-aħjar 76
kredtu skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 10 (li jinkludu l-
kredti għat-taqsimiet studju obbligatorji kollha) għandhom jitqiesu.
(3) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ppublikati f’lista f’ordni alfabetiku kif ġej:
(a) għall-Grad tal-B.A.: Kategorija I, IIA, IIB u III; u
(b) għall-Grad tal-B.A. (Hons):
L-Ewwel Klassi bl-Unuri
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Superjuri)
It-Tieni Klassi bl-Unuri (Taqsima Inferjuri)
It-Tielet Klassi bl-Unuri
Ghadda.
