KORS GĦALL-FACULTY OF EDUCATION 
CERTIFICATE IN EDUCATION 
(LEARNING SUPPORT FACILITATORS) ġ L.S.327.184 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.184
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-FACULTY OF 
EDUCATION CERTIFICATE IN EDUCATION 
(LEARNING SUPPORT FACILITATORS)
14 ta’ Marzu, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 42 ta’ l-2000.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Faculty of Education Certificate in Educatiou (Learning
Support Facilitators).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Bord ta’ Studji" tfisser il-Bord ta’ Studji maħtur għall-kors;
"iċ-Ċertifikat" tfisser il-Faculty of Education Certificate in
Education (Learning Support Facilitators); u
"il-kors" tfisser il-kors ta’ studji li jwassal għall-Faculty of
Education Certificate in Education (Learning Support
Facilitators).
Applikabilità .
jibdew fis-sena 2000 jew wara.
Eliġibbilità  għaċ-
Ċertifikat.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti taċ-Ċertifikat, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti provviżorji skond ir-
Regolamenti ghad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) itemmu b’suċċess il-kors ta’ studji xieraq, jiksbu bejn
l-20 u t-23 kredtu minn dawk indikati fir-regolament 6
jiddependi mill-kwalifiki li jkollhom meta jidhlu,
jgħaddu mill-eżami finali, u jissodisfaw xi rekwiżiti
oħra preskritti f’dawn ir-regolamenti; it-taqsimiet
studju li għandhom jittieħdu f’kull każ ikunu
determinati mill-Bord ta’ Studji fil-bidu tal-kors; u
(ċ) jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti fi
statuti, f’regolamenti u f’ordinamenti rilevanti oħra ta’
l-Università .
Id-dħul.
għall-kors fuq il-formola preskritta u fiż-żmien speċifikat mill-
Uffiċċju tar-Reġistratur.
(2) L-applikanti jistgħu japplikaw biex jirreġistraw għall-kors
jekk għandhom jew il-Faculty Certificate in Supporting Learning
in Inclusive Settings, jew il-Faculty Certificate in Education
(Learning Support Trainees), jew jekk temmew b’suċċess it-taħriġ
bħala kindergarten assistants mogħti mid-Divżjoni ta’ l-
Edukazzjoni, jew xi ċertifikat ieħor ekwivalenti kif determinat
mill-Bord.
2 L.S.327.184 ħ
KORS GĦALL-FACULTY OF EDUCATION 
CERTIFICATE IN EDUCATION 
(LEARNING SUPPORT FACILITATORS)
(3) L-applikanti għandhom ukoll jissodisfaw lill-Bord li
għandhom id-disposizzjoni neċessarja u jistgħu jkunu meħtieġa
jattendu għal intervista għal dan il-għan.
It-tul tal-kors. 5. Il-kors għandu jinfirex fuq żewġ semestri ta’ studju fuq
bażi part-time. Il-kors jinkludi wkoll konferenzi u sessjonijiet
prattiċi minn Lulju sa Settembru.
Il-kors ta’ studji. 6. (1) Il-kors għandu jikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:
(a) moduli li jikkonsistu f’taqsimiet studju mgħallma fil-
livcll pre-universitarju, li għalihom mhux anqas minn
26 kredti huma assenjati, fl-oqsma ta’ studju li ġejjin:
Modulu 1: Developing an inclusive philosophy
and practice
Modulu 2: Individualising learning
Modulu 3: Accessing the curriculum
Modulu 4: Learning difficulties and disabilities;
(b) pjazzamenti prattiċi u ta’ osservazzjoni diretta, li
għalihom mhux anqas minn 5 kredti huma assenjati,
kif ġej:
Modulu 5: Pjazzamenti Prattiċi - Qasam
Speċjali.
(2) Katalogu ta’ taqsimiet studju, li jindika l-kodiċi, it-titolu,
id-deskrizzjoni, l-kredti assenjati għal kull taqsima studju, u l-
metodi ta’ valutazzjoni, għandu jkun ippubblikat qabel il-bidu tal-
kors, wara l-approvazzjoni tas-Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-
Bord.
Il-valutazzjoni u l-
eżamijiet.
7. (1) Matul il-kors ta’ studji, l-istudenti għandhom jagħmlu
assenjamenti, testijiet bil-miktub u/jew orali u pjazzamenti prattiċi
u ta’ osservazzjoni li għandhom ikunu valutati.
(2) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ, u D, ħlief meta taqsima studju
tkun valutata fuq bażi ta’ għadda/weħel (fliema każ il-grad P ikun
assenjat għat-taqsima studju). Jekk wieħed jeħel, dan ikun indikat
bl-ittra F. Xogħol inkomplut għal raġunijiet ġustifikati (mard,
assenza approvata, eċċ.) għandu jkun indikat bl-ittra I. Fil-każijiet
l-oħra kollha, ir-riżultati ta’ taqsimiet studju mhux mitmuma
għandhom jidhru bħala F.
(3) L-istudenti li jeħlu f’xi taqsima studju għandhom jitħallew
jerġgħu jissottomettu l-assenjament/i tagħhom, jew jerġgħu
jagħmlu t-test/ijiet darba fis-sessjoni ta’ l-eżamijiet li jmiss. Jekk
jgħaddu, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
(4) L-istudenti li jeħlu wara s-sessjoni riparatorja jew wara li
jerġgħu jissottomettu assenjament ikunu meħtieġa jieqfu mill-kors.
(5) L-eżami finali għandu jikkonsisti f’karta bil-miktub ta’
tliet sigħat, li tkun "competency based".
(6) L-istudenti li jeħlu mill-eżami finali jistgħu jitħallew mill-
Bord jerġgħu jagħmlu l-karta darba biss fis-sessjoni ta’ l-eżamijiet
KORS GĦALL-FACULTY OF EDUCATION 
CERTIFICATE IN EDUCATION 
(LEARNING SUPPORT FACILITATORS) ġ L.S.327.184 3
skedata li jmiss.
Pjazzamenti 
prattiċi u ta’ 
osservazzjoni.
8. (1) L-istudenti huma meħtieġa jagħmlu pjazzament
prattiku ta’ mill-anqas erba’ ġimgħat u pjazzament ta’
osservazzjoni ta’ mill-anqas tliet ġimgħat. Il-pjazzamenti prattiċi u
ta’ osservazzjoni għandhom jinvolvu b’kollox mhux anqas minn
erba’ visti mit-tuturi.
(2) Il-pjazzamenti prattiċi u ta’ osservazzjoni jkunu valutati
fuq bażi ta’ Għadda/Weħel. Fil-każ li jeħlu, l-istudenti jitħallew
jirrepetu l-komponent li weħlu fih darba fi żmien li jkun determinat
mill-Bord ta’ Studji. Sadanittant, dawn l-istudenti għandhom
jitħallew ikomplu l-kors.
L-attendenza.
obbligatorja. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ attendenza għal raġuni li l-Bord
ta’ Studji jqis valida, huwa jista’ jħalli lill-istudenti jkomplu l-kors
sakemm isiru arranġamenti alternattivi biex ipattu għal konferenzi/
pjazzamenti prattiċi u ta’ osservazzjoni li ntilfu.
Ir-riżultat finali.
istudenti fit-taqsimiet studju, fil-pjazzamenti prattiċi u ta’
osservazzjoni, u fl-eżami finali skond il-piż kif ġej:
Il-kredti għat-taqsimiet studju meħuda kollha 40%
Il-pjazzamenti prattiċi u ta’ osservazzjoni 30%
L-eżami finali 30%.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifkaw għall-għoti taċ-
Ċertifikat għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
